This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CJ0659
Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 4 February 2016.#C & J Clark International Ltd v The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs and Puma SE v Hauptzollamt Nürnberg.#Requests for a preliminary ruling from the First-tier Tribunal (Tax Chamber) and the Finanzgericht München.#References for a preliminary ruling — Admissibility — Dumping — Imports of footwear with uppers of leather originating in China and Vietnam — Validity of Regulation (EC) No 1472/2006 and Implementing Regulation (EU) No 1294/2009 — WTO Anti-Dumping Agreement — Regulation (EC) No 384/96 — Article 2(7) — Determination of dumping — Imports from non-market economy countries — Claims for market economy treatment — Time limit — Article 9(5) and (6) — Claims for individual treatment — Article 17 — Sampling — Article 3(1), (5) and (6), Article 4(1) and Article 5(4) — Cooperation of the Union industry — Article 3(2) and (7) — Determination of injury — Other known factors — Community Customs Code — Article 236(1) and (2) — Repayment of duties not legally owed — Time limit — Unforeseeable circumstances or force majeure — Invalidity of a regulation which imposed anti-dumping duties.#Joined Cases C-659/13 and C-34/14.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-4 ta’ Frar 2016.
C & J Clark International Ltd u Puma SE vs Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs u Hauptzollamt Nürnberg.
Talbiet għal deċiżjoni preliminari imressqa minn First-tier Tribunal (Tax Chamber) u Finanzgericht München.
Talba għal deċiżjoni preliminari – Ammissibbiltà – Dumping – Importazzjonijiet ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġina miċ-Ċina u l-Vjetnam – Validità tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006 u tar-Regolament ta’ implementazzjoni (UE) Nru 1294/2009 – Ftehim antidumping tad-WTO – Regolament (KE) Nru 384/96 – Artikolu 2(7) – Determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dumping – Importazzjonijiet minn pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq – Talbiet għall-kisba tal-istatus ta’ kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq – Terminu – Artikolu 9(5) u (6) – Talbiet għal trattament individwali – Artikolu 17 – Teħid ta’ kampjuni – Artikoli 3(1), (5) u (6), 4(1) u 5(4) – Kooperazzjoni tal-industrija tal-Unjoni – Artikolu 3(2) u (7) – Determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dannu – Fatturi oħra magħrufa – Kodiċi Doganali tal-Komunità – Artikolu 236(1) u (2) – Rimbors ta’ dazji mhux legalment dovuti – Terminu – Każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri – Invalidità ta’ regolament li impona dazji antidumping.
Kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-4 ta’ Frar 2016.
C & J Clark International Ltd u Puma SE vs Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs u Hauptzollamt Nürnberg.
Talbiet għal deċiżjoni preliminari imressqa minn First-tier Tribunal (Tax Chamber) u Finanzgericht München.
Talba għal deċiżjoni preliminari – Ammissibbiltà – Dumping – Importazzjonijiet ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġina miċ-Ċina u l-Vjetnam – Validità tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006 u tar-Regolament ta’ implementazzjoni (UE) Nru 1294/2009 – Ftehim antidumping tad-WTO – Regolament (KE) Nru 384/96 – Artikolu 2(7) – Determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dumping – Importazzjonijiet minn pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq – Talbiet għall-kisba tal-istatus ta’ kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq – Terminu – Artikolu 9(5) u (6) – Talbiet għal trattament individwali – Artikolu 17 – Teħid ta’ kampjuni – Artikoli 3(1), (5) u (6), 4(1) u 5(4) – Kooperazzjoni tal-industrija tal-Unjoni – Artikolu 3(2) u (7) – Determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dannu – Fatturi oħra magħrufa – Kodiċi Doganali tal-Komunità – Artikolu 236(1) u (2) – Rimbors ta’ dazji mhux legalment dovuti – Terminu – Każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri – Invalidità ta’ regolament li impona dazji antidumping.
Kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2016:74
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla)
4 ta’ Frar 2016 ( *1 )
“Talba għal deċiżjoni preliminari — Ammissibbiltà — Dumping — Importazzjonijiet ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġina miċ-Ċina u l-Vjetnam — Validità tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006 u tar-Regolament ta’ implementazzjoni (UE) Nru 1294/2009 — Ftehim antidumping tad-WTO — Regolament (KE) Nru 384/96 — Artikolu 2(7) — Determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dumping — Importazzjonijiet minn pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq — Talbiet għall-kisba tal-istatus ta’ kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq — Terminu — Artikolu 9(5) u (6) — Talbiet għal trattament individwali — Artikolu 17 — Teħid ta’ kampjuni — Artikoli 3(1), (5) u (6), 4(1) u 5(4) — Kooperazzjoni tal-industrija tal-Unjoni — Artikolu 3(2) u (7) — Determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dannu — Fatturi oħra magħrufa — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikolu 236(1) u (2) — Rimbors ta’ dazji mhux legalment dovuti — Terminu — Każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri — Invalidità ta’ regolament li impona dazji antidumping”
Fil-Kawżi magħquda C‑659/13 u C‑34/14,
li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) [qorti tal-ewwel istanza (awla tat-taxxa), ir-Renju Unit] u mill-Finanzgericht München (qorti tal-finanzi ta’ München, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjonijiet tad-9 ta’ Diċembru 2013 u tal-24 ta’ Ottubru 2013, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja rispettivament fit-13 ta’ Diċembru 2013 u fl-24 ta’ Jannar 2014, fil-proċeduri
C & J Clark International Ltd
vs
The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs (C‑659/13),
u
Puma SE
vs
Hauptzollamt Nürnberg (C‑34/14),
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),
komposta minn L. Bay Larsen, President tat-Tielet Awla, li qed jaġixxi bħala President tar-Raba’ Awla, J. Malenovský (Relatur), M. Safjan, A. Prechal u K. Jürimäe, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: Y. Bot,
Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-8 ta’ Lulju 2015,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal C & J Clark International Ltd, minn A. Willems, S. De Knop, S. Mourabit u J. Charles, advocaten, |
— |
għal Puma SE, minn K. von Brocke, Rechtsanwalt, u E. Vermulst, J. Sud u S. Van Cutsem, advocaten, |
— |
għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minn S. Boelaert u B. Driessen, bħala aġenti, assistiti minn B. O’Connor, solicitor, u minn S. Gubel, avukat, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Armati, L. Grønfeldt u T. Maxian Rusche, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-17 ta’ Settembru 2015,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw il-validità u l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta’ Ottubru 2006, [li] jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU L 352 M, 31.12.2008, p. 485, iktar ’il quddiem ir-“regolament definittiv) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 1294/2009 tal-Kunsill, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal‑Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU L 352, p. 1, iktar ’il quddiem ir-“regolament ta’ estensjoni” u, flimkien mar-regolament definittiv, ir-“regolamenti kkontestati”), kif ukoll l-interpretazzjoni tal-Artikolu 236 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307, iktar ’il quddiem il-“Kodiċi Doganali). |
2 |
Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ żewġ tilwimiet bejn, rispettivament, C & J Clark International Ltd (iktar ’il quddiem “Clark”) u l-Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs (amministrazzjoni tat-taxxa u tad-dwana tar-Renju Unit) u Puma SE (iktar ’il quddiem “Puma”) u l-Hauptzollamt Nürnberg (uffiċċju prinċipali tad-dwana ta’ Nürnberg), dwar id-dazju antidumping imħallas minn Clark u minn Puma, skont ir-regolamenti kkontestati, meta huma importaw ilbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda fl-Unjoni Ewropea. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt internazzjonali
3 |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill [94/800/KE), (tat-22 ta’ Diċembru 1994), dwar il-konklużjoin f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 80), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea approva l-Ftehim li jistabilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), iffirmat f’Marrakech fil-15 ta’ April 1994, kif ukoll il-ftehimiet li jinsabu fl-Annessi 1 sa 3 ta’ dan il-ftehim (iktar ’il quddiem, flimkien, il-“ftehimiet WTO”), li fosthom hemm il-Ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ 1994 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 189, iktar ’il quddiem il-“Ftehim antidumping tad-WTO”). |
4 |
L-Artikolu 6.10 tal-Ftehim antidumping tad-WTO jipprovdi: “L-awtortajiet għandhom, bħala regola, jistabbilixxu marġini individwali għal kull esportatur magħruf jew għal produtturi kkonċernati bil-prodott li qed ikun investigat. F’każijiet meta n-numru ta’ esportaturi, produtturi, importaturi jew tipi ta’ prodotti huwa kbir wisq sal-punt li jrendi din id-determinazzjoni impratikkabli, l-awtoritajiet jistgħu jillimitaw l-eżaminazzjoni jew għal numru raġonevoli ta’ partijiet interessati jew prodotti permezz ta’ l-użu ta’ kampjuni li huma validi statistikament fuq bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli lill-awtoritajiet fiż-żmien ta’ l-għażla, jew lill-ikbar persentaġġ tal-volum ta’ l-esportazzjoni mill-pajjiż in kwistjoni li jista’ jkun investigat b’mod raġonevoli.” |
5 |
Skont l-Artikolu 9.2 ta’ dan l-ftehim: “Meta dazju kontra d-damping jiġu mposti fir-rigward ta’ kwalunkwe prodotti, dan it-tip ta’ dazju f’kull każ jinġabar f’ammonti xierqa, fuq bażi mhux diskriminatorja ta’ l-importazzjoni ta’ dawn il-prodotti mis-sorsi kollha li jitqiesu għad-damping jew li qegħdin jikkawżaw ħsara, ħlief fil-rigward ta’ importazzjoni minn sorsi fejn l-intrapriża tal-prezzijiet ġew aċċettati skond it-termini ta’ dan il-Ftehim. L-awtoritajiet għandhom isemmu l-isem tal-fornitur jew fornituri tal-prodott ikkonċernat. Jekk, madankollu, ħafna fornituri mill-istess pajjiż huma nvoluti, u jekk huwa imprattikabbli li ssemmi l-fornituri kollha, l-awtoritatjiet jistgħu jsemmu l-pajjiż fornitur ikkonċernat. Jekk ħafna fornituri minn ħafna pajjiżi differenti huma nvoluti, l-awtoritajiet jistgħu jsemmu jew il-fornituri involuti, jew, jekk dan huwa imprattikabbli, il-pajjiżi fornituri kollha involuti.” |
Id-dritt tal-Unjoni
Il-Kodiċi Doganali
6 |
L-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali jipprevedi: “1. Dazji fuq l-importazzjoni jew dazji fuq l-esportazzjoni għandhom jitħallsu lura sakemm jiġi stabbilit li meta kien tħallas l-ammont ta’ dawk id-dazji ma kienx legalment dovut [...]. […] 2. Dazji fuq l-importazzjoni jew dazji fuq l-esportazzjoni għandhom jitħallsu lura jew jintbagħtu malli tiġi preżentata applikazzjoni lill-uffiċċju doganali xieraq fi żmien tliet snin mid-data li fiha l-ammont ta’ dawk id-dazji kien ġie kkomunikat lid-debitur. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż jekk il-persuna interessata tipprovdi evidenza li ma kenitx tħalliet tippreżenta l-applikazzjoni tagħha fil-perjodu msemmi b’riżultat ta’ ċirkostanzi imprevedibbli jew ta’ forza maġġuri. [...]” |
Ir-Regolament Nru 384/96
7 |
Fiż-żmien tal-fatti li taw lok għat-tilwimiet fil-kawżi prinċipali, l-adozzjoni ta’ miżuri antidumping mill-Unjoni kienet irregolata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45 u rettifiki ĠU 1999, L 94, p. 27, u ĠU 2000, L 263, p. 34), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 461/2004, tat-8 ta’ Marzu 2004 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 150, iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru384/96”). |
8 |
L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 384/96, intitolat “Il-Prinċipji” kien jipprovdi fil-paragrafi (1) u (2) tiegħu: “1. Dazju kontra xiri taħt il-prezz jista’ jiġi applikat għal kwalunkwe prodott mixtri taħt il-prezz li l-liberazzjoni tiegħu għal ċirkulazzjoni ħielsa [fl-Unjoni] tikkawża ħsara. 2. Prodott għandu jiġi kkunsidrat bħala mixtri taħt il-prezz jekk il-prezz ta’ l-esportazzjoni tiegħu għall-Komunità ikun inqas minn prezz paragonabbli għal prodott simili, fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ, kif stabbilit għall-pajjiż esportatur.” |
9 |
L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, intitolat, “Tistabbilixxi dumping”, kien jipprevedi, fil-paragrafi (1) sa (6) tiegħu, regoli ġenerali relatati mad-determinazzjoni tal-valur normali ta’ prodott. L-Artikolu 2(1) kien b’mod partikolari jipprovdi li tali valur kellu “normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti mill-pajjiż esportatur”. |
10 |
L-Artikolu 2(7) ta’ dan ir-regolament kien jipprovdi:
[...]
|
11 |
L-Artikolu 3 ta’ dan l-istess regolament, intitolat “Tistabbilixxi l-ħsara”, kien jipprevedi fil-paragrafi (1), (2) u (5) sa (7) tiegħu: “1. Skond dan ir-Regolament, it-terminu ‘dannu’ għandu, sakemm mhux speċifikat b’mod ieħor, jittieħed li jfisser dannu materjali lill-industrija tal-Komunità, theddida ta’ dannu materjali lill-industrija tal-[Unjoni] jew dewmien materjali ta’ l-istabbiliment ta’ industrija bħal din u għandu jiġi interpretat skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu. 2. Id-deċiżjoni dwar id-dannu għandha tkun ibbażata fuq prova pożittiva u għandha tinvolvi eżami oġġettiv ta’: a) il-volum ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u l-effett ta’ l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping fuq il-prezzijiet fis-suq tal-[Unjoni] għall-prodotti simili; b) l-impatt konsegwenti ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija [tal-Unjoni]. […] 5. L-eżaminazzjoni ta’ l-impatt tal-prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-[Unjoni] konċernata għandha tinkludi evalwazzjoni tal-fatturi ekonomiċi rilevanti u l-indiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat ta’ l-industrija [...]. 6. Għandu jiġi muri, mill-evidenza rilevanti kollha ppreżentata fejn jidħol il-paragrafu 2, li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping qegħdin jikkawżaw ħsara skond it-tifsira ta’ dan ir-Regolament. B’mod speċifiku, dan għandu jinvolvi dimostrazzjoni li l-volum u/jew il-livelli tal-prezzijiet identifikati skond il-paragradfu 3 huma responsabbli għal impatt fuq l-industrija [tal-Unjoni] kif stabbilita fil-paragrafu 5, u li dan l-impatt jeżisti sa grad li jagħmlu possibbli li jiġi kklasifikat bħala materjali. 7. Fatturi magħrufa għajr importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping li fl-istess ħin qegħdin jagħmlu dannu lill-industrija [tal-Unjoni] għandhom ukoll jiġu eżaminati sabiex jiżguraw li d-dannu kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra mhix attribwita għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping taħt paragrafu 6. Fatturi li jistgħu jiġu kkunsidrati f’dan ir-rigward jinkludu l-volum u l-prezzijiet ta’ importazzjonijiet mhux mibjugħin bi prezzijiet taħt il-prezz tagħhom, tnaqqis fid-domanda jew tibdiliet fil-mudelli tal-konsum, prattiċi restritti tal-kummerċ, u kompetizzjoni bejn, produtturi [tal-Unjoni] u ta’ pajjiżi terzi, żviluppi fit-teknoloġija u l-atteġġament ta’ l-esportazzjoni u l-produttività ta’ l-industrija [tal-Unjoni].” |
12 |
L-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 384/96, intitolat “Id-definizzjoni ta’ industrija tal-Unjoni”, kien jipprovdi fil-paragrafu (1) tiegħu: “1. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, it-terminu ‘ndustrija [tal-Unjoni]’ għandu jkun interpetat bħala li jirreferi għall-produtturi [tal-Unjoni] kollha tal-prodotti simili jew għal dawk minnhom li l-output kollettiv tal-prodotti jikkostitwixxi proporzjon kbir, kif definit fl-Artikolu 5(4), tal-produzzjoni [tal-Unjoni] totali ta’ dawk il-prodotti [...] [...]” |
13 |
L-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Il-bidu tal-proċeduri”, kien jipprevedi fil-paragrafi (1) u (4) tiegħu: “1. [...] investigazzjoni biex jiġu determinati l-eżistenza, il-grad u l-effett ta’ kwalunkwe dumping allegat għandha tinbeda fuq ilment miktub minn kwalunkwe persuna naturali jew legali, jew kwalunkwe assoċjazzjoni li m’għandiex personalità legali, f’azzjoni għan-nom ta’ l-industrija tal-Unjoni. […] 4. Investigazzjoni m’għandhiex tinbeda taħt il-paragrafu 1 sakemm ma jkunx ġie stabbilit, fuq il-bażi ta’ eżami dwar il-qofol tal-appoġġ għal, jew oppożizzjoni għal, l-ilment magħmul mill-produtturi tal-[Unjoni] ta’ prodott simili, li l-ilment kien magħmul minn jew f’isem l-industrija tal-[Unjoni]. L-ilment għandu jitqies li jkun sar minn jew f’isem l-industrija tal-[Unjoni] jekk ikollu l-appoġġ tal-produtturi tal-[Unjoni] li l-produzzjoni kollettiva tagħhom tikkostitwixxi aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-prodott simili, prodott minn dik il-parti tal-industrija tal-[Unjoni] li turi appoġġ jew oppożizzjoni għall-ilment. Madanakollu, ebda investigazzjoni ma għandha tinbeda meta produtturi [tal-Unjoni] li espressament jappoġġaw l-ilment jammontaw għal inqas minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-prodott simili prodott mill-industrija [tal-Unjoni].” |
14 |
L-Artikolu 9 ta’ dan ir-regolament intitolat “Terminazzjoni mingħajr miżuri; impożizzjoni ta’ dazji definittivi”, kien jipprovdi fil-paragrafi (5) u (6) tiegħu: “5. Dazju ta’ kontra d-dumping jiġi mpost f’ammonti xierqa f’kull każ, fuq bażi mhux diskriminatorja fuq importazzjonijiet ta’ prodott mill-għejun kollha li jinstab li kien l-oġġett ta’ dumping u li kkawża d-dannu, ħlief għall-importazzjonijiet minn dawk l-għejun li dwarhom ġew aċċettati garanziji skond it-termini ta’ dan ir-Regolament. Ir-Regolament li jimponi d-dazju għandu jispeċifika d-dazju għal kull fornitur jew, jekk dan mhux prattikabbli, u b’mod ġenerali fejn jgħodd l-Artikolu 2(7)(a), għal kull pajjiż ikkonċernat li jforni. Madankollu, fejn japplika l-Artikolu 2(7)(a), għandu jiġi speċifikat dazju individwali għall-esportaturi li jistgħu juru, fuq bażi ta’ pretensjonijiet sostanzjati li:
6. Meta l-Kummissjoni tkun illimitat l-eżami tagħha skond l-Artikolu 17, kwalunkwe dazju kontra d-dumping applikat għall-importazzjonijiet minn esportaturi jew produtturi li għamlu lilhom infushom magħrufa skond l-Artikolu 17 imma ma ġewx inklużi fl-eżaminazzjoni ma għandux jaqbeż il-marġini medja stabbilit għall-partijiet fil-kampjun. [...] Dazji individwali għandhom jiġu applikati għall-importazzjonijiet minn kwalunkwe esportatur jew produttur li huwa mogħti trattament individwali, kif previsti fl-Artikolu 17.” |
15 |
L-Artikolu 11 ta’ dan l-istess regolament, intitolat “Id-dewmien, ir-reviżjonijiet u r-rifużjonijiet”, kien jipprevedi fil-paragrafu (8) tiegħu: “[...] importatur jista’ jitlob li jerġgħu jitħallsu lura d-dazji miġbura fejn jintwera li l-marġini tad-dumping, fuq il-bażi li fuqu kienu mħallsa d-dazji, jkun ġie eliminat, jew imnaqqas għal livell li huwa inqas mill-livell tad-dazju infurzat. Fit-talba ta’ rifużjoni tad-dazji kontra l-bejgħ taħt il-prezz, l-importatur għandu jissottometti applikazzjoni lill-Kummissjoni. L-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa permezz ta’ Stat Membru tat-territorju li fih il-prodotti tħallew għal ċirkulazzjoni ħielsa, fi żmien sitt xhur mid-data li fiha kien ġie stabbilit l-ammont tad-dazji definittivi li kellhom jiġu ntaxxati kif xieraq mill-awtoritajiet kompetenti jew mid-data li fiha kienet ittieħdet deċiżjoni definittiva biex jiġu miġbura l-ammonti ggarantiti permezz ta’ dazju proviżjonali. L-Istati Membri għandhom jgħaddu t-talba lill-Kummissjoni mal-ewwel. [...]” |
16 |
L-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 384/96, intitolat “Teħid ta’ kampjuni” kien jipprovdi, fil-paragrafi (1) sa (3) tiegħu: “1. F’każijiet fejn in-numru ta’ min qiegħed jilmenta, l-esportaturi jew l-importaturi, it-tipi ta’ prodott jew it-transizzjonijiet huma kbar, l-investigazzjoni tista’ tiġi limitata għal numru raġjonevoli ta’ partijiet, prodotti, jew transizzjonijiet bl-użu ta’ teħid ta’ kampjuni li huma statistikament validi fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli fiż-żmien ta’ l-għażla, jew għall-akbar volum ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet rappreżentanti li jistgħu b’mod raġjonevoli jiġu investigati fiż-żmien disponibbli. 2. L-għażla finali ta’ partijiet, tipi ta’ prodotti jew transizzjonijiet magħmula taħt dawn id-disposizzjonijiet tal-kampjuni għandhom jibqgħu f’idejn il-Kummissjoni, għalkemm għandha tingħata preferenza għall-għażla ta’ kampjun f’konsultazzjoni ma’, u l-kunsens tal-partijiet konċernati, sakemm partijiet bħal dawn jagħmlu lihom infushom magħrufa u jagħmlu biżżejjed informazzjoni disponibbli, fi żmien tlett ġimgħat mill-bidu ta’ l-investigazzjoni, sabiex jagħmluha possibbli li jiġi magħżul kampjun rappreżentattiv. 3. F’każijiet fejn l-eżami jkun ġie limitat skond dan l-Artikolu, il-marġini individwali ta’ dumping għandu, madanakollu, jiġi kkalklulat għal kwalunkwe esportatur jew produttur mhux inizjalment magħżul li jissottometti l-informazzjoni neċessarja fi żmien it-termini perentorji previsti f’dan ir-Regolament, ħlief fejn in-numru ta’ esportaturi jew produtturi jkun daqshekk kbir li eżaminazzjonijiet individwali kienu jkunu ta’ piż mhux dovut u kienu jkunu ta’ xkiel għat-tmiem ta’ l-investigazzjoni f’qasir żmien.” |
Ir-Regolament (KE) Nru 1972/2002
17 |
Wara l-adozzjoni tiegħu, ir-Regolament Nru 384/96 ġie emendat diversi drabi. B’mod partikolari, l-Artikolu 9(5) tiegħu ġie emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1972/2002, tal-5 ta’ Novembru 2002, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 132). Din l-emenda tikkonsisti, essenzjalment, fl-inklużjoni ta’ tieni subparagrafu mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(5). Il-premessa 7 tar-Regolament Nru 1972/2002 jimmotiva din l-inklużjoni kif ġej: “Ir-Regolament (KE) Nru 384/96 ma jindikax il-kriterji li fuqhom esportatur li għalih ikun ġie stabbilit valur normali konformement ma’ l-Artikolu 2(7)(a) jista’ jiġi assenjat rata ta’ dazju individwali kkalkolata billi jsir paragun bejn dan il-valur normali u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni individwali ta’ l-esportatur. Huwa xieraq fl-interessi tat-trasparenza u ċertezza legali li jiġu stabbiliti kriterji ċari għall-għoti ta’ trattament individwali bħal dan. Il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ta’ esportaturi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 jistgħu għalhekk jitqiesu fejn l-attivitajiet ta’ esportazzjoni tal-kumpannija huma liberament determinati, fejn il-proprjetà u l-kontroll tal‑kumpannija huma indipendenti biżżejjed u fejn l-indħil ta’ l-Istat mhux tali li jippermetti ħelsien mir-restrizzjonijiet ta’ miżuri individwali ta’ antidumping. Dan it-trattament individwali jista’ jingħata lil esportaturi li dwarhom jista’ jintwera’, fuq il-bażi ta’ pretensjonijiet sostanzjati, li, fil-każ ta’ ditti li huma kompletament jew parjalment ta’ sidien barranin jew intrapriżi konġunti, huma liberi li jibgħatu lura lejn pajjiżhom il-kapital u l-profitti; li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni u l-kwantitajiet u l-kondizzjonijiert u t-termini tal-bejgħ huma determinati liberament, u li l-konverżjonijiet tal-kambju jitwettqu skond ir-rata fis-suq. Għandu jintwera ukoll li l-maġġoranza ta’ l-ishma jappartjenu lil persuni privati u li uffiċjali ta’ l-Istat li jidhru fuq il-Bord tad-Diretturi jew li għandhom karigi maniġerjali importanti jew huma fil-minoranza jew li l-kumpannija hi indipendenti biżżejjed mill-indħil ta’ l-Istat.” |
Ir-Regolament (KE) Nru 1225/2009
18 |
Sussegwentement għall-fatti li taw lok għat-tilwimiet fil-kawża prinċipali, ir-Regolament Nru 384/96 tħassar u ġie ssostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51), li daħal fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li kien it-22 ta’ Diċembru 2009. |
19 |
Il-kliem tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament Nru 1225/2009 kien jikkorrispondi, fil-verżjoni inizjali tiegħu, għal dak tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament Nru 384/96, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament Nru 1972/2002. |
20 |
Madankollu minn dak iż-żmien din id-dispożizzjoni ġiet emendata bir-Regolament (UE) Nru 765/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ġunju 2012, li jemenda r-Regolament Nru 1225/2009 (ĠU L 237, p. 1). Skont l-Artikolu 2 tiegħu, ir-Regolament Nru 765/2012 daħal fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li kien it-3 ta’ Settembru 2012, u japplika biss għall-investigazzjonijiet mibdija skont ir-Regolament Nru 1225/2009 u wara dan id-dħul fis-seħħ. Il-premessi tar-Regolament Nru 765/2012 jimmotivaw l-emenda tar-Regolament Nru 12205/2009 li saret bil-mod li ġej:
|
Ir-Regolament (KE) Nru 1515/2001
21 |
L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001, tat-23 ta’ Lulju 2001, fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 38, p. 50), jipprevedi b’mod partikolari, fil-paragrafu (1) tiegħu li, meta d-DSB jadotta rapport dwar miżura meħuda mill-Unjoni skont il-leġiżlazzjoni antidumping tagħha, il-Kunsill jista’, skont il-każ, iħassar jew jemenda l-miżura kkontestata, jew jadotta miżura partikolari oħra meqjusa adatta f’dan il-każ. |
22 |
L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1515/2001 jipprovdi li “[k]walunkwe miżura adottata skond dan ir-Regolament, kemm-il darba ma jiġix indikat mod ieħor, jibda jkolla effett mid-data li din tidħol fis-seħħ u ma tipprovdix l-ebda bażi għar-rimborż tad-dazju li inġabar qabel dik id-data għandha”. |
Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari
Ir-regolamenti kkontestati
23 |
Fis-7 ta’ Lulju 2005, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 166, p. 14), il-ftuħ ta’ proċedura antidumping relatata mal-importazzjonijiet fl-Unjoni, ta’ ċertu lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġina miċ-Ċina u mill-Vjetnam (iktar ’il quddiem il-“prodotti inkwistjoni”). |
24 |
Fit-23 ta’ Marzu 2006, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 553/2006, li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ ċertu lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU L 98, p. 3, iktar ’il quddiem ir-“regolament provviżorju”). Skont l-Artikolu 3 tiegħu, dan ir-regolament daħal fis-seħħ fis-7 ta’ April 2006, għal perijodu ta’ sitt xhur. |
25 |
Il-premessi 119 u 120 tar-regolament provviżorju jipprovdu:
|
26 |
Fil-5 ta’ Ottubru 2006, il-Kunsill adotta r-regolament definittiv, li impona dazju antidumping definittiv fuq l-imsemmija importazzjonijiet. |
27 |
Il-premessi 132 sa 135 tar-regolament definittiv jindikaw:
|
28 |
L-Artikolu 1(3) tar-regolament definittiv stabbilixxa r-rata ta’ dan id-dazju għal 16.5 % għall-prodotti inkwistjoni mmanifatturati mill-kumpanniji kollha stabbiliti fiċ-Ċina, bl-eċċezzjoni ta’ Golden Step, għal 9.7 % għal dawk immanifatturati minn din tal-aħħar u għal 10 % għal dawk immanifatturati mill-kumpanniji kollha stabbiliti fil-Vjetnam. |
29 |
Barra minn hekk, l-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament ippreveda li dan kien jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li seħħet fis-6 ta’ Ottubru 2006, u li dan ser ikun applikabbli għal perijodu ta’ sentejn. |
30 |
Fil-5 ta’ Settembru 2007, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1028/2007, tal-5 ta’ Settembru 2007, li jiftaħ investigazzjoni rigward il-possibbiltà ta’ evażjoni tal-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 dwar l-importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina b’importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda kkonsenjati mill-Makaw SAR, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Makaw SAR u kemm jekk le, u jagħmel importazzjonijiet bħal dawn suġġetti għal reġistrazzjoni (ĠU L 234, p. 3). |
31 |
Fid-29 ta’ April 2008, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 388/2008, tad-29 ta’ April 2008, li jestendi l-miżuri antidumping definittivi imposti mir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ l-istess prodott ikkonsenjati mill-Makaw SAR, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Makaw SAR u kemm jekk le (ĠU L 117, p. 1). |
32 |
Permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fit-3 ta’ Ottubru 2008 (ĠU C 251, p. 21), il-Kummissjoni ħabbret il-ftuħ ta’ eżami mill-ġdid fil-kuntest tal-iskadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċertu lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġina miċ-Ċina u l-Vjetnam. |
33 |
Fit-22 ta’ Diċembru 2009, il-Kunsill adotta r-regolament ta’ estensjoni, li impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti inkwistjoni, estiż għall-importazzjonijiet ikkunsinnati mill-Macao SAR tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw minn dan ir-reġjun amministrattiv speċjali u kemm jekk le, sussegwentement għal dan l-eżami mill-ġdid. |
34 |
L-Artikolu 1(3) u (4) tar-regolament ta’ estensjoni stabbilixxa r-rata ta’ dan id-dazju għal 16.5 % għall-prodotti inkwistjoni mmanifatturati mill-kumpanniji kollha stabbiliti fiċ-Ċina, bl-eċċezzjoni tal-kumpannija Golden Step, kif ukoll għal dawk ikkunsinnati mill-Macao, għal 9.7 % għall-prodotti inkwistjoni mmanifatturati minn Golden Step u għal 10 % għal dawk immanifatturati mill-kumpanniji kollha stabbiliti fil-Vjetnam. |
35 |
Barra minn hekk, l-Artikolu 2 tar-regolament ta’ estensjoni ppreveda li dan tal-aħħar kien jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li seħħet fit-30 ta’ Diċembru 2009, u li dan ser ikun fis-seħħ għal perijodu ta’ ħmistax‑il xahar. |
Il-kontenzjuż sussegwenti
36 |
Permezz ta’ żewġ sentenzi tal-4 ta’ Marzu 2010, Brosmann Footwear (HK) et vs Il‑Kunsill (T‑401/06, EU:T:2010:67), u Zhejiang Aokang Shoes u Wenzhou Taima Shoes vs Il‑Kunsill (T‑407/06 u T‑408/06, EU:T:2010:68), il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ċaħdet tliet rikorsi intiżi għall-annullament tar-regolament definittiv, ippreżentati minn ċertu kumpanniji li jimmanifatturaw u li jesportaw il-prodotti inkwistjoni u li huma stabbiliti fiċ-Ċina. |
37 |
Permezz ta’ żewġ sentenzi tat-2 ta’ Frar 2012, Brosmann Footwear (HK) et vs Il‑Kunsill (C‑249/10 P, EU:C:2012:53) u tal-15 ta’ Novembru 2012, Zhejiang Aokang Shoes vs Il‑Kunsill (C‑247/10 P, EU:C:2012:710), il-Qorti tal-Ġustizzja, adita b’appelli minn dawn iż-żewġ sentenzi tal-Qorti Ġenerali, minn naħa, annullat dawn tal-aħħar u, min-naħa l-oħra, annullat ir-regolament definittiv sa fejn dan kien jirrigwarda lill-appellanti fil-kawżi li taw lok għal dawn is-sentenzi. |
38 |
F’dawn is-sentenzi, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, l-ewwel nett, li r-regolament definittiv kien ivvizzjat bi ksur tal-obbligu impost fuq il-Kummissjoni li teżamina t-talbiet tal-produtturi li xtaqu jiksbu l-istatus ta’ kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq u li tiddeċiedi fuq kull waħda minn dawn it-talbiet fi żmien tliet xhur mill-ftuħ tal-investigazzjoni tagħha, skont l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Nru 384/96, inkluż fil-każ li, minn naħa, din l-istituzzjoni ddeċidiet li tirrikorri għall-metodu tat-teħid ta’ kampjuni previst fl-Artikolu 17 ta’ dan ir-regolament sabiex tikkalkola l-marġnijiet ta’ dumping u fil-każ li, min-naħa l-oħra, il-produtturi li ressqu dawn it-talbiet ma humiex inklużi fil-kampjun magħżul (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Brosmann Footwear et (HK) et vs Il‑Kunsill, C‑249/10 P, EU:C:2012:53, punti 36 sa 40, u Zhejiang Aokang Shoes vs Il‑Kunsill, C‑247/10 P, EU:C:2012:710, punti 29 sa 34). |
39 |
Sussegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li ma kienx eskluż li tali eżami seta’ jwassal għall-impożizzjoni, fir-rigward tal-appellanti fil-kawżi li taw lok għal dawk is-sentenzi, ta’ dazju antidumping definittiv differenti mid-dazju ta’ 16.5 % applikabbli fir-rigward tagħhom bis-saħħa tal-Artikolu 1(3) tar-regolament definittiv. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni kienet timponi dazju antidumping definittiv ta’ 9.7 % fir-rigward tal-uniku produttur Ċiniż inkluż fil-kampjun magħżul mill-Kummissjoni u li kien kiseb l-istatus ta’ kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq, jiġifieri Golden Step. Issa, jekk il-Kummissjoni kienet ikkonstatat li l-kundizzjonijiet għal ekonomija tas-suq kienu jipprevalu wkoll għal dawn l-appellanti, li ma kinux inklużi fit-teħid ta’ kampjun, iżda li kienu talbu sabiex jingħataw l-istess status, dawn tal-aħħar ukoll kellhom jibbenefikaw minn din ir-rata, meta l-kalkolu ta’ marġni ta’ dumping individwali ma kienx possibbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Brosmann Footwear (HK) et vs Il‑Kunsill, C‑249/10 P, EU:C:2012:53, punt 42, u Zhejiang Aokang Shoes vs Il‑Kunsill, C‑247/10 P, EU:C:2012:710, punt 36). |
40 |
Fl-aħħar nett, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li ma kienx hemm lok li jiġu limitati l-effetti ratione temporis tal-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 384/96 imsemmija fil-punt 38 ta’ din is-sentenza (sentenza Zhejiang Aokang Shoes vs Il‑Kunsill, C‑247/10 P, EU:C:2012:710, punti 39 sa 41). |
Il-Kawża C‑659/13
41 |
Permezz ta’ talba mressqa b’mod kawtelatorju fit-30 ta’ Ġunju 2010 lill-amministrazzjoni tat-taxxa u tad-dwana tar-Renju Unit, abbażi tal-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali, Clark talbet ir-rimbors tad-dazju antidumping li hija kienet ħallset minħabba l-importazzjoni tal-prodotti inkwistjoni fl-Unjoni matul perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju 2007 u April 2010. Hija mmotivat din it-talba billi sostniet li r-regolament definittiv kien invalidu, filwaqt li stiednet lil din l-amministrazzjoni tissospendi d-deċiżjoni fir-rigward ta’ din it-talba sa ma jiġu deċiżi l-kawżi Brosmann Footwear (HK) et vs Il-Kunsill (C‑249/10 P, EU:C:2012:53) u Zhejiang Aokang Shoes vs Il‑Kunsill (C‑247/10 P, EU:C:2012:710). |
42 |
Permezz ta’ talba mressqa fit-2 ta’ Marzu 2012 lil din l-amministrazzjoni, skont l-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali, Clark irrepetiet it-talba preċedenti tagħha, filwaqt li estendiet il-perijodu li fir-rigward tiegħu hija kienet qiegħda titlob ir-rimbors tad-dazju antidumping li hija kienet ħallset sal-31 ta’ Awwissu 2010. Is-somma kkonċernata tammonta għal £ 42592829.52 (GBP) (madwar € 60 miljun). |
43 |
Permezz ta’ deċiżjoni tat-13 ta’ Marzu 2013, l-amministrazzjoni tat-taxxa u tad-dwana tar-Renju Unit ċaħdet it-talbiet imressqa minn Clark. Hija bbażat din id-deċiżjoni fuq żewġ motivi bbażati, l-ewwel wieħed, fuq il-fatt li permezz tas‑sentenzi Brosmann Footwear (HK) et vs Il‑Kunsill (C‑249/10 P, EU:C:2012:53) u Zhejiang Aokang Shoes vs Il‑Kunsill (C‑247/10 P, EU:C:2012:710), il-Qorti tal-Ġustizzja kienet annullat ir-regolament definittiv biss fir-rigward tal-appellanti fil-kawżi li taw lok għal dawk is-sentenzi u, it-tieni wieħed, fuq il-fatt li ebda mill-prodotti importati minn Clark fl-Unjoni ma kienu joriġinaw minn dawn l-appellanti. |
44 |
Fil-11 ta’ April 2013 Clark ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-First-tier Tribunal (Tax Chamber) [qorti tal-ewwel istanza (awla tat-taxxa)]. |
45 |
Din il-qorti għandha dubju fir-rigward tal-validità tar-regolament definittiv, fid-dawl b’mod partikolari tas-sentenzi Brosmann Footwear (HK) et vs Il‑Kunsill (C‑249/10 P, EU:C:2012:53) u Zhejiang Aokang Shoes vs Il‑Kunsill (C‑247/10 P, EU:C:2012:710). Hija għandha wkoll dubju dwar l-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali. |
46 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-First-tier Tribunal (Tax Chamber) [qorti tal-ewwel istanza (awla tat-taxxa)] iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Il-Kawża C‑34/14
47 |
Permezz ta’ tliet talbiet imressqa fil-21 ta’ Diċembru 2011 u fl-20 ta’ Jannar 2012 quddiem l-uffiċċju prinċipali tad-dwana ta’ Nürnberg, skont l-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali, Puma talbet ir-rimbors tad-dazju antidumping li hija kienet ħallset minħabba l-importazzjoni tal-prodotti inkwistjoni fl-Unjoni matul perijodu ta’ bejn is-7 ta’ April 2006 u l-1 ta’ April 2011, minħabba li r-regolamenti kkontestati kienu invalidi. Is-somma kkonċernata kienet dak iż-żmien tammonta għal € 5100983.90. |
48 |
Permezz ta’ deċiżjoni tal-5 ta’ Lulju 2012, l-uffiċċju prinċipali tad-dwana ta’ Nürnberg ċaħad it-talbiet imressqa minn Puma. Huwa bbaża din id-deċiżjoni fuq żewġ motivi bbażati, l-ewwel wieħed, fuq il-fatt li permezz tas-sentenza Brosmann Footwear (HK) et vs Il‑Kunsill (C‑249/10 P, EU:C:2012:53) il-Qorti tal-Ġustizzja kienet annullat ir-regolament definittiv biss sa fejn dan kien jirrigwarda lill-appellanti fil-kawża li tat lok għal dik is-sentenza u, it-tieni wieħed, fuq il-fatt li ebda mill-prodotti importati minn Puma fl-Unjoni ma kienu joriġinaw minn dawn l-appellanti. |
49 |
Permezz ta’ lment imressaq quddiem l-uffiċċju prinċipali tad-dwana ta’ Nürnberg fit-18 ta’ Lulju 2012, Puma talbet mill-ġdid ir-rimbors tad-dazju antidumping li hija kienet ħallset. Hija madankollu emendat is-somma kkonċernata, li issa tammonta għal € 5059386.70. |
50 |
Sussegwentement għaċ-ċaħda ta’ dan l-ilment, permezz ta’ deċiżjoni tat-13 ta’ Novembru 2012, Puma ppreżentat rikors quddiem il-Finanzgericht München (qorti tal-finanzi ta’ München). |
51 |
Din il-qorti għandha dubju dwar il-validità tar-regolamenti kkontestati, fid-dawl b’mod partikolari tas-sentenzi Brosmann Footwear (HK) et vs Il‑Kunsill (C‑249/10 P, EU:C:2012:53) u Zhejiang Aokang Shoes vs Il‑Kunsill (C‑247/10 P, EU:C:2012:710). F’dan il-kuntest, hija tistaqsi wkoll jekk ir-regolamenti kkontestati u xi wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 384/96, li dawn ir-regolamenti applikaw, humiex konformi mal-Ftehim antidumping tad-WTO. Hija fl-aħħar nett għandha wkoll dubju dwar l-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali. |
52 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht München (qorti tal-finanzi ta’ München) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ammissibbiltà
53 |
Il-Kunsill u l-Kummissjoni jsostnu li Clark u Puma ma għandhomx id-dritt jeċċepixxu l-invalidità tar-regolamenti kkontestati quddiem il-qrati tar-rinviju u li, għaldaqstant, id-domandi magħmula minn dawn il-qrati dwar il-validità ta’ dawn ir-regolamenti għandhom jiġu ddikjarati inammissibbli. |
54 |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni ssostni li persuni ġuridiċi bħal Clark u Puma huma individwalment ikkonċernati mir-regolamenti kkontestati u li għaldaqstant huma jistgħu jitolbu direttament l-annullament tagħhom lill-qorti tal-Unjoni. |
55 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li l-kawżi prinċipali joriġinaw minn talbiet għar-rimbors tad-dazji antidumping imħallsa skont ir-regolamenti kkontestati, li tressqu minn Clark u minn Puma quddiem l-awtoritajiet doganali nazzjonali kompetenti, bis-saħħa tal-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali, u li sussegwentement ġew miċħuda minn dawn tal-aħħar. Sussegwentement għal dawn id-deċiżjonijiet ta’ ċaħda, Clark u Puma t-tnejn li huma eżerċitaw id-dritt għal azzjoni legali li jirrikonoxxilhom l-Artikolu 243 tal-Kodiċi Doganali, fil-kundizzjonijiet previsti mid-dritt intern. |
56 |
Issa, skont ġurisprudenza stabbilita l-prinċipju ġenerali li jiggarantixxi lil kull parti fil-kawża d-dritt li teċċepixxi, fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat kontra miżura nazzjonali li tikkawżalha preġudizzju, l-invalidità tal-att tal-Unjoni li jservi ta’ bażi għal din il-miżura ma jipprekludix li tali dritt ikun suġġett għall-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata ma kellhiex id-dritt li titlob direttament l-annullament tiegħu lill-qorti tal-Unjoni, skont l-Artikolu 263 TFUE. Madankollu, huwa biss fil-każ li jista’ jitqies li persuna, mingħajr ebda xejn, setgħet titlob l-annullament tal-att inkwistjoni li din il-persuna hija pprojbita milli teċċepixxi l-invalidità tiegħu quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi TWD Textilwerke Deggendorf, C‑188/92, EU:C:1994:90, punt 28; Valimar, C‑374/12, EU:C:2014:2231, punti 28 u 29, kif ukoll TMK Europe,C‑143/14, EU:C:2015:236, punt 18). |
57 |
Għaldaqstant huwa biss fil-każ li jista’ jitqies li persuni ġuridiċi bħal Clark u Puma huma, mingħajr ebda dubju, direttament u individwalment ikkonċernati mir-regolamenti kkontestati, fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, li dawn jistgħu jiġu pprojbiti milli jeċċepixxu l-invalidità tagħhom quddiem il-qrati tar-rinviju. |
58 |
Sussegwentement, għandu jiġi rrilevat li regolamenti bħar-regolamenti kkontestati huma ta’ natura leġiżlattiva, sa fejn dawn japplikaw għall-ġeneralità tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Allied Corporation et vs Il‑Kummissjoni, 239/82 u 275/82, EU:C:1984:68, punti 11 u 12, u TMK Europe, C‑143/14, EU:C:2015:236, punt 18). |
59 |
Fl-aħħar nett, hemm lok li jitfakkar li, fil-ġurisprudenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja identifikat ċerti kategoriji ta’ operaturi ekonomiċi li jistgħu jkunu individwalment ikkonċernati minn regolament li jimponi dazju antidumping, bla ħsara għall-possibbiltà li operaturi oħra jkunu individwalment ikkonċernati minħabba ċertu kwalitajiet li huma partikolari għalihom u li jikkaratterizzawhom meta mqabbla ma’ kull persuna oħra (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Extramet Industrie vs Il‑Kunsill, C‑358/89, EU:C:1991:214, punt 16, u TMK Europe, C‑143/14, EU:C:2015:236, punt 22). |
60 |
L-ewwel nett, jistgħu jkunu individwalment ikkonċernati dawk fost il-produtturi u l-esportaturi tal-prodott inkwistjoni li lilhom ġew imputati l-prattiki ta’ dumping bl-użu ta’ data relatata mal-attività kummerċjali tagħhom (sentenza Valimar, C‑374/12, EU:C:2014:2231, punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
61 |
It-tieni nett, dan jista’ wkoll ikun il-każ għall-importaturi ta’ dan il-prodott li l-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid tagħhom ittieħdu inkunsiderazzjoni għall-formulazzjoni tal-prezzijiet għall-esportazzjoni u li għalhekk huma kkonċernati mill-konstatazzjonijiet dwar l-eżistenza ta’ prattika ta’ dumping (sentenzi Nashua Corporation et vs Il‑Kummissjoni u Il‑Kunsill, C‑133/87 u C‑150/87, EU:C:1990:115, punt 15; Gestetner Holdings vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni, C‑156/87, EU:C:1990:116, punt 18, kif ukoll TMK Europe,C‑143/14, EU:C:2015:236, punt 20). |
62 |
It-tielet nett, dan jista’ wkoll barra minn hekk ikun il-każ għall-importaturi assoċjati ma’ esportaturi tal-prodott inkwistjoni, b’mod partikolari fil-każ li l-prezz għall-esportazzjoni jkun ġie kkalkolat abbażi tal-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni pprattikati minn dawn l-importaturi u f’dak li fih id-dazju antidumping innifsu jkun ġie kkalkolat abbażi ta’ dawn il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid (sentenzi Neotype Techmashexport vs Il‑Kummissjoni u Il‑Kunsill, C‑305/86 u C‑160/87, EU:C:1990:295, punti 19 u 20, kif ukoll TMK Europe, C‑143/14, EU:C:2015:236, punt 21). |
63 |
F’dan il-każ, huwa paċifiku li Clark u Puma ma humiex identifikati, fir-regolamenti kkontestati, bħala li huma produtturi jew esportaturi tal-prodott inkwistjoni, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 60 ta’ din is-sentenza. Barra minn hekk, il-Kummissjoni indikat, fl-osservazzjonijiet tagħha, li hija ma hijiex qed issostni li Puma hija importatur assoċjat, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 62 ta’ din is-sentenza. Min-naħa l-oħra, mill-osservazzjonijiet bil-miktub u orali tagħha jirriżulta li hija ssostni li Clark u Puma huma kkaratterizzati minn mudell ekonomiku speċifiku, dak ta’ “original equipment manufacturer” (“OEM”), jiġifieri dak ta’ impriża li tipprovdi taħt it-trade mark tagħha stess prodotti mmanifatturati minn impriżi oħra, fatt li hija ħadet in kunsiderazzjoni fir-regolamenti kkontestati. |
