This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0025
Case C-25/13: Request for a preliminary ruling from the Juzgado de lo Contencioso-Administrativo No 17, Barcelona (Spain) lodged on 21 January 2013 — France Telecom España, S.A. v Diputación de Barcelona
Kawża C-25/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo de Barcelona (Spanja) fil- 21 ta’ Jannar 2013 — France Telecom España, SA vs Diputación de Barcelona
Kawża C-25/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo de Barcelona (Spanja) fil- 21 ta’ Jannar 2013 — France Telecom España, SA vs Diputación de Barcelona
ĠU C 108, 13.4.2013, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo de Barcelona (Spanja) fil-21 ta’ Jannar 2013 — France Telecom España, SA vs Diputación de Barcelona
(Kawża C-25/13)
2013/C 108/31
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Contencioso-Administrativo número 17 de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: France Telecom España, SA
Konvenut: Diputación de Barcelona
Domandi preliminari
(1) |
Il-limitazzjoni tal-applikabbiltà tat-tariffi tal-Artikolu 13 tad-Direttiva “awtorizzazzjoni” (1) unikament għall-proprjetarji tan-netweks ta’ telekomunikazzjonijiet, skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropa tat-12 ta’ Lulju 2012 (2), tista’ tiġi estiża għal kull remunerazzjoni oħra jew korrispettiv ieħor li l-proprjetarji ta’ proprjetajiet pubbliċi jew privati jirċievu inkambju għall-installazzjoni, fuq l-artijiet jew fil-proprjetajiet tagħhom, ta’ riżorsi ta’ netwerks ta’ telekomunikazzjonijiet? |
(2) |
Tali korrispettivi u dawk li għandhom iħallsuhom huma stabbiliti mid-dritt nazzjonali? |
(1) Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.
(2) Sentenza tat-12 ta’ Lulju 2012, Vodafone España. C-55/11, C-57/11 u C-58/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra.