EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0170
Case C-170/13: Request for a preliminary ruling from the Landgericht Düsseldorf (Germany) lodged on 5 April 2013 — Huawei Technologies Co. Ltd v ZTE Corp., ZTE Deutschland GmbH
Kawża C-170/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil- 5 ta’ April 2013 — Huawei Technologies Co. Ltd vs ZTE Corp., ZTE Deutschland GmbH
Kawża C-170/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil- 5 ta’ April 2013 — Huawei Technologies Co. Ltd vs ZTE Corp., ZTE Deutschland GmbH
ĠU C 215, 27.7.2013, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 215/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-5 ta’ April 2013 — Huawei Technologies Co. Ltd vs ZTE Corp., ZTE Deutschland GmbH
(Kawża C-170/13)
2013/C 215/04
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Huawei Technologies Co. Ltd
Konvenuti: ZTE Corp., ZTE Deutschland GmbH
Domandi preliminari
(1) |
Il-proprjetarju ta’ privattiva essenzjali għal standard, li ddikjara ruħu dispost fil-konfront ta’ organu ta’ standardizzazzjoni li jagħti lil terzi liċenzja b’kundizzjonijiet xierqa, raġonevoli u nondiskriminatorji, jabbuża mill-pożizzjoni dominanti tiegħu meta jressaq mandat ta’ inibizzjoni kontra awtur ta’ ksur ta’ privattiva, meta dan tal-aħħar iddikjara ruħu lest li jinnegozja tali liċenzja, jew għandu jitqies li jeżisti abbuż minn pożizzjoni dominanti biss jekk l-awtur ta’ ksur ta’ privattiva, għall-finijiet tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ liċenzja, ippreżenta lill-proprjetarju tal-privattiva offerta inkundizzjonali aċċettabbli li l-proprjetarju ma jistax jirrifjuta mingħajr ma jostakola inġustament lill-awtur ta’ ksur ta’ privattiva jew mingħajr ma jikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u jekk, bl-aspettattiva tal-liċenzja li għandha tingħata, l-awtur ta’ ksur ta’ privattiva diġà jissodisfa l-obbligi kuntrattwali fir-rigward ta’ atti ta’ sfruttar li seħħew? |
(2) |
Fil-każ li abbuż minn pożizzjoni dominanti huwa kkostitwit bis-sempliċi dispożizzjoni tal-awtur ta’ ksur ta’ privattiva li jinnegozja: L-Artikolu 102 TFUE jipprovdi kundizzjonijiet partikolari ta’ kwalità u/jew ta’ terminu għal tali dispożizzjoni li jsir negozjar? Jista’ jitqies li l-awtur tal-ksur ta’ privattiva huwa lest li jinnegozja meta jkun esprima (oralment), biss f’termini ġenerali, id-dispożizzjoni tiegħu li jibda negozjar jew l-awtur ta’ ksur ta’ privattiva għandu jkun diġà beda n-negozjar billi indika pereżempju l-kundizzjonijiet konkreti li fihom huwa lest jikkonkludi l-kuntratt ta’ liċenzja? |
(3) |
Jekk l-abbuż minn pożizzjoni dominanti jkun suġġett għall-preżentata ta’ offerta ta’ kuntratt inkundizzjonali u aċċettabbli: L-Artikolu 102 TFUE jipprovdi kundizzjonijiet partikolari ta’ kwalità u/jew ta’ terminu għal tali offerta? L-offerta għandha tinkludi r-regoli kollha ġeneralment previsti fil-kuntratti ta’ liċenzja li jaqgħu taħt il-qasam tekniku inkwistjoni? B’mod partikolari, l-offerta tista’ tkun kundizzjonata għall-isfruttar effettiv tal-privattiva msemmija hawn fuq jew għall-validità tagħha? |
(4) |
Jekk l-abbuż minn pożizzjoni dominanti jkun suġġett għall-eżekuzzjoni tal-obbligi imposti fuq l-awtur tal-ksur tal-privattiva skont il-liċenzja li għandha tingħata: L-Artikolu 102 TFUE jipprovdi kundizzjonijiet partikolari għall-atti ta’ eżekuzzjoni tal-awtur tal-ksur tal-privattiva? L-awtur tal-ksur tal-privattiva għandu l-obbligu li jirrapporta atti ta’ sfruttar li seħħew u/jew li jħallas taxxa? Jekk ikun il-każ, l-awtur ta’ ksur ta’ privattiva jista’ jissodisfa l-obbligu li jħallas taxxa billi jipprovdi garanzija? |
(5) |
Il-kundizzjonijiet li fihom il-proprjetarju ta’ privattiva essenzjali għal standard huwa allegat li abbuża mill-pożizzjoni dominanti tiegħu japplikaw ukoll meta l-proprjetarju jinvoka drittijiet oħra taħt il-falsifikazzjoni (provvista ta’ data ta’ kontabbiltà, sejħa lura tal-prodotti, danni)? |