64 |
F’dan ir-rigward, huwa veru li, f’ċirkustanzi partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkonstatat, fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 61 ta’ din is-sentenza, li operatur li għażel il-mudell ekonomiku msemmi iktar ’il fuq kellu jitqies li huwa individwalment ikkonċernat minn regolament li impona dazji antidumping (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Nashua Corporation et vs Il‑Kummissjoni u Il‑Kunsill, C‑133/87 u C‑150/87, EU:C:1990:115, punti 3 u 17 sa 20, kif ukoll Gestetner Holdings vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni, C‑156/87, EU:C:1990:116, punti 3 u 20 sa 23). |
65 |
Madankollu, f’dan il-każ, huwa ċar li l-premessi 119 u 120 tar-regolament provviżorju u l-premessi 132 sa 135 tar-regolament definittiv, li fuqhom il-Kummissjoni tibbaża l-argument tagħha, ma jippermettux li jitqies la li Clark u Puma jinsabu f’sitwazzjoni simili għal dik li tat lok għas-sentenzi ċċitati fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza, lanqas, għaldaqstant, li dawn setgħu, mingħajr ebda dubju, jitolbu direttament lill-qorti tal-Unjoni tannulla r-regolamenti kkontestati. |
66 |
Fil-fatt, filwaqt li, fis-sentenzi Nashua Corporation et vs Il‑Kummissjoni u Il‑Kunsill, (C‑133/87 u C‑150/87, EU:C:1990:115) u Gestetner Holdings vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni, (C‑156/87, EU:C:1990:116), is-sitwazzjoni individwali ta’ xi wħud mill-fornituri tar-rikorrenti li fuqhom kien impost dazju antidumping kienet direttament meħuda inkunsiderazzjoni mill-Kunsill, il-premessi tar-regolament provviżorju u tar-regolament definittiv imsemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza ma jsemmu ebda operaturi partikolari u jirreferu, parzjalment, għal konstatazzjonijiet relatati ma’ kumpanniji Brażiljani. |
67 |
It-tieni nett, il-Kunsill u l-Kummissjoni jsostnu li Clark u Puma ma għandhomx jingħataw id-dritt li jeċċepixxu l-invalidità tar-regolamenti kkontestati fil-kuntest ta’ rikorsi bħal dawk ippreżentati quddiem il-qrati tar-rinviju, peress li huma kellhom il-possibbiltà, skont l-Artikolu 11(8) tar-Regolament Nru 384/96, jitolbu r-rimbors tad-dazji antidumping li huma kienu ħallsu, iżda ma għamlux użu minn din il-possibbiltà fit-terminu ta’ sitt xhur mogħti għal dan il-għan. |
68 |
F’dan ir-rigward, għandu madankollu l-ewwel nett jiġi kkonstatat li la l-kliem użat fl-Artikolu 11(8) tar-Regolament Nru 384/96 u lanqas dak użat fl-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali, li fuqu Clark u Puma bbażaw ruħhom sabiex iressqu t-talbiet li taw lok għall-kawżi prinċipali, ma jipprovdi l-iċken bażi testwali li tippermetti li jitqies li importaturi li ma rrikorrewx għall-proċedura prevista fl-Artikolu 11(8) tar-Regolament Nru 384/96 fit-terminu mogħti għal dan il-għan, ma jkollhomx jew ma jkollhomx iktar id-dritt jitolbu sabiex jibbenefikaw mill-proċedura stabbilita fl-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali. |
69 |
Sussegwentement, għandu jiġi rrilevat, hekk kif għamel l-Avukat Ġenerali fil-punti 53 u 54 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(8) tar-Regolament Nru 384/96 ma tipprovax tilħaq l-istess għan bħal dik prevista fl-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali. Fil-fatt dik irregolata bl-Artikolu 11(8) tar-Regolament Nru 384/96 hija intiża sabiex tippermetti lill-importaturi li ħallsu dazji antidumping jitolbu r-rimbors tagħhom lill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, meta jintwera li l-marġni ta’ dumping li abbażi tiegħu tħallsu dawn id-dazji tneħħa jew tnaqqas għal livell inqas mil-livell tad-dazju fis-seħħ. Fil-kuntest ta’ din il-proċedura, l-importaturi ma jikkontestawx il-legalità tad-dazji antidumping li ġew imposti fuqhom, iżda jinvokaw bidla tas-sitwazzjoni li għandha impatt dirett fuq il-marġni ta’ dumping inizjalment stabbilit. Għall-kuntrarju, il-proċedura prevista fl-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali tippermetti lil dawn l-importaturi jitolbu r-rimbors tad-dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li huma ħallsu, fil-każ li jiġi stabbilit li dawn id-dazji ma kinux legalment dovuti fil-mument tal-ħlas tagħhom. |
70 |
Fl-aħħar nett, l-istruttura ta’ dawn iż-żewġ proċeduri hija fundamentalment differenti. B’mod partikolari dik stabbilita fl-Artikolu 11(8) tar-Regolament Nru 384/96 taqa’ taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni u tista’ tiġi applikata biss fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-ammont definittiv tad-dazji li għandhom jinġabru tkun ġiet debitament stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti, filwaqt li dik prevista fl-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali taqa’ taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet doganali u jista’ jsir rikors għaliha fi żmien tliet snin mid-data tal-komunikazzjoni ta’ dawn id-dazji lid-debitur. |
71 |
It-tielet nett, il-Kunsill u l-Kummissjoni jallegaw li Clark u Puma ma għandhomx jingħataw il-possibbiltà li jinvokaw, fil-kuntest ta’ eċċezzjoni ta’ invalidità bħal dik intiża kontra r-regolamenti kkontestati, il-ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 384/96 dwar it-talbiet għall-kisba tal-istatus ta’ kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq jew għal trattament individwali. Fil-fatt, dan ikun jammonta għal li importaturi jiġu permessi jibbażaw ruħhom fuq drittijiet ta’ natura suġġettiva, imposti minn dan ir-regolament għall-benefiċċju biss tal-produtturi u tal-esportaturi kkonċernati minn investigazzjoni antidumping. |
72 |
Dan l-argument huwa irrilevanti f’dan il-kuntest. Fil-fatt is-sitwazzjoni li fiha jinsabu Clark u Puma ma hijiex dik ta’ persuna li tipprova tikseb, mill-qorti tal-Unjoni, l-annullament ta’ regolament li impona dazju antidumping, iżda dik ta’ persuna li teċċepixxi, quddiem qorti nazzjonali, l-invalidità ta’ tali regolament f’rikors ippreżentat kontra miżura nazzjonali adottata abbażi ta’ dan l-att, li hija manifestament ma setgħetx tikkontesta quddiem il-qorti tal-Unjoni. |
73 |
Issa, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 59 tal-konklużjonijiet tiegħu, importaturi bħal Clark u Puma, li ħallsu dazju antidumping, għandhom interess ċar u kapaċità ċara tagħhom stess li jsostnu, fil-kuntest ta’ rikorsi bħal dawk fil-kawża prinċipali, li r-regolamenti li jimponu dan id-dazju huma invalidi, minħabba li dan id-dazju ġie impost mingħajr mal-Kummissjoni l-ewwel iddeċidiet, skont ir-regoli previsti mir-Regolament Nru 384/96, fuq it-talbiet għall-kisba tal-istatus ta’ kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq jew għal trattament individwali mressqa mill-produtturi jew mill-esportaturi tal-prodotti kkonċernati. Fil-fatt, l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn it-talbiet jista’ jkollha effett negattiv fuq id-dazju antidumping li jkun impost, fi tmiem il-proċedura, fuq il-prodotti tal-operaturi kkonċernati (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Brosmann Footwear (HK) et vs Il‑Kunsill, C‑249/10 P, EU:C:2012:53, punt 42, u Zhejiang Aokang Shoes vs Il‑Kunsill, C‑247/10 P, EU:C:2012:710, punt 36). |
74 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, għandu jiġi konkluż li Clark u Puma għandhom jitqiesu li għandhom dritt jeċċepixxu l-invalidità tar-regolamenti kkontestati quddiem il-qrati tar-rinviju, b’mod li d-domandi preliminari magħmula f’dan ir-rigward huma ammissibbli. |
Fuq id-domandi relatati mal-invalidità tar-regolament definittiv
75 |
Permezz tal-1 sas-6 domandi fil-Kawża C‑659/13 kif ukoll permezz tad-domandi 1 u 2(a) fil-Kawża C‑34/14, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, kull waħda miż-żewġ qrati tar-rinviju tistaqsi jekk ir-regolament definittiv jiksirx, għal raġunijiet differenti, l-Artikolu 296 TFUE kif ukoll l-Artikolu 2(7)(b), l-Artikolu 2(7)(ċ), l-Artikolu 3(1), (2) u (5) sa (7), l-Artikolu 4(1), l-Artikolu 5(4), l-Artikolu 9(5), l-Artikolu 9(6) jew l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 384/96, ikkunsidrati waħedhom, għal xi wħud minn dawn l-artikoli jew dispożizzjonijiet, u, flimkien, għal oħrajn. |
Osservazzjonijiet preliminari
76 |
L-ewwel nett, għandu qabel kollox jiġi kkonstatat li xi wħud mill-motivi li jwasslu lill-qorti tar-rinviju fil-Kawża C‑659/13 tistaqsi jekk ir-regolament definittiv huwiex invalidu huma relatati mal-investigazzjoni tal-Kummissjoni li wasslet għall-adozzjoni ta’ dan ir-regolament (l-1 sar-4 domandi). Il-motivi l-oħra huma relatati ma’ dan ir-regolament innifsu (il-5 u s-6 domandi). Issa, ir-regolament inkwistjoni huwa att tal-Kunsill. Barra minn hekk, dan ir-regolament ikkonferma, essenzjalment, kemm l-għażliet metodoloġiċi u proċedurali magħmula mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni kif ukoll l-evalwazzjonijiet u l-konklużjonijiet misluta minnhom minn din l-istituzzjoni fir-regolament provviżorju. |
77 |
F’dawn il-kundizzjonijiet, hemm lok li jitqies li, permezz ta’ dawn id-domandi kollha, din il-qorti tar-rinviju tkopri mhux biss l-azzjoni tal-Kummissjoni, kif jirriżulta espliċitament minn dawn id-domandi, iżda wkoll dik tal-Kunsill. Barra minn hekk id-domandi magħmula fil-Kawża C‑34/14 għandhom jinftiehmu bl-istess mod. Fil-fatt, għalkemm il-kliem ta’ dawn id-domandi ma jsemmix preċiżament id-diversi motivi ta’ invalidità li dwarhom il-qorti tar-rinviju qiegħda tistaqsi, id-deċiżjoni tar-rinviju tagħha tippermetti li jiġi kkonstatat li, bl-istess mod, xi wħud minn dawn il-motivi jikkonċernaw l-investigazzjoni magħmula mill-Kummissjoni, u l-oħrajn jikkonċernaw il-konklużjonijiet misluta minnhom mill-Kunsill fir-regolament definittiv. |
78 |
Sussegwentement, fil-Kawża C‑34/14, il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll, fil-kuntest tad-domanda 1 tagħha u tad-domanda 2(a) tagħha, dwar il-validità tar-regolament ta’ estensjoni. Issa, mid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha jirriżulta li f’dan ir-rigward din il-qorti ma tinvoka ebda motiv ta’ invalidità possibbli ieħor ħlief dawk li jwassluha tiddubita dwar il-validità tar-regolament definittiv. |
79 |
F’dawn il-kundizzjonijiet, hemm lok li jitqies li huwa biss sa fejn l-eżami tad-domandi relatati mar-regolament definittiv iwassal għall-konklużjoni li dan ir‑regolament huwa kompletament jew parzjalment invalidu li r-regolament ta’ estensjoni jista’, jekk ikun il-każ, jitqies li huwa invalidu bl-istess mod. |
80 |
Fl-aħħar nett, fil-Kawża C‑34/14, il-qorti tar-rinviju tibbaża ruħha, fil-kuntest tad-domandi tagħha dwar il-validità tar-regolament definittiv, minn naħa, fuq il-Ftehim antidumping tad-WTO u, min-naħa l-oħra, fuq ċertu deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet tad-DSB, li jistgħu, fl-opinjoni tagħha, ikollhom riperkussjonijiet fuq il-validità ta’ dan ir-regolament. |
81 |
F’dawn il-kundizzjonijiet, hemm lok li l-ewwel nett jiġi ddeterminat jekk dan il-ftehim u dawn id-deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet tad-DSB jistgħux jiġu invokati f’din il-kawża, u, għaldaqstant, jekk il-validità tar-regolament definittiv għandhiex tiġi eżaminata b’kunsiderazzjoni għalihom. |
82 |
L-ewwel nett, mill-Artikolu 216(2) TFUE jirriżulta li l-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni jorbtu lill-istituzzjonijiet tagħha u għaldaqstant jipprevalu fuq l-atti li dawn jistabbilixxu (sentenza Intertanko et, C‑308/06, EU:C:2008:312, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
83 |
F’dan il-każ, peress li l-Unjoni hija parti mill-Ftehim antidumping tad-WTO, dan il-ftehim effettivament jorbot lill-istituzzjonijiet tagħha. |
84 |
It-tieni nett, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li d-dispożizzjonijiet ta’ ftehim internazzjonali li fir-rigward tiegħu l-Unjoni hija parti jistgħu jiġu invokati insostenn ta’ rikors għall-annullament ta’ att tad-dritt sekondarju tal-Unjoni, ta’ eċċezzjoni bbażata fuq l-illegalità ta’ tali att jew ta’ rikors għad-danni biss bil-kundizzjoni doppja li, minn naħa, in-natura u l-istruttura ta’ dan il-ftehim inkwistjoni ma jipprekludux dan u, min-naħa l-oħra, li dawn id-dispożizzjonijiet, mil-lat tal-kontenut tagħhom, jidhru inkundizzjonati u suffiċjentement preċiżi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Intertanko et, C‑308/06, EU:C:2008:312, punti 43 u 45, kif ukoll FIAMM et vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni, C‑120/06 P u C‑121/06 P, EU:C:2008:476, punti 110 u 120). |
85 |
Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja ripetutament iddeċidiet li, minħabba n-natura u l-istruttura tagħhom, il-ftehimiet tad-WTO bħala prinċipju ma humiex fost ir-regoli li fid-dawl tagħhom tista’ tiġi mistħarrġa l-legalità ta’ atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Il‑Portugall vs Il‑Kunsill, C‑149/96, EU:C:1999:574, punt 47, u Il‑Kummissjoni vs Rusal Armenal, C‑21/14 P, EU:C:2015:494, punt 38). |
86 |
Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li l-fatt li jiġi ammess li l-obbligu li tiġi żgurata konformità tad-dritt tal-Unjoni mar-regoli tad-WTO huwa impost direttament fuq il-qorti tal-Unjoni jwassal sabiex iċaħħad lill-organi leġiżlattivi jew eżekuttivi tal-Unjoni mill-marġni ta’ manuvra li jgawdu minnha l-organi simili tal-isħab kummerċjali tal-Unjoni. Fil-fatt, huwa paċifiku li wħud mill-partijiet kontraenti, inklużi l-imsieħba l-iktar importanti tal-Unjoni mil-lat kummerċjali, ikkonkludew, fid-dawl tas-suġġett u tal-iskop tal-ftehimiet tad‑WTO, li dawn ma humiex fost ir-regoli li fid-dawl tagħhom il-qrati tagħhom jistħarrġu l-legalità tar-regoli tagħhom tad-dritt nazzjonali. Tali assenza ta’ reċiproċità, kieku kellha tiġi aċċettata, toħloq ir-riskju li jkun hemm żbilanċ fl-applikazzjoni tal-ftehimiet tad-WTO (sentenzi Il‑Portugall vs Il‑Kunsill, C‑149/96, EU:C:1999:574, punti 43 sa 46, u Il‑Kummissjoni vs Rusal Armenal, C‑21/14 P, EU:C:2015:494, punt 39). |
87 |
Madankollu, f’żewġ sitwazzjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat, b’mod eċċezzjonali, li l-qorti tal-Unjoni għandha, skont il-każ, tistħarreġ il-legalità ta’ att tal-Unjoni u tal-atti adottati għall-applikazzjoni tiegħu fid-dawl tal-ftehimiet tad-WTO. L-ewwel tali sitwazzjoni hija meta l-Unjoni riedet teżegwixxi obbligu partikolari assunt fil-kuntest ta’ dawn il-ftehimiet u, it-tieni sitwazzjoni hija meta l-att tal-Unjoni inkwistjoni jirreferi espressament għal dispożizzjonijiet preċiżi ta’ dawn il-ftehimiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Rusal Armenal, C‑21/14 P, EU:C:2015:494, punti 40 u 41 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
88 |
Għaldaqstant għandu jiġi ddeterminat kif inhuma l-affarijiet f’dan il-każ. |
89 |
F’dan ir-rigward, hemm lok li l-ewwel nett jiġi kkonstatat li la t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament Nru 384/96 li dwaru jittrattaw l-inċertezzi tal-qorti tar-rinviju fil-Kawża C‑34/14, u lanqas barra minn hekk ebda artikolu ieħor ta’ dan ir-regolament ma jirreferu għal xi dispożizzjoni preċiża ta’ dawn il-ftehimiet. |
90 |
Sussegwentement, għalkemm huwa veru li l-premessa 5 tar-Regolament Nru 384/96 tindika li “sa fejn ikun possibbli” l-kliem tal-Ftehim antidumping tad-WTO għandu jiġi traspost fid-dritt tal-Unjoni, din l-espressjoni għandha tinftiehem fis-sens li, anki jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jieħu inkunsiderazzjoni r-regoli ta’ dan il-ftehim meta adotta r-Regolament Nru 384/96, huwa madankollu, ma mmanifestax ir-rieda li jwettaq traspożizzjoni ta’ kull waħda minn dawn ir-regoli f’dan ir-regolament (sentenza Il‑Kummissjoni vs Rusal Armenal, C‑21/14 P, EU:C:2015:494, punt 52). |
