EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0028

Kawża C-28/13 P: Appell ippreżentat fit- 18 ta’ Jannar 2013 minn Gabi Thesing, Bloomberg Finance LP mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid- 29 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża T-590/10: Gabi Thesing, Bloomberg Finance LP vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

ĠU C 101, 6.4.2013, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/9


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2013 minn Gabi Thesing, Bloomberg Finance LP mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-29 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża T-590/10: Gabi Thesing, Bloomberg Finance LP vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawża C-28/13 P)

2013/C 101/21

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Gabi Thesing, Bloomberg Finance LP (rappreżentant: M. Stephens, R. Lands, Solicitors)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet tal-appellanti

tħassar id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża T-590/10. Għandha tagħmel dan abbażi tal-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta waslet għal dik id-deċiżjoni;

tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (“BĊE”) ikkomunikata permezz ta’ ittri tas-17 ta’ Settembru 2010 u tal-21 ta’ Ottubru 2010, li tiċħad l-aċċess għad-dokumenti mitluba mill-appellanti skont id-deċiżjoni tal-BĊE tal-4 ta’ Marzu 2004 (BĊE/2004/3) dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-BĊE (1). Il-Qorti għandha tannulla dik id-deċiżjoni abbażi tal-fatt li:

(i)

il-BĊE wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni u/jew abbuża mill-poteri tiegħu meta wasal għal dik id-deċiżjoni; u

(ii)

l-uniku mod legali għall-BĊE kien li jippermetti l-aċċess għal dawk id-dokumenti, kif mitlub.

tħassar id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali sa fejn din ordnat lill-appellanti jħallsu l-ispejjeż tal-BĊE. Għandha tagħmel dan abbażi tal-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta waslet għal dik id-deċiżjoni.

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċidiha skont id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġusitzzja dwar il-punti ta’ liġi rilevati f’dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jirrilevaw li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi:

billi interpretat ħażin l-Artikolu 4.1(a) tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Marzu 2004 (BĊE/2004/3), li jipprovdi eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ dritt ta’ aċċess mogħti mill-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni;

billi affermat li l-BĊE kellu d-dritt jikkonkludi li l-iżvelar tad-dokumenti mitluba mill-appellanti kien jimmina l-politika ekonomika tal-UE u tal-Greċja;

billi interpretat ħażin l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem;

billi naqset milli tikkunsidra l-kontestazzjonijiet tal-appellanti fil-konfront tal-Artikolu 4.2 u 4.3 tad-deċiżjoni tal-BĊE;

l-appellanti jissottomettu wkoll li l-Qorti Ġenerali żbaljat fir-rigward tal-ispejjeż.


(1)  ĠU L 80, p. 42


Top