EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0613

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Jannar 2017.
Il-Kummissjoni Ewropea vs Keramag Keramische Werke GmbH et.
Appell – Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, tal-Pajjiżi l-Baxxi u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju – Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Obbligu ta’ motivazzjoni.
Kawża C-613/13 P.

Court reports – general

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2017:49

SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla)

26 ta’ Jannar 2017 ( *1 )

“Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Obbligu ta’ motivazzjoni”

Fil-Kawża C‑613/13 P,

li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2013,

Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn F. Castillo de la Torre u F. Ronkes Agerbeek kif ukoll minn J. Norris-Usher, bħala aġenti, indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

rikorrenti,

il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:

Keramag Keramische Werke GmbH, li kienet Keramag Keramische Werke AG, stabbilita f’Ratingen (il-Ġermanja),

Koralle Sanitärprodukte GmbH, stabbilita f’Vlotho (il-Ġermanja),

Koninklijke Sphinx BV, stabbilita f’Maastricht (il-Pajjiżi l-Baxxi),

Allia SAS, stabbilita f’Avon (Franza),

Produits Céramiques de Touraine SA, stabbilita f’Selles-sur-Cher (Franza),

Pozzi Ginori SpA, stabbilita f’Milano (l-Italja),

Sanitec Europe Oy, stabbilita f’Helsinki (il-Finlandja),

irrappreżentati minn J. Killick, barrister, P. Lindfelt, avukat, u K. Struckmann, Avukat,

rikorrenti fl-ewwel istanza,

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),

komposta minn A. Tizzano, Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qed jaġixxi bħala President tal-Ewwel Awla, M. Berger, E. Levits, S. Rodin (Relatur) u F. Biltgen, Imħallfin,

Avukat Ġenerali: M. Wathelet,

Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,

wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-10 ta’ Settembru 2015,

wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-26 ta’ Novembru 2015,

tagħti l-preżenti

Sentenza

1

Permezz tal-appell tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Settembru 2013, Keramag Keramische Werke et vs Il-Kummissjoni (T‑379/10 u T‑381/10, mhux ippubblikata, iktar ’il quddiem is-“sentenza appellata”, EU:T:2013:457), peress li, permezz ta’ din is-sentenza, din annullat parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39092 – Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kontenzjuża”).

2

Permezz ta’ appell inċidentali, Keramag Keramische Werke GmbH, li kienet Keramag Keramische Werke AG, Koralle Sanitärprodukte GmbH, Koninklijke Sphinx BV, Allia SAS, Produits Céramiques de Touraine SA, Pozzi Ginori SpA u Sanitec Europe Oy (iktar ’il quddiem, flimkien, ir-“rikorrenti fl-ewwel istanza”) jitolbu l-annullament ras-sentenza appellata sa fejn, permess ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba tagħhom għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża dwar il-parteċipazzjoni tagħhom għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni fis-suq Taljan tal-prodotti sanitarji għall-kmamar tal-banju.

Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-deċiżjoni kontenzjuża

3

Il-fatti li wasslu għall-kawża ġew spjegati fil-punti 1 sa 26 tas-sentenza appellata u jistgħu jiġu deskritti fil-qosor kif ġej.

4

Permezz tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni kkonstatat l-eżistenza ta’ ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE fis-settur tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju. Dan il-ksur li fiha ipparteċipaw 17-il impriża, allegatament seħħ matul diversi perijodi bejn is-16 ta’ Ottubru 1992 u d-9 ta’ Novembru 2004 inklużi u kien jieħu l-forma ta’ sett ta’ akkordji antikompetittivi jew prattiki miftiehma fit-territorju Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak.

5

Fil-15 ta’ Lulju 2004, Masco Corp. u s-sussidjarji tagħha, fosthom Hansgrohe AG, li timmanifattura viti u fittings, u Hüppe GmbH, li timmanifattura diviżorji tad-doċċa, informaw lill-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ akkordju fis-settur tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju u talbu sabiex jibbenefikaw mill-immunità minn multi skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 155, iktar ’il quddiem il-“Komunikazzjoni tal-2002 dwar il-kooperazzjoni”) jew, fin-nuqqas ta’ dan, minn tnaqqis tal-ammont tagħhom. Fit-2 ta’ Marzu 2005, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tagħti immunità kundizzjonali mill-multi favur Masco Corp.

6

Fid-9 u fl-10 ta’ Novembru 2004, il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet mingħajr preavviż fl-istabbilimenti ta’ diversi kumpanniji u assoċjazzjonijiet nazzjonali professjonali li joperaw fis-settur tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju. Il-Kummissjoni, wara li bagħtet, bejn il-15 ta’ Novembru 2005 u s-16 ta’ Mejju 2006, talbiet għal informazzjoni lill-imsemmija kumpanniji u assoċjazzjonijiet, fosthom l-appellanti, fis-26 ta’ Marzu 2007, adottat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, li ġiet innotifikata wkoll lil dawn l-appellanti. Matul il-perijodu mill-15 ta’ Novembru 2004 sal-20 ta’ Jannar 2006, ċertu għadd ta’ impriżi talbu sabiex jibbenefikaw mill-immunità minn multi jew minn tnaqqis tal-ammont tagħhom.

7

Wara seduta li nżammet mit-12 sal-14 ta’ Novembru 2007 li għaliha r-rikorrenti fil-Kawża T‑381/10 pparteċipat, intbagħtet fid-9 ta’ Lulju 2009, lil diversi kumpanniji, fosthom uħud mir-rikorrenti fil-Kawża T‑379/10 u r-rikorrenti fil-Kawża T‑381/10, ittra ta’ spjegazzjoni tal-fatti, li tiġbed l-attenzjoni tagħhom għal ċerti provi li l-Kummissjoni kellha l-intenzjoni tibbaża ruħha fuqhom fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni finali, u ntbagħtu, bejn id-19 ta’ Ġunju 2009 u t-8 ta’ Marzu 2010, lil diversi kumpanniji, fosthom uħud mir-rikorrenti fil-Kawża T‑379/10 u r-rikorrenti fil-Kawża T‑381/10, ta’ talbiet għal informazzjoni supplimentari, il-Kummissjoni, fit-23 ta’ Ġunju 2010, adottata id-deċiżjoni kontenzjuża.

8

Fid-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni qieset li l-ksur ikkonstatat kien jikkonsisti, l-ewwel nett, fil-koordinazzjoni, mill-manifatturi tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju, taż-żidiet fil-prezzijiet annwali u ta’ elementi oħra ta’ tarifikazzjoni, fil-kuntest ta’ laqgħat regolari fi ħdan l-assoċjazzjonijiet nazzjonali għall-professjonisti, it-tieni nett, fl-iffissar jew fil-koordinazzjoni tal-prezzijiet fl-okkażjoni ta’ okkorrenzi speċifiċi bħaż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima, l-introduzzjoni tal-Euro kif ukoll tat-taxxi tat-toroq fil-Ġermanja u, it-tielet nett, fl-iżvelar u l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva. Dawn il-prattiki kienu konformi ma’ mudell ripetut li kien ippruvat li kien l-istess fis-sitt Stati Membri koperti mill-inkjesta tal-Kummissjoni. L-iffissar tal-prezzijiet fis-settur ta’ installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju kien isegwi ċiklu annwali, iktar preċiżament, il-manifatturi allegatament kienu jiffissaw il-livelli tal-prezzijiet tagħhom, li ġeneralment baqgħu fis-seħħ għal sena u kienu jservu ta’ bażi għar-relazzjonijiet kummerċjali mal-grossisti.

9

Il-Kummissjoni kkonstatat ukoll li l-prattiki deskritti iktar ’il fuq kienu parti minn pjan globali li jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn id-destinatarji tad-deċiżjoni kontenzjuża u kellhom il-karatteristiċi ta’ ksur uniku u kontinwu, li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom kien ikopri tliet sottogruppi ta’ prodotti, jiġifieri l-viti u l-fittings, il-kompartimenti tad-doċċa u l-aċċessorji kif ukoll l-oġġetti taċ-ċeramika (iktar ’il quddiem it-“tliet sottogruppi ta’ prodotti”), u kienu jestendu sat-territorju Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak. Il-Kummissjoni rrilevat, f’dak li jikkonċerna l-organizzazzjoni tal-akkordju, l-eżistenza ta’ assoċjazzjonijiet nazzjonali professjonali li jirrigwardaw it-tliet sottogruppi ta’ prodotti kollha kemm huma, li hija semmiet “organi ta’ koordinazzjoni”, ta’ assoċjazzjonijiet nazzjonali għall-professjonisti li jinkludu membri li l-attività tagħhom kienet tikkonċerna minn tal-inqas tnejn minn dawn it-tliet sottogruppi ta’ prodotti, li hija semmiet “assoċjazzjonijiet ta’ diversi prodotti”, kif ukoll ta’ assoċjazzjonijiet speċjalizzati li jinkludu membri li l-attività tagħhom kienet tirrigwarda wieħed minn dawn it-tliet sottogruppi ta’ prodotti. Fl-aħħar nett, hija kkonstatat il-preżenza ta’ grupp ċentrali ta’ impriżi li pparteċipaw fl-akkordju fi Stati Membri differenti u fil-kuntest ta’ korpi ta’ koordinazzjoni u ta’ assoċjazzjonijiet ta’ diversi prodotti.

10

Ir-rikorrenti fil-Kawża T-379/10, b’mod iktar speċifiku Keramag Keramische Werke, Koninklijke Sphinx, Allia, Produits Céramiques de Touraine u Pozzi Ginori, kienu jimmanifatturaw oġġetti taċ-ċeramika u Koralle Sanitärprodukte li kienet timmanifattura diviżorji tad-doċċi. Fiż-żmien tal-fatti kkritikati, ir-rikorrenti fil-Kawża T‑379/10 kienu kollha sussidjarji ta’ Sanitec Europe, rikorrenti fil-Kawża T‑381/10, li hija wkoll destinatarja fid-deċiżjoni kontenzjuża. F’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni kollettivament indikat taħt l-isem ta’ “Sanitec” Sanitec Europe, Allia u s-sussidjarji tagħha, Keramag Keramische Werke u s-sussidjarji tagħha, Koninklijke Sphinx u Pozzi Ginori. Matul il-parteċipazzjoni tagħhom għall-ksur li huma ġew ikkritikati bih, is-sussidjarji ta’ Sanitec Europe kienu membri ta’ assoċjazzjonijiet nazzjonali professjonali u manifatturi ta’ installazzjonijiet għall-kmamar tal-banju li ġejjin, jiġifieri l-Vitreous China-group, fil-Belġju, l-IndustrieForum Sanitär, li kienet Freundeskreis der deutschen Sanitärindustrie, l-Arbeitskreis Baden und Duschen u Fachverband Sanitärkeramische Industrie, fil-Ġermanja, l-Association française des industries de céramique sanitaire (iktar ’il quddiem l-“AFICS”), fi Franza, l-assoċjazzjoni Michelangelo, fl-Italja, is-Sanitair Fabrikanten Platform u l-iStichting Verwarming en Sanitair, fil-Pajjiżi l-Baxxi, u l-Arbeitskreis Sanitärindustrie, fl-Awstrija.

11

Fir-rigward tal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fl-ewwel istanza fil-ksur ikkonstatat, il-Kummissjoni tikkunsidra li Sanitec Europe, li pparteċipat, permezz tas-sussidjarji nazzjonali tagħha, matul il-perijodu tal-ksur li huma kkritikati bih, għall-laqgħat kollużivi tal-IndustrieForum Sanitär, tal-Arbeitskreis Sanitärindustrie, tas-Sanitair Fabrikanten Platform u tal-iStichting Verwarming en Sanitair kif ukoll għal-laqgħat tal-assoċjazzjoni Michelangelo, korpi u assoċjazzjoni li fosthom membri oħra kienu attivi f’diversi Stati Membri kkonċernati mid-deċiżjoni kontenzjuża, ir-rikorrenti fl-ewwel istanza kienu jagħmlu parti mill-grupp ċentrali ta’ impriżi u kienu jafu, jew kellhom raġonevolment ikunu jafu, li l-ksur ikkonstatat, minn naħa, kien jikkonċerna mill-inqas it-tliet sottogruppi ta’ prodotti u, min-naħa l-oħra, kellu portata ġeografika estiża, sa fejn kien ikopri t-territorju ta’ sitt Stati Membri.