91 |
B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrilevat li l-Artikolu 2(7) tar-Regolament Nru 384/96 jikkostitwixxi l-espressjoni tar-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jadotta approċċ speċifiku għall-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, billi jistabbilixxi skema speċjali ta’ regoli ddettaljati relatati mal-kalkolu tal-valur normali fir-rigward tal-importazzjonijiet minn pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Rusal Armenal, C‑21/14 P, EU:C:2015:494, punti 47 sa 50 u 53). Issa, id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament Nru 384/96 jirreferu għall-Artikolu 2(7) ta’ dan ir-regolament u jifformaw parti integrali mill-iskema li dan jistabbilixxi. |
92 |
Għaldaqstant, għandu jiġi konkluż li l-Ftehim antidumping tad-WTO ma jistax jiġi invokat sabiex tiġi kkontestata l-legalità tar-regolament definittiv. |
93 |
It-tielet nett, għandu jiġi ddeterminat jekk din il-konklużjoni tistax tiġi kkontestata miż-żewġ rapporti tad-DSB invokati minn din il-qorti tar-rinviju. L-ewwel minn dawn ir-rapporti jirrigwarda l-kawża “Il‑Komunitajiet Ewropej – Miżuri Definittivi ta’ kontra d-dumping fuq Ċerti Qfieli tal-Ħadid jew tal-Azzar miċ-Ċina (WT/DS397R)”, hekk kif indikat fil-punt 20 ta’ din il-kawża. It-tieni minn dawn ir-rapporti, li fir-rigward ta’ ċertu punti jinkludi s-sustanza tal-ewwel rapport, jirrigwarda l-kawża “Unjoni Ewropea – Miżuri antidumping rigward ċerti żraben ġejjin miċ-Ċina (WT/DS405/R)” u jiddeċiedi, inter alia, fuq il-kompatibbiltà tar-regolamenti kkontestati mal-ftehimiet tad-WTO. |
94 |
F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza jirriżulta li, b’kunsiderazzjoni għan-natura u għall-istruttura tas-sistema ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim stabbilita mill-ftehimiet WTO u għall-importanza kunsiderevoli li din is-sistema tagħti lin-negozjati bejn il-partijiet kontraenti, il-qorti tal-Unjoni ma tistax, f’kull każ, tistħarreġ il-legalità jew il-validità ta’ atti tal-Unjoni fid-dawl tar-regoli tad-WTO sakemm it-terminu raġonevoli mogħti lill-Unjoni sabiex tikkonforma ruħha mad-deċiżjonijiet u mar-rakkomandazzjonijiet tad-DSB li jikkonstataw in-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn ir-regoli ma jkunx skada, għaliex ikun hemm riskju li jintilef l-effett ta’ dan it-terminu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Biret International vs Il‑Kunsill, C‑93/02 P, EU:C:2003:517, punt 62, kif ukoll X u X BV, C‑319/10 u C‑320/10, EU:C:2011:720, punt 41). |
95 |
Barra minn hekk, is-sempliċi skadenza ta’ dan it-terminu ma tfissirx li l-Unjoni eżawriet il-possibbiltajiet previsti minn din is-sistema ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim sabiex tinsab soluzzjoni għat-tilwima li hija għandha ma’ partijiet oħra. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-fatt li l-qorti tal-Unjoni tiġi meħtieġa, sempliċement għaliex ikun skada dan it-terminu, tistħarreġ il-legalità jew il-validità tal-miżuri tal-Unjoni kkonċernati fid-dawl tar-regoli tad-WTO u tad-deċiżjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet tad-DSB li jikkonstataw in-nuqqas ta’ osservanza tagħhom jista’ jkollu l-effett li jiffraġilizza l-pożizzjoni tal-Unjoni fit-tfittxija ta’ soluzzjoni li tkun kemm konformi mar-regoli tad-WTO kif ukoll aċċettabli mutwalment mill-partijiet fit-tilwima (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Van Parys, C‑377/02, EU:C:2005:121, punti 51 u 54; FIAMM et vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni, C‑120/06 P u C‑121/06 P, EU:C:2008:476, punti 117 u 125 sa 130, kif ukoll X u X BV, C‑319/10 u C‑320/10, EU:C:2011:720, punti 36 u 37). |
96 |
Għaldaqstant, anki sussegwentement għall-iskadenza tat-terminu msemmi iktar ’il fuq, individwu ma jistax jibbaża ruħu fuq tali deċiżjonijiet u fuq tali rakkomandazzjonijiet tad-WTO sabiex jikseb stħarriġ tal-legalità jew tal-validità tal-azzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, għall-inqas barra mill-każijiet fejn, sussegwentement għal dawn id-deċiżjonijiet u dawn ir-rakkomandazzjonijiet, l-Unjoni riedet tassumi obbligu partikolari (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Van Parys, C‑377/02, EU:C:2005:121, punti 40 u 41; Ikea Wholesale, C‑351/04, EU:C:2007:547, punti 30 sa 35, kif ukoll X u X BV, C‑319/10 u C‑320/10, EU:C:2011:720, punt 37). |
97 |
F’dan il-każ, minn naħa, permezz tar-rapport relatat mal-kawża “Unjoni Ewropea – Miżuri antidumping rigward ċerti żraben ġejjin miċ-Ċina (WT/DS405/R)”, id-DSB ċertament iddeċieda li parti mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament Nru 384/96 kienet inkompatibbli ma’ xi wħud mir-regoli tad-WTO kemm “fihom infushom” kif ukoll “kif applikati” fir-regolamenti kkontestati. Madankollu, huwa llimita ruħu jirrakkomanda lill-Unjoni tikkonforma r-Regolament Nru 1225/2009, li sa dak iż-żmien kien ħassar u ssostitwixxa dan ir-regolament, ma’ dawn ir-regoli. Għaldaqstant, huwa ma għamel ebda rakkomandazzjoni partikolari relatata mar-regolamenti kkontestati. |
98 |
Min-naħa l-oħra, ebda element ma jippermetti li jitqies li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried jassumi obbligu partikolari fir-rigward tar-regolamenti kkontestati sussegwentement għal dan ir-rapport jew għar-rapport tad-DSB dwar il-kawża “Il‑Komunitajiet Ewropej – Miżuri Definittivi ta’ kontra d-dumping fuq Ċerti Qfieli tal-Ħadid jew tal-Azzar miċ-Ċina (WT/DS397R)”, li permezz tiegħu kien diġà ġie konkluż, għall-istess raġuni, li l-Artikolu 9(5) tar-Regolament Nru 384/96 kien inkompatibbli mar-regoli tad-WTO u kien ġie rrakomandat li din id-dispożizzjoni ssir konformi. |
99 |
Fil-fatt, filwaqt li jesprimi, fil-premessi 5 u 6 tar-Regolament Nru 765/2012, “li biħsieb[u] [j]implimenta” dawn id-deċiżjonijiet u dawn ir-rakkomandazzjonijiet tad-DSB “b’mod li [j]irrispetta l-obbligi t[iegħu] fir-rigward tad-WTO”, il-leġiżlatur tal-Unjoni ddeċieda li l-emenda tar-Regolament Nru 122/2009 magħmula għal dan il-għan tkun tapplika biss għall-investigazzjonijiet miftuħa skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-aħħar regolament u sussegwentement għad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 765/2012, hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament. Għaldaqstant, dan il-leġiżlatur ma pprevediex li tali emenda tkun applikabbli għal investigazzjoni miftuħa qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 765/2012, abbażi tar-Regolament Nru 384/96, bħall-investigazzjoni li tat lok għall-adozzjoni tar-regolamenti kkontestati. |
100 |
Minn dan kollu li jippreċedi jirriżulta li la l-Ftehim antidumping tad-WTO u lanqas iż-żewġ rapporti msemmija fil-punt 93 ta’ din is-sentenza ma jistgħu jiġu invokati fil-kuntest ta’ dawn il-kawżi u li, għaldaqstant, il-validità tar-regolament definittiv ma tistax tiġi eżaminata b’teħid inkunsiderazzjoni tagħhom. |
Fuq il-validità tar-regolament definittiv fid-dawl tal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament Nru 384/96
101 |
Permezz domanda 1 fil-Kawża C‑659/13 kif ukoll, essenzjalment, permezz tad-domanda 1 u tad-domanda 2(a) fil-Kawża C‑34/14, il-qrati tar-rinviju jistaqsu jekk ir-regolament definittiv huwiex invalidu sa fejn dan jikser, fl-opinjoni tagħhom, l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament Nru 384/96, peress li l-Kunsill u l-Kummissjoni ma ddeċidewx fuq it-talbiet għall-kisba tal-istatus ta’ kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq imressqa mill-produtturi-esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi mhux inklużi fil-kampjun meħud skont l-Artikolu 17 ta’ dan ir-regolament. |
102 |
F’dan il-każ, l-eżami tar-regolament definittiv iwassal għall-konstatazzjoni ta’ tliet elementi. L-ewwel nett, xi wħud mill-produtturi-esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi li huma s-suġġett tal-investigazzjoni li fit-tmiem tagħha ġie adottat dan ir-regolament talbu jibbenefikaw mill-istatus ta’ kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq, abbażi tal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament Nru 384/96. It-tieni nett, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirrikorri għall-possibbiltà ta’ teħid ta’ kampjuni fil-kuntest tal-investigazzjoni, abbażi tal-Artikolu 17 ta’ dan ir-regolament, fid-dawl tan-numru kbir ta’ operaturi inkwistjoni. It-tielet nett, il-Kummissjoni, li l-pożizzjoni tagħha ġiet ikkonfermata fuq dan il-punt mill-Kunsill, iddeċidiet, fid-dawl ta’ dan l-użu tat-teknika ta’ teħid ta’ kampjuni u tan-numru kbir ta’ talbiet għall-kisba tal-istatus ta’ kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq li tressqulha, li tiddeċiedi fuq it-talbiet tal-produtturi-esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi inklużi fit-teħid ta’ kampjuni tagħha, u mhux fuq dawk tal-produtturi-esportaturi mhux inklużi f’dan it-teħid ta’ kampjuni. |
103 |
Huwa fid-dawl ta’ dawn l-elementi u b’kunsiderazzjoni għall-ġurisprudenza rilevanti li hemm lok li jiġi evalwat jekk il-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tar-regolamenti kkontestati hijiex konformi mal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament Nru 384/96. |
104 |
F’dan ir-rigward, l-ewwel nett hemm lok li jiġi rrilevat li l-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 384/96 jipprevedi li, fil-każ li n-numru ta’ operaturi ekonomiċi kkonċernati minn investigazzjoni antidumping ikun kbir, din l-investigazzjoni tista’ tiġi llimitata għal numru raġonevoli ta’ partijiet, billi jintużaw kampjuni statistikament rappreżentattivi. Skont l-Artikolu 17(2), hija l-Kummissjoni li għandha tagħmel l-għażla finali fir-rigward tal-partijiet inklużi f’tali kampjuni. Skont l-Artikolu 17(3), marġni ta’ dumping individwali għandu madankollu jiġi kkalkolat għal kull esportatur jew produttur mhux inkluż fil-kampjun li jressaq talba għal dan il-għan, ħlief fil-każijiet fejn in-numru tagħhom huwa tant kbir li eżamijiet individwali jikkomplikaw indebitament il-kompitu u jimpedixxu li l-investigazzjoni tingħalaq f’terminu xieraq. |
105 |
Sussegwentement, l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 384/96 jipprevedi regola bażika li d-determinazzjoni tal-valur normali ta’ prodott, li tikkostitwixxi waħda mill-istadji essenzjali li għandhom jippermettu li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ possibbiltà ta’ dumping, għandha normalment tiġi bbażata fuq il-prezzijiet imħallsa jew li għandhom jitħallsu, matul operazzjonijiet kummerċjali normali, minn xerrejja indipendenti fil-pajjiżi esportaturi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza GLS, C‑338/10, EU:C:2012:158, punt 19). |
106 |
Madankollu, fil-każ ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq, l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament Nru 384/96 jipprovdi li, b’deroga mir‑regola bażika msemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza, il-valur normali huwa, fil-prinċipju, iddeterminat abbażi tal-prezz jew tal-valur kostrutt f’pajjiż terz li għandu ekonomija tas-suq. Din id-dispożizzjoni hija intiża tevita t-teħid inkunsiderazzjoni tal-prezzijiet u tal-ispejjeż fis-seħħ fil-pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq, sa fejn dawn il-parametri ma humiex ir-riżultat normali tal-forzi li jaġixxu fis-suq (sentenzi GLS, C‑338/10, EU:C:2012:158, punt 20, u Il‑Kunsill vs Zhejiang Xinan Chemical Industrial Group (C‑337/09 P, EU:C:2012:471, punt 66). |
107 |
Barra minn hekk, fil-każ ta’ importazzjonijiet minn, b’mod partikolari, iċ-Ċina, il-Vjetnam u kull pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq li huwa membru tad-WTO fid-data tal-ftuħ ta’ investigazzjoni antidumping, l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament Nru 384/96 jipprevedi li l-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont l-Artikolu 2(1) sa (6) ta’ dan ir-regolament jekk jiġi stabbilit, abbażi ta’ talbiet debitament iddokumentati mressqa minn produttur wieħed jew iktar stabbiliti f’dawn il-pajjiżi u li jkunu s-suġġett tal-investigazzjoni, li l-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq jipprevalu għal dan il-produttur jew għal dawn il-produtturi. |
108 |
Hekk kif jirriżulta mid-differenti regolamenti li minnhom irriżulta l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament Nru 384/96, dan id-dispożittiv huwa intiż sabiex jippermetti lill-produtturi suġġetti għall-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq li emerġew fil-pajjiżi kkonċernati jibbenefikaw minn status li jikkorrispondi għas-sitwazzjoni individwali tagħhom, iktar milli għas-sitwazzjoni tal-pajjiż kollu li fih dawn huma stabbiliti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Il‑Kunsill vs Zhejiang Xinan Chemical Industrial Group, C‑337/09 P, EU:C:2012:471, punti 67 sa 69, u Il‑Kummissjoni vs Rusal Armenal, C‑21/14 P, EU:C:2015:494, punt 49). |
109 |
F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, meta talbiet imressqa skont l-Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 384/96 huma indirizzati lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, huma għandhom jevalwaw jekk il-provi prodotti mill-produtturi kkonċernati humiex biżżejjed sabiex jintwera li l-kriterji meħtieġa huma ssodisfatti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il‑Kunsill vs Zhejiang Xinan Chemical Industrial Group, C‑337/09 P, EU:C:2012:471, punti 70 u 107). |
110 |
Barra minn hekk, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom l-obbligu li jiddeċiedu dwar it-talba għall-kisba tal-istatus ta’ kumpannija li topera fl-ekonomija tas-suq mressqa minn xi produttur stabbilit f’pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq li huwa membru tad-WTO fid-data tal-ftuħ ta’ investigazzjoni antidumping, u inkluż meta huma għandhom rikors għat-teknika ta’ teħid ta’ kampjuni prevista fl-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 384/96 (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Brosmann Footwear (HK) et vs Il‑Kunsill, C‑249/10 P, EU:C:2012:53, punti 32 u 36 sa 38, kif ukoll Zhejiang Aokang Shoes vs Il‑Kunsill, C‑247/10 P, EU:C:2012:710, punti 24, 29, 30 u 32). |
111 |
Fl-aħħar nett, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-ksur ta’ dan l-obbligu għandu bħala effett li r-regolament li permezz tiegħu l-Kunsill impona dazji antidumping, fi tmiem l-investigazzjoni, huwa illegali sa fejn dan jimponi dazji antidumping definittivi u jiġbor b’mod definittiv dazji antidumping provviżorji fuq il-prodotti li joriġinaw mill-produtturi kkonċernati (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Brosmann Footwear (HK) et vs Il‑Kunsill, C‑249/10 P, EU:C:2012:53, punt 43, u Zhejiang Aokang Shoes vs Il‑Kunsill, C‑247/10 P, EU:C:2012:710, punt 37). |
112 |
Minn dan jirriżulta li l-fatt li l-Kunsill u l-Kummissjoni ma ddeċidewx fuq it-talbiet għall-kisba tal-istatus ta’ kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq imressqa mill-produtturi-esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi mhux inklużi fil-kampjun meħud skont l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 384/96 jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 2(7)(b) ta’ dan ir-regolament. Għaldaqstant, ir-regolament definittiv għandu jiġi ddikjarat invalidu sa dan l-estent. |
Fuq il-validità tar-regolament definittiv fid-dawl tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament Nru 384/96
