EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0009

Kawża C-9/13: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Jannar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

ĠU C 63, 2.3.2013, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/15


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-9/13)

2013/C 63/25

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Kukovec, P. Hetsch u O. Beynet)

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/73/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (2) jew fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatax tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 54(1) tal-imsemmija direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovenja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għall-pagament ta’ penalità ta’ kuljum ta’ EUR 10 287,36 mill-jum li fih tingħata s-sentenza f’din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fit-3 ta’ Marzu 2011.


(1)  ĠU L 211, p. 94.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 13, p. 13.


Top