This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0229
Case C-229/13 P: Appeal brought on 29 April 2013 by GE.AL.VE. Srl against the order of the General Court (Fourth Chamber) of 20 February 2013 in Joined Cases T-278/00 to T-280/00, T-282/00 to T-286/00 and T-288/00 to T-295/00 Albergo Quattro Fontane and Others v Commission
Kawża C-229/13 P: Appell ippreżentat fid- 29 ta’ April 2013 minn GE.AL.VE. Srl mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fl- 20 ta’ Frar 2013 fil-Kawżi magħquda T-278/00 sa T-280/00, T-282/00 sa T-286/00 u T-288/00 sa T-295/00, Albergo Quattro Fontane et vs Il-Kummissjoni
Kawża C-229/13 P: Appell ippreżentat fid- 29 ta’ April 2013 minn GE.AL.VE. Srl mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fl- 20 ta’ Frar 2013 fil-Kawżi magħquda T-278/00 sa T-280/00, T-282/00 sa T-286/00 u T-288/00 sa T-295/00, Albergo Quattro Fontane et vs Il-Kummissjoni
ĠU C 207, 20.7.2013, p. 15–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 207, 20.7.2013, p. 5–5
(HR)
20.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 207/15 |
Appell ippreżentat fid-29 ta’ April 2013 minn GE.AL.VE. Srl mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fl-20 ta’ Frar 2013 fil-Kawżi magħquda T-278/00 sa T-280/00, T-282/00 sa T-286/00 u T-288/00 sa T-295/00, Albergo Quattro Fontane et vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-229/13 P)
2013/C 207/27
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: GE.AL.VE. Srl (rappreżentanti: A. Bianchini u F. Busetto, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Comitato “Venezia vuole vivere”
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla d-digriet appellat tal-Qorti Ġenerali. |
— |
tilqa’ t-talbiet ifformulati fl-ewwel istanza u konsegwentement:
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż marbuta maż-żewġ istanzi tal-kawża. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Qegħdin jiġu invokati disa’ aggravji insostenn tal-appell:
|
L-ewwel aggravju: natura żbaljata tad-digriet minħabba nuqqas ta’ kunsiderazzjoni li l-miżuri inkwistjoni ma jagħtu l-ebda vantaġġ lill-benefiċjarji fid-dawl tan-natura kompensatorja tagħhom. |
|
It-tieni aggravju: natura żbaljata tad-digriet minħabba li l-esklużjoni jew, fi kwalunkwe każ, l-evalwazzjoni tal-kapaċità tal-miżuri inkwistjoni effetwat il-kompetizzjoni u l- kummerċ intra-Komunitarju. |
|
It-tielet aggravju: natura żbaljata tad-digriet minħabba l-esklużjoni tal-applikabbiltà tad-derogi msemmija fl-Artikolu 87(2)(b) KE [li sar l-Artikolu 107(2)(b) TFUE] u fl-Artikolu 87(3)(b) KE [li sar l-Artikolu 107(3)(b) TFUE]. |
|
Ir-raba’ aggravju: natura żbaljata tad-digriet minħabba l-esklużjoni tal-applikabbiltà tad-deroga msemmija fl-Artikolu 87(3)(c) KE [li sar l-Artikolu 107(3)(c) TFUE]. |
|
Il-ħames aggravju: natura żbaljata tad-digriet minħabba l-esklużjoni tal-applikabbiltà tad-derogi msemmija fl-Artikolu 87(3)(d) u (e) KE [li sar l-Artikolu 107(3)(d) u (e) TFUE]. |
|
Is-sitt aggravju: natura żbaljata tad-digriet minħabba l-esklużjoni tal-applikabbiltà tad-deroga msemmija fl-Artikolu 86(2) KE (li sar l-Artikolu 106(2) TFUE). |
|
Is-seba’ aggravju: natura żbaljata tad-digriet minħabba l-esklużjoni tan-natura tal-għajnuna li teżisti u li konsegwentement tikser l-Artikolu 88(3) KE (li sar l-Artikolu 108(3) TFUE) u l-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 659/1999 (1). |
|
It-tmien aggravju: natura żbaljata tad-digriet minħabba l-esklużjoni tal-applikabbiltà tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 fir-rigward tal-ordni tal-irkupru. |
|
Id-disa’ aggravju: natura żbaljata tad-digriet minħabba l-esklużjoni tal-applikabbiltà tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 fir-rigward tal-applikazzjoni tal-interessi. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).