113 |
Permezz tad-domanda 1 tagħha fil-Kawża C‑659/13, il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll jekk ir-regolament definittiv huwiex invalidu sa fejn dan jikser, fl-opinjoni tagħha, l-Artikolu 9(5) tar-Regolament Nru 384/96, peress li l-Kunsill u l-Kummissjoni ma ddeċidewx fuq it-talbiet għal trattament individwali mressqa mill-produtturi-esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi mhux inklużi fil-kampjun meħud skont l-Artikolu 17 ta’ dan ir-regolament. |
114 |
L-eżami tar-regolament definittiv iwassal sabiex jiġi kkonstatat li, filwaqt li ċertu produtturi-esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi li huma s-suġġett tal-investigazzjoni li fit-tmiem tagħha dan ir-regolament ġie adottat talbu jibbenefikaw minn trattament individwali, abbażi tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament Nru 384/96, il-Kummissjoni, li l-pożizzjoni tagħha ġiet ikkonfermata fuq dan il-punt mill-Kunsill, iddeċidiet, bl-istess mod u għall-istess motivi bħal fil-każ tat-talbiet għall-kisba tal-istatus ta’ kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq, li tiddeċiedi biss fuq it-talbiet għal trattament individwali tal-produtturi-esportaturi inklużi fil-kampjun meħud skont l-Artikolu 17 ta’ dan ir-regolament. |
115 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jiġi eżaminat jekk, b’dan il-mod, il-Kunsill u l-Kummissjoni kisrux l-Artikolu 9(5) tar-Regolament Nru 384/96. |
116 |
L-eżami ta’ din id-dispożizzjoni jwassal għal diversi konstatazzjonijiet. |
117 |
L-ewwel nett, mill-kliem tagħha stess jirriżulta li d-dazji antidumping imposti mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni għandhom jiġu stabbiliti f’ammont xieraq f’kull każ u għandhom jiġu imposti, b’mod mhux diskriminatorju, fuq kull fornitur tal-prodott li l-importazzjonijiet tiegħu huma s-suġġett ta’ dumping u jikkawżaw ħsara, irrispettivament mis-sors tagħhom. |
118 |
Sussegwentement, minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-Kunsill u l-Kummissjoni bħala prinċipju għandhom l-obbligu, meta jadottaw regolament li jimponi dazji antidumping, jippreċiżaw f’dan ir-regolament l-ammont tad-dazju antidumping impost fuq kull fornitur kopert minnu, ħlief jekk dan it-trattament individwali huwa imprattikabbli. |
119 |
Madankollu, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament Nru 384/96 jidderoga minn dan il-prinċipju fil-każ, imsemmi fl-Artikolu 2(7)(a) ta’ dan ir-regolament, fejn il-Kunsill jew il-Kummissjoni tadotta regolament li jimponi dazji antidumping fuq importazzjonijiet minn sors partikolari, jiġifieri l-pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq. Fil-fatt, f’dan il-każ, il-leġiżlatur tal-Unjoni ppreveda “regola ġenerali” differenti, li skont din ir-regola huwa kemm neċessarju kif ukoll suffiċjenti li r-regolament adottat mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni jippreċiża l-ammont tad-dazju antidumping impost fuq il-livell tal-pajjiż fornitur ikkonċernat. |
120 |
Madankollu, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament Nru 384/96 jipprevedi li dazju antidumping individwali għandu jkun stabbilit għall-fornituri stabbiliti f’pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq, jekk dawn ikollhom ukoll il-kwalità ta’ esportatur, meta huma juru, abbażi ta’ talbiet debitament sostnuti, li huma jissodisfaw il-kriterji li jiġġustifikaw dan it-trattament individwali. Dan id-dazju antidumping individwali għaldaqstant ikun applikat fir-rigward tagħhom minflok id-dazju antidumping stabbilit fuq il-livell tal-pajjiż li kien ikun applikabbli fir-rigward tagħhom fin-nuqqas ta’ tali talba. |
121 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, għalkemm il-verżjoni Franċiża ta’ din id-dispożizzjoni tista’ tinqara bħala li tindika li l-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom biss il-possibbiltà li japplikaw dazju individwali meta l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-dispożizzjoni huma ssodisfatti, minn verżjonijiet lingwistiċi oħra ta’ l-istess dispożizzjoni jirriżulta, u b’mod partikolari verżjonijiet Ġermaniża, Ingliża, Daniża u Taljana tagħha, li dawn l-istituzzjonijiet huma tassew obbligati japplikaw dazju individwali f’tali sitwazzjoni. |
122 |
Issa, skont ġurisprudenza stabbilita n-neċessità ta’ applikazzjoni u, għalhekk, ta’ interpretazzjoni uniformi ta’ att tal-Unjoni teskludi li dan jitqies b’mod iżolat f’waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi tiegħu, iżda teżiġi li jiġi interpretat kemm skont l-intenzjoni reali tal-awtur tiegħu kif ukoll skont l-għan segwit minn dan tal-aħħar, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-verżjonijiet kollha tiegħu (sentenza X, C‑486/12, EU:C:2013:836, punt 19 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
123 |
Għaldaqstant, il-Kunsill u l-Kummissjoni huma, bħala prinċipju, obbligati jeżaminaw it-talbiet għal trattament individwali li jitressqulhom abbażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament Nru 384/96 u li jiddeċiedu fuq dawn it-talbiet, l-istess bħal kif huma għandhom jagħmlu fil-każ ta’ talbiet għall-kisba tal-istatus ta’ kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq, hekk kif ġie rrilevat fil-punt 110 ta’ din is-sentenza. |
124 |
Madankollu, dawn id-diversi elementi li jirriżultaw mill-kliem tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament Nru384/96 ma jippermettux li tingħata risposta għad-domanda dwar jekk, xorta waħda, dawn l-istituzzjonijiet jistgħux jeħilsu minn dan l-obbligu meta huma jkunu rrikorrew għat-teknika tat-teħid ta’ kampjuni. Għaldaqstant din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata b’kunsiderazzjoni mhux biss għall-kliem tagħha, iżda wkoll għall-kuntest tagħha u għall-għanijiet li trid tilħaq il-leġiżlazzjoni li minnha din tifforma parti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza VEMW et, C‑17/03, EU:C:2005:362, punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata). F’dan il-kuntest, hemm lok, b’mod partikolari, li tiġi eżaminata r-relazzjoni eżistenti bejn, minn naħa, din id-dispożizzjoni u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 384/96 li jipprevedi din it-teknika ta’ teħid ta’ kampjuni. |
125 |
F’dan ir-rigward, hemm lok li l-ewwel nett jiġi kkonstatat li l-Artikolu 9(5) tar-Regolament Nru 384/96 ma jinkludi ebda riferiment espliċitu li jipprevedi l-applikazzjoni tal-Artikolu 17 ta’ dan ir-regolament fil-kuntest tad-dispożizzjonijiet tiegħu. |
126 |
Issa, il-kliem tal-Artikolu 9(5) huwa differenti minn dak tal-Artikolu 9(6) tar-Regolament Nru 384/96, li jinkludi tali riferiment espliċitu. |
127 |
Din id-differenza eżistenti bejn, minn naħa, il-kliem tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament Nru 384/96 u, min-naħa l-oħra, dak tal-Artikolu 9(6) ta’ dan ir-regolament, tista’ tikkostitwixxi fattur li jiġġustifika li l-Artikolu 9(5) ta’ dan ir-regolament jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest tiegħu u kuntrarjament għall-Artikolu 9(6), l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 384/96 huwa irrilevanti |
128 |
Issa, tali interpretazzjoni hija kkorraborata mill-kuntest li taħtu jaqa’ l-Artikolu 9(5) tar-Regolament Nru 384/96, u b’mod partikolari mill-Artikolu 17(3) ta’ dan ir-regolament, kif ukoll mill-għanijiet segwiti mil-leġiżlazzjoni li dawn id-dispożizzjonijiet jifformaw parti minnha. |
129 |
Fil-fatt, filwaqt li l-Artikolu 17(3) tar-Regolament Nru 384/96 huwa intiż, b’mod partikolari, sabiex jiġi evitat li l-kalkolu tal-marġni ta’ dumping individwali jagħti lok għal piż amministrattiv eċċessiv għall-Kummissjoni u għall-Kunsill, dan ma huwiex intiż sabiex itaffi jew jelimina l-piż amministrattiv li jirriżulta, għal dawn l-istituzzjonijiet, mill-eżami tat-talbiet imressqa abbażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(5) ta’ dan ir-regolament, peress li dan l-eżami fih innifsu ma jinvolvix li jiġu kkalkolati l-marġni individwali ta’ dumping tal-produtturi-esportaturi kkonċernati. |
130 |
Barra minn hekk, hekk kif indikat fil-premessa 7 tar-Regolament Nru 1972/2002, dan it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(5) ġie integrat fir-Regolament Nru 384/96 bil-għan li jiġu ffissati l-kriterji ċari u speċifiċi, imsemmija fil-punti (a) sa (e) ta’ dan it-tieni subparagrafu, li produttur-esportatur stabbilit f’pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq għandu jissodisfa sabiex ikun jista’ jitlob li jiġi applikat fir-rigward tiegħu dazju antidumping individwali kkalkolat billi l-valur normali applikabbli għall-produtturi-esportaturi kollha stabbiliti f’dan il-pajjiż jiġi pparagunat mal-“prezzijiet ta’ l-esportazzjoni individwali” tiegħu. |
131 |
Għaldaqstant, meta produttur-esportatur stabbilit f’pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq jinvoka t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament Nru 384/96, minħabba li l-prezzijiet tal-esportazzjoni individwali tiegħu huma stabbiliti b’mod suffiċjentement indipendenti mill-Istat, huwa jkun qiegħed jipprova jikseb, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni, rikonoxximent tal-fatt li huwa jinsab, minn dan il-lat, f’sitwazzjoni fundamentalment differenti minn dik tal-produtturi-esportaturi l-oħra stabbiliti f’dan il-pajjiż. Abbażi ta’ dan, huwa jitlob li jiġi ttrattat b’mod individwalizzat, fil-każijiet fejn dawn il-produtturi-esportaturi l-oħra jiġu trattati, fil-prattika, bħala entità unika. |
132 |
Issa, kieku kellu jiġi aċċettat li l-Kunsill u l-Kummissjoni jistgħu japplikaw, fir-rigward ta’ produttur-esportatur li jinsab fis-sitwazzjoni msemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza, dazju antidumping stabbilit fuq il-livell tal-pajjiż ikkonċernat u kkalkolat abbażi tal-marġni medju ppeżat ta’ dumping stabbilit għall-produtturi-esportaturi inklużi fil-kampjun, mingħajr ma jkunu l-ewwel iddeċidew fuq it-talba ta’ tali produttur-esportatur, dan ikun iwassal sabiex dawn l-istituzzjonijiet ikunu permessi jittrattaw lil dan il-produttur-esportatur bl-istess mod bħal dawk inklużi f’dan il-kampju, minkejja li dawn tal-aħħar ikunu jinsabu, a priori, f’sitwazzjoni differenti. |
133 |
Barra minn hekk, tali trattament ma jkunx jista’ jiġi ġġustifikat mill-fatt li l-investigazzjoni tinvolvi numru kunsiderevoli ta’ partijiet, sa fejn huwa impossibbli li jsir magħruf, qabel ma jiġu eżaminati t-talbiet imressqa skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament Nru 384/96, jekk in-numru ta’ esportaturi-produtturi li għandhom jibbenefikaw minn dazju individwali huwiex tant kbir li jippermetti li jiġi eskluż, hekk kif previst fl-Artikolu 17(3) ta’ dan ir-regolament, il-kalkolu ta’ marġnijiet ta’ dumping individwali. Din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament Nru 384/96 tkun tikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, li konformement miegħu kull att tal-Unjoni għandu jiġi interpretat (sentenza Chatzi, C‑149/10, EU:C:2010:534, punt 43). |
134 |
Minn dan jirriżulta li, fid-dawl tal-għan li l-Artikolu 9(5) tar-Regolament Nru 384/96 irid jilħaq, hemm lok li tiġi kkonfermata l-konklużjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja waslet għaliha, b’mod provviżorju, fil-punt 127 ta’ din is-sentenza. |
135 |
Minn dan jirriżulta li l-fatt li l-Kunsill u l-Kummissjoni ma ddeċidewx fuq it-talbiet għal trattament individwali mressqa mill-produtturi-esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi mhux inklużi fil-kampjun meħud skont l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 384/96 jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 9(5) ta’ dan ir-regolament. Għaldaqstant, ir-regolament definittiv għandu jiġi ddikjarat invalidu sa dan l-estent. |
Fuq il-validità tar-regolament definittiv fid-dawl tal-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Nru384/96
136 |
L-ewwel nett, permezz tad-domanda 3 fil-Kawża C‑659/13 kif ukoll, essenzjalment, permezz tad-domandi 1 u 2(a) fil-Kawża C‑34/14, il-qrati tar-rinviju jistaqsu jekk ir-regolament definittiv huwiex invalidu sa fejn dan jikser l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Nru 384/96, peress li l-Kunsill u l-Kummissjoni ma ddeċidewx, fit-terminu ta’ tliet xhur previst f’din id-dispożizzjoni, fuq it-talbiet għall-kisba tal-istatus ta’ kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq imressqa mill-produtturi-esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi mhux inklużi fil-kampjun meħud skont l-Artikolu 17 ta’ dan ir-regolament. |
137 |
L-eżami tar-regolament definittiv iwassal sabiex jiġi kkonstatat li, għalkemm il-Kunsill u l-Kummissjoni effettivament iddeċidew fuq it-talbiet għall-kisba tal-istatus ta’ kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq li ressqulhom il-produtturi-esportaturi Ċiniżi jew Vjetnamiżi inklużi f’dan il-kampjun, huma ħadu tali deċiżjoni biss wara l-iskadenza tat-terminu previst fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Nru 384/96. |
138 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jiġi ddeterminat jekk in-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan it-terminu jwassalx għall-invalidità tar-regolament definittiv. |
139 |
F’dan ir-rigward, mill-kliem stess tal-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Nru 384/96 jirriżulta li l-kwistjoni dwar jekk produttur li talab jibbenefika mill-istatus ta’ kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq jissodisfax il-kriterji li jikkundizzjonaw l-għoti ta’ dan l-istatus għandha tiġi deċiża fi żmien tliet xhur mill-ftuħ tal-investigazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Brosmann Footwear (HK) et vs Il‑Kunsill, C‑249/10 P, EU:C:2012:53, punt 39, u Zhejiang Aokang Shoes vs Il‑Kunsill, C‑247/10 P, EU:C:2012:710, punt 31). |
140 |
Madankollu, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li n-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu stabbilit f’dan l-artikolu jista’ jwassal għall-annullament tar-regolament adottat fit-tmiem tal-proċedura biss jekk ikun hemm possibbiltà li, minħabba din l-irregolarità, din il-proċedura setgħet wasslet għal riżultat differenti. Barra minn hekk, għalkemm il-persuna li tinvoka tali irregolarità ma tistax tiġi obbligata turi li, fl-assenza tagħha, ir-regolament ikkonċernat kien ikollu kontenut iktar favorevoli għall-interessi tagħha, din għandha madankollu tipprova, b’mod konkret, li tali ipoteżi ma tistax tiġi kompletament eskluża (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Foshan Shunde Yongjian Housewares & Hardware vs Il‑Kunsill, C‑141/08 P, EU:C:2009:598, punti 81, 94 u 114, kif ukoll Ningbo Yonghong Fasteners vs Il‑Kunsill, C‑601/12 P, EU:C:2014:115, punti 34, 40 u 42). |
141 |
Minn din il-ġurisprudenza, li tista’ tiġi trasposta għall-eżami tal-validità ta’ tali regolament jirriżulta, li, bħala prinċipju, dan tal-aħħar lanqas ma jista’ jiġi ddikjarat invalidu, sa fejn dan jimponi dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu prodotti, għar-raġuni biss li l-Kunsill u l-Kummissjoni ma ddeċidewx, fit-terminu previst fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Nru 384/96, dwar it-talbiet għall-kisba tal-istatus ta’ kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq li tressqulhom. L-importatur li jinvoka din l-irregolarità għandu wkoll jipprova, b’mod konkret, li ma jistax jiġi kompletament eskluż li, fl-assenza tagħha, ir-regolament adottat fit-tmiem tal-proċedura kien ikollu kontenut iktar favorevoli għall-interessi tiegħu. |
142 |
