Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0185

    Kawża C-185/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fit- 12 ta’ April 2013 — ANCC-Coop Associazione Nazionale Cooperative di Consumatori et vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti et

    ĠU C 207, 20.7.2013, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 207, 20.7.2013, p. 3–3 (HR)

    20.7.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 207/6


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fit-12 ta’ April 2013 — ANCC-Coop Associazione Nazionale Cooperative di Consumatori et vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti et

    (Kawża C-185/13)

    2013/C 207/10

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: ANCC-Coop Associazione Nazionale Cooperative di Consumatori, ANCD Associazione Nazionale Cooperative Dettaglianti, Sviluppo Discount SpA, Centrale Adriatica Soc coop, Coop Consorzio Nord Ovest Società Consortile arl, Coop Italia Consorzio Nazionale non Alimentari Società Cooperativa, Coop Centro Italia Società Cooperativa, Tirreno Logistica srl, Unicoop Firenze Società Cooperativa, CONAD — Consorzio Nazionale Dettaglianti — Soc. Coop., Conad Centro Nord Soc. Coop, Commercianti Indipendenti Asoociati Soc. Coop, Conad del Tirreno Soc. Coop, Pac2000A Soc. Coop, Conad Adriatico Soc. Coop, Conad Sicilia Soc. Coop, Sicilconad Mercurio Soc. Coop

    Konvenuti: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero dello Sviluppo Economico, Consulta generale per l’autotrasporto e la logistica, Osservatorio sulle attività di autotrasporto, Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato -Antitrust

    Domandi preliminari

    (1)

    Il-protezzjoni tal-kompetizzjoni libera, tal-moviment liberu tal-impriżi, tal-libertà ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (previsti fl-Artikolu 4(3) TUE u fl-Artikoli 101, 49, 56 u 96 TFUE) hija kompatibbli, u sa fejn, ma’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi spejjeż minimi tal-operat fis-settur tat-trasport bit-triq li jinvolvu l-iffissar, permezz ta’ fatturi esterni, ta’ element kostituttiv tar-remunerazzjoni għas-servizz u, għalhekk, tal-prezz kuntrattwali?

    (2)

    Limitazzjonijiet għall-imsemmija prinċipji jistgħu jkunu ġġustifikati, u taħt liema kundizzjonijiet, mill-ħtieġa li jiġi ssalvagwardat l-interess pubbliku tas-sigurtà fit-toroq, u dan l-għan jista’ jiġġustifika l-iffissar ta’ spejjeż minimi tal-operat kif jipprovdu r-regoli stabbiliti bl-Artikolu 83a tad-Digriet-Liġi Nru 112/2008 kif emendat?

    (3)

    F’din il-perspettiva, l-iffissar ta’ spejjeż minimi tal-operat jista’ jsir permezz ta’ ftehim settorjali konklużi bejn l-operaturi kkonċernati u, sussidjarjament, permezz ta’ organi magħmula fil-parti l-kbira tagħhom minn persuni li jirrappreżentaw lill-operaturi ekonomiċi privati tas-settur, fl-assenza ta’ kriterji stabbiliti minn qabel fuq livell leġiżlattiv?


    Top