Issa, f’dan il-każ, mill-proċess ma jirriżultax li l-importaturi li jinvokaw in-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu stabbilit f’din id-dispożizzjoni juru b’mod konkret, kull wieħed f’dak li jirrigwardahom, li ma jistax jiġi kompletament eskluż li, fl-assenza ta’ din l-irregolarità, ir-regolament definittiv kien ikollu kontenut iktar favorevoli għall-interessi tagħhom. |
143 |
Minn dan jirriżulta li l-fatt li l-Kunsill u l-Kummissjoni ma ddeċidewx, fit-terminu ta’ tliet xhur previst mill-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Nru 384/96, dwar it-talbiet għall-kisba tal-istatus ta’ kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq mressqa mill-produtturi-esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi inklużi fil-kampjun meħud skont l-Artikolu 17 ta’ dan l-istess regolament ma jaffettwax il-validità tar-regolament definittiv. |
144 |
Sussegwentement, u fir-rigward tad-domanda 2 fil-Kawża C‑659/13, li permezz tagħha l-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk ir-regolament definittiv huwiex invalidu sa fejn dan jikser l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Nru 384/96, peress li l-Kunsill u l-Kummissjoni ma ddeċidewx, fit-terminu ta’ tliet xhur previst f’din id-dispożizzjoni, fuq it-talbiet għall-kisba tal-istatus ta’ kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq imressqa mill-produtturi-esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi mhux inklużi fil-kampjun meħud skont l-Artikolu 17 ta’ dan l-istess regolament, hemm lok li jiġi rrilevat li l-interpretazzjoni adottata fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza tapplika irrispettivament minn jekk il-produtturi-esportaturi kkonċernati ġewx inklużi jew le f’dan il-kampjun. |
Fuq il-validità tar-regolament definittiv fid-dawl tal-Artikolu 9 (6) tar-Regolament Nru 384/96
145 |
Permezz tad-domanda 1 tagħha kif ukoll permezz tad-domanda 2(a) tagħha fil-Kawża C‑34/14, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk ir-regolament definittiv huwiex invalidu sa fejn il-marġni ta’ dumping applikat għall-produtturi-esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi mhux inklużi fil-kampjun ġie stabbilit bi ksur tal-Artikolu 9(6) tar-Regolament Nru 384/96. |
146 |
B’mod iktar partikolari, mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-qorti tar-rinviju tistaqsi, l-ewwel nett, jekk il-Kunsill u l-Kummissjoni kellhomx id-dritt jikkalkolaw marġni ta’ dumping medja ppeżata għall-produtturi-esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi inklużi f’dan il-kampjun, iżda li ma ngħatawx l-istatus ta’ kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq u sussegwentement li jiddeterminaw fuq din il-bażi d-dazju li għandu jiġi impost fuq il-prodotti tal‑operaturi mhux inklużi f’dan il-kampjun. It-tieni nett hija tistaqsi dwar jekk il-marġni ta’ dumping individwali tal-uniku produttur-esportatur inkluż f’dan il-kampjun u li kiseb l-istatus ta’ kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq, jiġifieri Golden Step, ġiex korrettament meħud inkunsiderazzjoni f’dan il-kalkolu. |
147 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 9(6) tar-Regolament Nru 384/96 jipprovdi li, meta l-Kummissjoni tkun illimitat l-eżami skont l-Artikolu 17 ta’ dan ir-regolament, id-dazju antidumping applikat għal importazzjonijiet minn esportaturi jew minn produtturi li għamlu lilhom infushom magħrufa skont dan l-Artikolu 17, iżda li ma ġewx inklużi fl-investigazzjoni, ma għandux jeċċedi l-marġni medja ppeżata ta’ dumping stabbilita għall-partijiet li jikkostitwixxu l-kampjun. Din id-dispożizzjoni tipprevedi wkoll li dazji individwali għandhom jiġu applikati għall-importazzjonijiet minn esportaturi jew minn produtturi li jingħataw trattament individwali skont dan l-Artikolu 17. |
148 |
Barra minn hekk, l-Artikolu 17(3) tar-Regolament Nru 384/96 li għalih jirreferi l-Artikolu 9(6) ta’ dan ir-regolamet, jipprevedi, hekk kif ġie rrilevat fil-punt 104 ta’ din is-sentenza, il-kalkolu ta’ marġni ta’ dumping individwali għal kull esportatur jew produttur mhux inkluż fil-kampjun li jitlob dan il-kalkolu, ħlief jekk in-numru tagħhom huwa tant kbir li jikkomprometti l-iżvolġiment tajjeb tal-investigazzjoni. |
149 |
F’dan il-każ, l-eżami tar-regolament definittiv juri diversi elementi. L-ewwel nett, il-Kummissjoni indikat lill-produtturi-esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi mhux inklużi fil-kampjun tagħha li d-daqs tal-investigazzjoni kienet tali li ma kienx previst li jingħatalhom trattament individwali. Sussegwentement, id-dazju antidumping applikat għall-prodotti ta’ dawn l-operaturi ġie stabbilit abbażi tal-marġni medja ppeżata ta’ dumping stabbilita għall-produtturi-esportaturi inklużi fil-kampjun. Fl-aħħar nett, din il-marġni, li kienet inizjalment ġiet ikkalkolata f’mument li fih Golden Step ma kinitx għadha kisbet l-istatus ta’ kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq, ġiet sussegwentement aġġustata sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni l-għoti ta’ dan l-istatus. |
150 |
Minn dan jirriżulta li ebda element tar-regolament definittiv ma jippermetti li jitqies li l-marġni ta’ dumping applikat għall-produtturi-esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi mhux inklużi fil-kampjun kien ġie stabbilit bi ksur tal-Artikolu 9(6) tar-Regolament Nru 384/96. |
Fuq il-validità tar-regolament definittiv fid-dawl tal-Artikolu 3(1), (5) u (6), tal-Artikolu 4(1), tal-Artikolu 5(4) u tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 384/96
151 |
Permezz tad-domanda 4 tagħha fil-Kawża C‑659/13, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk ir-regolament definittiv huwiex invalidu, peress li n-numru ta’ produtturi tal-Unjoni li kkoperaw fl-investigazzjoni kien żgħir wisq sabiex ikun ippermetta lill-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni korretta tad-dannu subit mill-industrija tal-Unjoni u, għaldaqstant, tar-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet ikkonċernati u d-dannu subit mill-industrija tal-Unjoni, bi ksur tal-Artikolu 3(1), (5) u (6), tal-Artikolu 4(1), tal-Artikolu 5(4) u tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 384/96. |
152 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, l-ewwel nett, li l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 384/96 jillimita ruħu, hekk kif jindika t-titolu tiegħu, jirregola l-“bidu tal-proċeduri” ta’ investigazzjoni antidumping stabbiliti minn dan ir-regolament. Għal dan il-għan, l-Artikolu 5 jipprevedi, b’mod partikolari fl-Artikolu 5(4) li, sabiex lment jitqies li tressaq mill-industrija tal-Unjoni dan għandu jissodisfa b’mod kumulattiv żewġ kundizzjonijiet relatati mad-daqs tas-sostenn għalih. Minn naħa, dan is-sostenn għandu jingħata minn produtturi tal-Unjoni li l-produzzjonijiet kollettivi tagħhom jikkostitwixxu iktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-parti tal-industrija tal-Unjoni li tesprimi s-sostenn tagħha jew l-oppożizzjoni tagħha għall-ilment. Min-naħa l-oħra, dan is-sostenn għandu jingħata minn produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw għall-inqas 25 % tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni (sentenza Philips Lighting Poland u Philips Lighting vs Il‑Kunsill, C‑511/13 P, EU:C:2015:553, punt 49). |
153 |
Min-naħa l-oħra, ir-Regolament Nru 384/96 ma jipprevedi ebda dispożizzjoni relatata mal-miżuri li għandhom jittieħdu, matul l-investigazzjoni, fil-każ ta’ tnaqqis tas-sostenn mogħti mill-produtturi fir-rigward tal-ilment, b’mod li l-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu jistgħu jkomplu din l-investigazzjoni, inkluż fil-każ fejn il-livell tas-sostenn fir-rigward tiegħu jonqos u anki meta tali tnaqqis ikun jimplika li dan is-sostenn jikkorrispondi għal livell ta’ produzzjoni iktar baxx minn wieħed miż-żewġ livelli previsti fl-Artikolu 5(4) ta’ dan ir-regolament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Philips Lighting Poland u Philips Lighting vs Il‑Kunsill, C‑511/13 P, EU:C:2015:553, punti 51 sa 54). |
154 |
F’dan il-każ, il-fatt li l-investigazzjoni, li fir-rigward tagħha huwa stabbilit li l-kundizzjonijiet għal ftuh jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Nru 384/96, tkompliet mingħajr ma neċessarjament dejjem kellha, fi stadju sussegwenti, is-sostenn tal-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw minn tal-inqas 25 % tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni, ma jippermettix, għaldaqstant, fih innifsu, li jitqies li r-regolament definittiv jikser dan l-artikolu. |
155 |
Sussegwentement, mill-Artikolu 3(1), (5) u (6) tar-Regolament Nru 384/96 dwar “[l-istabbiliment] tal-ħsara” jirriżulta li l-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-fatti kollha rilevanti tal-kawża, li l-importazzjonijiet li huma s-suġġett tal-investigazzjoni jikkawżaw dannu sinjifikattiv lill-“industrija tal-[Unjoni]”. Dan il-kunċett huwa minnu nnifsu ddefinit fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-regolament bħala l-“produtturi [tal-Unjoni] kollha tal-prodotti simili jew għal dawk minnhom li l-output kollettiv tal-prodotti jikkostitwixxi proporzjon kbir, kif definit fl-Artikolu 5(4), tal-produzzjoni [tal-Unjoni] totali ta’ dawk il-prodotti” (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Philips Lighting Poland u Philips Lighting vs Il‑Kunsill, C‑511/13 P, EU:C:2015:553, punti 69 u 70). |
156 |
Issa, skont l-Artikolu 17(1) u (2) ta’ dan ir-regolament, il-Kummissjoni hija awtorizzata, fil-kawżi ta’ daqs sinjifikanti, tillimita l-investigazzjoni għal numru raġonevoli ta’ partijiet bil-kundizzjoni, b’mod partikolari, li tuża kampjun statistikament rappreżentattiv skont l-informazzjoni disponibbli fil-mument li fih hija tagħżel dan il-kampjun. |
157 |
F’dan il-każ, is-sempliċi fatt li l-Kummissjoni għażlet li tillimita l-investigazzjoni li wasslet għar-regolament definittiv għall-kampjun li hija għażlet ma jippermettix, fih innifsu, u fl-assenza ta’ fatturi ta’ natura li jikkontestaw ir-rappreżentattività ta’ dan il-kampjun li jitqies li r-regolament definittiv ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3, 4(1) u 17 tar-Regolament Nru 384/96. |
158 |
Minn dan jirriżulta li ma hemm xejn fir-regolament definittiv li jippermetti li jitqies li n-numru ta’ produtturi tal-Unjoni li kkooperaw fl-investigazzjoni kien żgħir wisq sabiex ikun ippermetta lill-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni korretta tad-dannu subit mill-industrija tal-Unjoni u, għaldaqstant, tar-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet ikkonċernati u d-dannu subit mill-industrija tal-Unjoni, bi ksur tal-Artikolu 3(1), (5) u (6), tal-Artikolu 4(1), tal-Artikolu 5(4) u tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 384/96. |
Fuq il-validità tar-regolament definittiv fid-dawl tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 384/96 u tal-Artikolu 296 TFUE
159 |
Permezz tad-domanda 5 tagħha fil-Kawża C‑659/13, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk ir-regolament definittiv huwiex invalidu sa fejn dan jikser l-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 384/96 u l-Artikolu 296 TFUE, peress li ċertu provi inklużi fil-fajl tal-investigazzjoni juru li d-dannu ġie evalwat abbażi ta’ elementi materjalment żbaljati u li r-regolament definittiv ma jindikax ir-raġunijiet li għalihom dawn il-provi ma ttiħdux inkunsiderazzjoni. |
160 |
F’dan ir-rigward, l-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 384/96 jipprovdi li d-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dannu li jista’ jkun ġie subit mill-industrija tal-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq provi pożittivi u għandha tinkludi eżami oġġettiv tal-volum tal-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping u tal-effett ta’ dawn l-importazzjonijiet fuq il-prezzijiet tal-prodotti simili fis-suq tal-Unjoni kif ukoll tal-effett ta’ dawn l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. |
161 |
F’dan il-kuntest, mill-ġurisprudenza jirriżulta li s-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li għandhom il-Kunsill u l-Kummissjoni fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni, u, b’mod partikolari, fil-qasam ta’ miżuri ta’ difiża kummerċjali, ma teżentahomx mill-obbligu li jieħdu debitament inkunsiderazzjoni provi li pproduċewlhom il-partijiet fl-investigazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi GLS, C‑338/10, EU:C:2012:158, punti 30 u 32, kif ukoll Il‑Kunsill vs Zhejiang Xinan Chemical Industrial Group, C‑337/09 P, EU:C:2012:471, punt 107). |
162 |
Madankollu, l-istħarriġ ġudizzjarju tal-eżerċizzju ta’ tali setgħa għandu, fil-kuntest ta’ rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE bħal f’dak ta’ talba għal deċiżjoni preliminari dwar validità mressqa skont l-Artikolu 267 TFUE, ikun limitat għall-verifika tal-osservanza tar-regoli proċedurali, tal-eżattezza materjali tal-fatti meħuda inkunsiderazzjoni sabiex issir l-għażla kkontestata, tal-assenza ta’ żball manifest fl-evalwazzjoni ta’ dawn il-fatti u tal-assenza ta’ abbuż ta’ poter (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Valimar, C‑374/12, EU:C:2014:2231, punt 51 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
163 |
F’dan il-każ, mill-argumenti li tirreferi għalihom id-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li Clark tinvoka żewġ dokumenti li abbażi tagħhom ċerta produtturi tal-Unjoni li kienu s-suġġett tal-investigazzjoni wettqu prattiki frawdolenti ta’ natura li jikkontestaw l-affidabbiltà tal-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni dwar data ekonomika differenti relatata mal-użu, mal-investimenti, mad-dħul mill-bejgħ u mal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. |
164 |
F’dan ir-rigward, huwa veru li, hekk kif enfasizzat il-qorti tar-rinviju, ir-regolament definittiv ma jirreferix għal dawn id-dokumenti. |
165 |
Madankollu, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 104 tal-konklużjonijiet tiegħu, dawn iż-żewġ dokumenti, li essenzjalment jirrepetu biss allegazzjonijiet li dehru fl-istampa u li jirrigwardaw numru limitat ta’ produtturi tal-Unjoni, ma jippermettux, b’kunsiderazzjoni għall-elementi kollha l-oħra li fuqhom il-Kunsill ibbaża ruħu, fil-premessi 144 sa 201 tar-regolament definittiv, sabiex jikkonkludi li kien hemm dannu għall-industrija tal-Unjoni, li jitqies li din il-konklużjoni hija vvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni jew li kien neċessarju li l-Kunsill jispjega speċifikament, f’dan ir-regolament, ir-raġunijiet li għalihom tali dokumenti ma kinux ikkonvinċewh. |
166 |
Minn dan jirriżulta li ma jistax jitqies li r-regolament definittiv jikser l-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 384/96 u l-Artikolu 296 TFUE, minħabba li ċerti provi li jinsabu fil-fajl tal-investigazzjoni juru li d-dannu ġie evalwat bl-użu ta’ elementi materjalment żbaljati u li dan ir-regolament ma jispjegax ir-raġunijiet li għalihom dawn il-provi ma ttiħdux inkunsiderazzjoni. |
Fuq il-validità tar-regolament definittiv fid-dawl tal-Artikolu 3(7) tar-Regolament Nru 384/96
167 |
Permezz tad-domanda 6 tagħha fil-Kawża C‑659/13, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk ir-regolament definittiv huwiex invalidu sa fejn dan jikser l-Artikolu 3(7) tar-Regolament Nru 384/96, minħabba li l-Kunsill u l-Kummissjoni ma għamlux distinzjoni korretta bejn l-effetti tal-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping u l-fatturi l-oħra li jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
168 |
F’dan ir-rigward, l-Artikolu 3(7) tar-Regolament Nru 384/96 jipprovdi, b’mod partikolari, li l-fatturi magħrufa, minbarra l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping, li, fl-istess mument, jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni għandhom ukoll jiġu eżaminati sabiex jiġi żgurat li d-dannu kkawżat minn dawn il-fatturi l-oħra ma jiġix attribwit lil dawn l-importazzjonijiet. |
169 |
F’dan il-kuntest, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom l-obbligu jeżaminaw il-kwistjoni dwar jekk id-dannu li huma għandhom l-intenzjoni jikkunsidraw jirriżultax effettivament mill-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta’ dumping u għandhom iwarrbu kull dannu li jirriżulta minn fatturi oħra u, b’mod partikolari, dak li jirriżulta mill-aġir tal-produtturi tal-Unjoni nfushom. Għal dan il-għan, dawn l-istituzzjonijiet għandhom jivverifikaw jekk l-effetti ta’ dawn il-fatturi l-oħra kinux ta’ natura li tikser ir-rabta kawżali bejn, minn naħa, l-importazzjonijiet ikkonċernati u, min-naħa l-oħra, id-dannu subit mill-industrija tal-Unjoni. Huma għandhom jivverifikaw ukoll li d-dannu imputabbli lil dawn il-fatturi l-oħra ma jiġix ikkunsidrat fid-determinazzjoni tad-dannu. Madankollu, jekk il-Kunsill u l-Kummissjoni jikkonstataw li, minkejja tali fatturi, id-dannu kkawżat minn dawn l-importazzjonijiet huwa kbir, ir-rabta kawżali bejn dawn l-importazzjonijiet u d-dannu subit mill-industrija tal-Unjoni tista’, għaldaqstant, tiġi stabbilita (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Transnational Company “Kazchrome” u ENRC Marketing vs Il‑Kunsill, C‑10/12 P, EU:C:2013:865, punti 23 sa 25, kif ukoll TMK Europe,C‑143/14, EU:C:2015:236, punti 35 sa 37). |
170 |
Barra minn hekk, huma l-persuni li jinvokaw l-illegalità ta’ regolament antidumping li għandhom iressqu argumenti u li għandhom jipproduċu provi ta’ natura li juru li fatturi minbarra dawk relatati mal-importazzjonijiet setgħu kellhom importanza tali li dawn kienu ta’ natura li jikkontestaw l-eżistenza tar-rabta kawżali bejn id-dannu subit mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping (sentenzi Transnational Company “Kazchrome” ut ENRC Marketing vs Il‑Kunsill, C‑10/12 P, EU:C:2013:865, punt 28, u TMK Europe, C‑143/14, EU:C:2015:236, punt 42). |
171 |
F’dan il-każ, il-Kunsill u l-Kummissjoni evalwaw l-effetti tal-fatturi l-oħra li jistgħu jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni fil-premessi 222 sa 240 tar-regolament definittiv. F’dan ir-rigward, huma b’mod partikolari evalwaw ir-riżultati tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, l-impatt tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u l-impatt tat-tneħħija tal-kwoti fuq l-importazzjonijiet miċ-Ċina, qabel ma kkonkludew li l-impatt ta’ dawn il-fatturi ma kienx iqiegħed f’dubju d-dannu sinjifikattiv ikkawżat lil din l-industrija mill-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping. |
172 |
Issa, mid-deċiżjoni tar-rinviju u mill-argumenti li għalihom din tirreferi jirriżulta li Clark illimitat ruħha, minn naħa, tipproponi evalwazzjoni alternattiva ta’ dawn id-diversi fatturi u, min-naħa l-oħra, tikkontesta, mingħajr preċiżjoni oħra, xi wħud mill-għażliet metodoloġiċi magħmula mill-Kunsill u mill-Kummissjoni. Min-naħa l-oħra, hija ma tressaq ebda argument li jippermetti li jitqies li r-regolament definittiv huwa vvizzjat bi żball manifest ta’ evalwazzjoni. |
173 |
Minn dan jirriżulta li ma jistax jitqies li r-regolament definittiv jikser l-Artikolu 3(7) tar-Regolament Nru 384/96 minħabba li l-Kunsill u l-Kummissjoni ma għamlux distinzjoni korretta bejn l-effetti tal-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping u l-fatturi l-oħra li jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
174 |
Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li hemm lok li r-risposta għad-domandi 1 sa 6 fil-Kawża C‑659/13 kif għad-domandi 1 u 2(a) fil-Kawża C‑34/14 tkun li:
|
Fuq id-domandi 1 u 2(a) fil-Kawża C‑34/14 sa fejn dawn jirrigwardaw ukoll ir-regolament ta ’ estensjoni
175 |
Hekk kif intqal fil-punti 78 u 79 ta’ din is-sentenza, fil-Kawża C‑34/14, il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll, fid-domandi 1 u 2(a) tagħha dwar il-validità tar-regolament ta’ estensjoni, fid-dawl tal-istess motivi bħal dawk invokati fir-rigward tar-regolament definittiv. |
176 |
F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li r-regolament ta’ estensjoni ma jinkludi ebda indikazzjoni li tistabbilixxi, hekk kif meħtieġ mil-liġi, li l-Kunsill u l-Kummissjoni wettqu, qabel l-adozzjoni tiegħu, evalwazzjoni ġdida tal-pożizzjoni tad-diversi produtturi-esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi koperti mir-regolament definittiv, bil-għan li jiddeterminaw jekk dawk li kienu talbu, fil-bidu tal-investigazzjoni, jibbenefikaw mill-istatus ta’ kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq, skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament Nru 384/96, jew minn trattament individwali, abbażi tal-Artikolu 9(5) ta’ dan ir-regolament, setgħux jitolbu tali status jew tali trattament fil-kuntest tal-eżami mill-ġdid. |
177 |
Minn dan jirriżulta li r-risposta għal dawn id-domandi għandha tkun li r-regolament ta’ estensjoni huwa invalidu sal-istess estent bħar-regolament definittiv. |
Fuq id-domandi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali
Fuq il-kunċett ta’ dazji legalment dovuti fis-sens tal-Artikolu 236(1) tal-Kodiċi Doganali
178 |
Permezz tad-domanda 7 tagħha fil-Kawża C‑659/13, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, il-qrati tal-Istati Membri jistgħux jibbażaw ruħhom fuq sentenzi li fihom il-qorti tal-Unjoni annullat regolament li impona dazji antidumping, sa fejn dan kien jikkonċerna lil ċertu produtturi-esportaturi koperti minn dan ir-regolament, sabiex iqisu li d-dazji imposti fuq il-prodotti ta’ produtturi-esportaturi oħra koperti minn dan ir-regolament, u li jinsabu fl-istess sitwazzjoni bħall-produtturi-esportaturi li fir-rigward tagħhom tali regolament ġie annullat, ma humiex legalment dovuti, fis-sens tal-Artikolu 236(1) tal-Kodiċi Doganali. |
179 |
F’dan ir-rigward, mir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE jirriżulta li kull persuna fiżika jew ġuridika tista’ tippreżenta, fil-kundizzjonijiet previsti fl-ewwel u fit-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu, rikors kontra l-atti indirizzati lilha jew li jikkonċernawha direttament u individwalment. Barra minn hekk, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE jipprovdi li, jekk ir-rikors ikun fondat, il-qorti tal-Unjoni għandha tiddikjara l-att ikkontestat bħala null. |
180 |
F’dan il-kuntest, għandu l-ewwel nett jiġi enfasizzat li meta persuna titlob l-annullament ta’ att lill-qorti tal-Unjoni, din tal-aħħar hija adita biss bid-dispożizzjonijiet tiegħu li jikkonċernaw lil dik il-persuna. Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw lil persuni oħra, li ma ġewx ikkontestati, ma jidħlux fis-suġġett tat-tilwima li l-qorti tal-Unjoni hija mitluba tiddeċiedi (sentenzi Il‑Kummissjoni vs AssiDomän Kraft Products et, C‑310/97 P, EU:C:1999:407, punt 53, kif ukoll Nachi Europe,C‑239/99, EU:C:2001:101, punt 25. |
181 |
Sussegwentement, l-annullament li l-qorti tal-Unjoni tiddeċiedi fil-kuntest ta’ tali rikors, jekk ikun hemm lok, ma jistax jeċċedi dak mitlub mir-rikorrent (sentenzi Il‑Kummissjoni vs AssiDomän Kraft Products et, C‑310/97 P, EU:C:1999:407, punt 52, kif ukoll Nachi Europe, C‑239/99, EU:C:2001:101, punt 24). |
182 |
Fl-aħħar, għalkemm l-awtorità assoluta li minnha jgawdu s-sentenzi ta’ annullament tal-qorti tal-Unjoni hija marbuta kemm mad-dispożittiv tagħhom kif ukoll mal-motivi tagħhom li jikkostitwixxu s-sostenn neċessarju, din ma tistax twassal għall-annullament ta’ att mhux ikkontestat quddiem din il-qorti, anki meta dan ikun ivvizzjat bl-istess illegalità (sentenzi, Il‑Kummissjoni vs AssiDomän Kraft Products et, C‑310/97 P, EU:C:1999:407, punt 54, kif ukoll Nachi Europe, C‑239/99, EU:C:2001:101, punt 26). |
183 |
Għal dawn il-motivi, fil-każ li, fil-kuntest ta’ rikors għal annullament ippreżentat minn persuna direttament u individwalment ikkonċernata minn att ta’ natura ġenerali, bħal regolament li impona dazji antidumping, il-qorti tal-Unjoni tannulla tali att sa fejn dan jikkonċerna lil din il-persuna, tali annullament parzjali ma jaffettwax il-legalità ta’ dispożizzjonijiet oħra ta’ dan l-att, u b’mod partikolari tad-dispożizzjonijiet li imponew dazji antidumping fuq prodotti li ma humiex dawk immanifatturati, esportati jew importati minn din il-persuna (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Nachi Europe, C‑239/99, EU:C:2001:101, punti 10, 24 u 27). |
184 |
Għall-kuntrarju, meta tali dispożizzjonijiet ma jkunux ġew ikkontestati fit-terminu previst fl-Artikolu 263 TFUE, mill-persuni li kellhom locus standi sabiex jitolbu l-annullament tagħhom, dawn ikunu definittivi fir-rigward tagħhom (sentenza Nachi Europe, C‑239/99, EU:C:2001:101, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata). Barra minn hekk, sakemm dawn ma jkunux ġew irtirati jew iddikjarati invalidi sussegwentement għal talba għal deċiżjoni preliminari jew għal eċċezzjoni ta’ illegalità, dawn id-dispożizzjonijiet igawdu minn preżunzjoni ta’ legalità, fatt li jimplika li dawn jipproduċu l-effett legali sħiħ tagħhom fir-rigward ta’ kull persuna oħra (ara, f’dan is-sens, is-sentenza CIVAD, C‑533/10, EU:C:2012:347, punt 39 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
185 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li r-risposta għad-domanda 7 fil-Kawża C‑659/13 tkun li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, il-qrati tal-Istati Membri ma jistgħux jibbażaw ruħhom fuq sentenzi li fihom il-qorti tal-Unjoni annullat regolament li kien impona dazji antidumping, sa fejn dan kien jirrigwarda lil ċerta produtturi-esportaturi koperti minn dan ir-regolament, sabiex iqisu li d-dazji imposti fuq il-prodotti ta’ produtturi-esportaturi oħra koperti minn dan ir-regolament, u li jinsabu fl-istess sitwazzjoni bħall-produtturi-esportaturi li fir-rigward tagħhom tali regolament ġie annullat, ma humiex legalment dovuti, fis-sens tal-Artikolu 236(1) tal-Kodiċi Doganali. Peress li tali regolament ma ġiex irtirat mill-istituzzjoni li adottatu, annullat mill-qorti tal-Unjoni jew invalidat mill-Qorti tal-Ġustizzja sa fejn dan jimponi dazji fuq il-prodotti ta’ dawn il-produtturi-esportaturi l-oħra, dawn id-dazji jibqgħu legalment dovuti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
Fuq l-eżistenza ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri, fis-sens tal-Artikolu 236(2) tal-Kodiċi Doganali
186 |
Permezz tad-domanda 2(b) tagħha fil-Kawża C‑34/14, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 236(2) tal-Kodiċi Doganali għandux jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li regolament li impona dazji antidumping jiġi ddikjarat kompletament jew parzjalment invalidu mill-qorti tal-Unjoni jikkostitwixxix każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
187 |
L-ewwel nett, mill-kliem u mill-istruttura stess tal-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali jirriżulta li, għalkemm dazji antidumping li ma kinux legalment dovuti fil-mument tal-ħlas tagħhom għandhom, bħala prinċipju, ikunu s-suġġett ta’ rimbors mill-awtoritajiet doganali, skont l-Artikolu 236(1), tali rimbors jista’ madankollu jingħata biss jekk il-kundizzjonijiet li għalihom dan huwa suġġett, fosthom dik prevista fl-Artikolu 236(2), ikunu ssodisfatti (sentenzi Ikea Wholesale, C‑351/04, EU:C:2007:547, punt 67; Trubowest Handel u Makarov vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni, C‑419/08 P, EU:C:2010:147, punt 25, kif ukoll CIVAD,C‑533/10, EU:C:2012:347, punt 20). |
188 |
Minn dan jirriżulta, b’mod partikolari, li l-operatur ekonomiku li jkun ħallas dawn id-dazji jista’, bħala regola, jitlob ir-rimbors tagħhom biss jekk u sa fejn it-terminu ta’ tliet snin previst għal dan il-għan fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 236(2) tal-Kodiċi Doganali ma jkunx skada (ara, f’dan is-sens, is-sentenza CIVAD, C‑533/10, EU:C:2012:347, punt 21). |
189 |
Madankollu, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 236(2) tal-Kodiċi Doganali jipprevedi espressament li dan it-terminu għandu jiġi estiż jekk l-applikant jipprova li huwa ma setax josserva dan it-terminu minħabba każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri. Minn dan jirriżulta li kull persuna li tixtieq tibbenefika minn tali estensjoni għandha, għal dan il-għan, turi l-eżistenza ta’ mill-inqas wieħed minn dawn il-każijiet. |
190 |
Sussegwentement, mill-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali, interpretat fil-kuntest tiegħu jirriżulta li r-rimbors tad-dazji antidumping imħallsa mill-operaturi ekonomiċi jingħata biss taħt ċertu kundizzjonijiet u f’każijiet speċifikament previsti, b’mod li dan jikkostitwixxi eċċezzjoni għas-sistema normali ta’ importazzjonijiet u ta’ esportazzjonijiet prevista mill-Kodiċi Doganali u, għaldaqstant, li d-dispożizzjonijiet li jirregolawh għandhom jiġu interpretati b’mod ristrett (sentenzi Il‑Pajjiżi l-Baxxi vs Il‑Kummissjoni, C‑156/00, EU:C:2003:149, punt 91, u CIVAD, C‑533/10, EU:C:2012:347, punt 24). |
191 |
Għaldaqstant, il-kunċetti ta’ każ fortuwitu u ta’ forza maġġuri previsti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 236(2) tal-Kodiċi Doganali u li jippermettu li jiġi estiż it-terminu ta’ tliet snin li matulu operatur ekonomiku jista’ jitlob ir-rimbors ta’ dazji antidumping, mid-data li fiha l-ammont tagħhom ġie kkomunikat lilu, għandhom jiġu interpretati b’mod ristrett (ara, f’dan is-sens, is-sentenza CIVAD, C‑533/10, EU:C:2012:347, punt 25). |
192 |
Fil-kuntest ta’ din il-leġiżlazzjoni, dawn il-kunċetti huma t-tnejn li huma kkaratterizzati, b’mod partikolari, b’element oġġettiv relatat mal-fatt li dawn jinvolvu l-eżistenza ta’ ċirkustanzi mhux normali u estranji għall-persuna li tinvokahom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza CIVAD, C‑533/10, EU:C:2012:347, punti 27 u 28 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
193 |
Issa, la l-fatt li wieħed miż-żewġ regolamenti kkontestati kien ġie parzjalment annullat mill-Qorti tal-Ġustizzja, sa fejn dan kien jirrigwarda persuni għajr Puma, fis-sentenzi (Brosmann Footwear (HK) et vs Il‑KunsillC‑249/10 P, EU:C:2012:53), kif ukoll Zhejiang Aokang Shoes vs Il‑Kunsill (C‑247/10 P, EU:C:2012:710), u lanqas il-fatt li wieħed jew l-ieħor minn dawn l-atti jista’ jiġi ddikjarat totalment jew parzjalment invalidu b’risposta għad-domandi magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ dawn il-kawżi ma jista’ jitqies li jikkostitwixxi ċirkustanza mhux normali jew estranja, fis-sens meħtieġ sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ każ fortuwitu u ta’ forza maġġuri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza CIVAD, C‑533/10, EU:C:2012:347, punt 30). |
194 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li r-risposta għad-domanda 2(b) fil-Kawża C‑34/14 għandha tkun li l-Artikolu 236(2) tal-Kodiċi Doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li regolament li jimponi dazji antidumping jiġi ddikjarat totalment jew parzjalment invalidu mill-qorti tal-Unjoni ma jikkostitwixxix każ fortuwitu u ta’ forza maġġuri, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
Fuq l-ispejjeż
195 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwi tal-kawża: il-Ġermaniż u l-Ingliż.