12

Sabiex tiġi kkalkolata l-multa imposta fuq kull impriża, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq il-Linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU 2006, C 210, p. 2). Din l-istituzzjoni ddeterminat l-ammont bażiku tal-multa billi ppreċiżat li l-imsemmi kalkolu kien ibbażat, għal kull impriża, fuq il-bejgħ tagħha mill-Istat Membru kkonċernat, immultiplikat bin-numru ta’ snin ta’ parteċipazzjoni fil-ksur ikkonstatat f’kull Stat Membru u għas-sottogrupp ta’ prodotti kkonċernat, b’tali mod li kienet ħadet inkunsiderazzjoni tal-fatt li ċerti impriżi kienu jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom biss f’ċerti Stati Membri jew biss f’wieħed mit-tliet sottogruppi ta’ prodotti.

13

Rigward il-gravità tal-ksur, il-Kummissjoni ffissat il-koeffiċjent għal 15 %, filwaqt li qieset erba’ kriterji għall-evalwazzjoni tal-imsemmi ksur, jiġifieri n-natura tal-aġir ikkritikat, il-partijiet tas-suq ikkombinati, il-portata ġeografika tal-ksur u l-implementazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, hija ffissat il-koeffiċjent multiplikatur li għandu jiġi applikat, għal 4.33 għal Keramag Keramische Werke u għall-Ġermanja, li jikkorrispondi għal parteċipazzjoni fil-ksur ta’ erba’ snin u erba’ xhur, għal 10 għal Keramag Keramische Werke u għall-Awstrija, li jikkorrispondi għal parteċipazzjoni fil-ksur ta’ għaxar snin, għal 3 għal Keramag Keramische Werke u għall-Belġju, li jikkorrispondi għal parteċipazzjoni fil-ksur ta’ tliet snin, għal 8.75 għal Koralle Sanitärprodukte, li jikkorrispondi għal parteċipazzjoni fil-ksur ta’ tmien snin u għaxar xhur, għal 3 għal Koninklijke Sphinx u għall-Belġju, li jikkorrispondi għal parteċipazzjoni fil-ksur ta’ tliet snin, għal 0.66 għall-Allia u għal Franza, li jikkorrispondi għal parteċipazzjoni fil-ksur ta’ tmien xhur, għal 0.66 għal Produits Céramiques de Touraine u għal Franza, li jikkorrispondi għal parteċipazzjoni fil-ksur ta’ tmien xhur, u għal 5.33 għal Pozzi Ginori, li jikkorrispondi għal parteċipazzjoni fil-ksur ta’ ħames snin u erba’ xhur. Fl-aħħar nett, sabiex tiskoraġġixxi l-impriżi inkwistjoni milli jipparteċipaw fi prattiċi kollużivi, li huwa suġġetti għad-deċiżjoni kontenzjuża, hija ddeċidiet li żżid l-ammont bażiku tal-multa billi tapplika ammont addizzjonali ta’ 15 %.

14

Wara li ddeterminat l-ammont bażiku, il-Kummissjoni eżaminat l-eżistenza ta’ ċirkustanzi aggravanti jew attenwanti li jistgħu jiġġustifikaw aġġustament ta’ dan l-ammont. Hija qieset li ma kien hemm ebda ċirkustanza aggravanti jew attenwanti fir-rigward tal-appellanti, wara l-applikazzjoni tal-limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ, l-ammont tal-multa impost fuq l-appellanti, fl-Artikolu 2 ad-deċiżjoni kontenzjuża, kien ta’ EUR 57690000.

Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata

15

Permezz ta’ rikorsi ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti fit-8 ta’ Settembru 2010, ir-rikorrenti fl-ewwel istanza kienet ppreżentaw żewġ rikorsi għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża, billi invokaw, fil-Kawża T‑379/10, seba’ motivi u, fil-Kawża T‑381/10, disa’ motivi.

16

Fis-16 ta Diċembru 2010, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tgħaqqad l-imsemmija kawżi għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub u fit-23 ta’ Marzu 2012 għall-finijiet tal-proċedura orali u tas-sentenza.

17

Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet il-maġġoranza tal-motivi tar-rikorrenti fl-ewwel istanza, iżda, peress li s-seba’ motivi invokati fil-Kawża T‑379/10 kienu, essenzjalment, identiċi għall-ewwel ħames motivi u għat-tmien u d-disa’ motivi invokati fil-Kawża T‑381/10 u l-Qorti Ġenerali użat l-istess numerazzjoni li tintuża f’din il-kawża, laqgħet l-ewwel u t-tielet partijiet tat-tielet motiv tar-rikorrenti fl-ewwel istanza. Billi qieset li l-Kummissjoni kienet qieset bi żball, minn naħa, li Allia u Produits Céramiques de Touraine kienu pparteċipaw fil-ksur inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, li Pozzi Ginori kienet ipparteċipat f’dan il-ksur bejn l-10 ta’ Marzu 1996 u l-14 ta’ Settembru 2001 għalkemm il-parteċipazzjoni ta’ din tal-aħħar kienet stabbilita b’mod suffiċjenti fid-dritt biss bejn l-14 ta’ Mejju 1996 u d-9 ta’ Marzu 2001, il-Qorti Ġenerali annullat il-parti kkonċernata tal-Artikolu (1)(6) tad-deċiżjoni kontenzjuża.

18

Fir-rigward tat-tnaqqis tal-multi, il-Qorti Ġenerali, billi ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li ntlaqa’ parzjalment it-tielet motiv imqajjem mir-rikorrenti fl-ewwel istanza, annullat l-Artikolu 2(7) tad-deċiżjoni kontenzjuża, stabbiliet l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-ewwel istanza, sa fejn taqbeż EUR 50580701.

It-talbiet tal-partijiet

L-appell

19

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja:

tannulla l-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata sa fejn dan jannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kontenzjuża dwar l-avvenimenti li seħħew fi ħdan l-AFICS u r-responsabbiltà ta’ Allia, ta’ Produits Céramiques de Touraine u ta’ Sanitec Europe fl-imsemmija avvenimenti;

tannulla fl-intier tiegħu il-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata;

jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi hija stess definittivament dwar il-kawża, tiċħad ir-rikors għal annullament ukoll għal dak li jirrigwarda l-avvenimenti li seħħew fi ħdan l-AFICS u terġa tistabbilixxi l-multi imposti fuq Allia, fuq Produits Céramique de Touraine SA u fuq Sanitec, u

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż ta’ dan l-appell u, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tagħti deċiżjoni finali dwar ir-rikors għal annullament, li tikkundannahom ukoll l-ispejjeż tal-ewwel istanza.

20

Ir-rikorrenti fl-ewwel istanza jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja:

tiċħad l-appell bħala inammissibbli jew bħala infondat, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

L-appell inċidentali

21

Ir-rikorrenti fl-ewwel istanza jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja:

li tannulla l-punti 1 u 3 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata sa fejn, b’din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-tieni parti tal-ħames aggravju invokata fl-ewwel istanza fuq il-fatt li d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tas-26 ta’ Marzu 2007 ma tispjegax korrettement l-akkużi kontra Pozzi Ginori u Sanitec Europe dwar l-Italja;

li tannulla l-punt 6 tal-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni kontenzjuża sa fejn, skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li Sanitec Europe u Pozzi Ginori pparteċipaw fi ksur fis-suq Taljan jew, sussidjarjament, li tannullaha sa fejn, permezz tal-imsemmija dispożizzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li Sanitec Europe u Pozzi Ginori pparteċipaw f’tali ksur għal perijodu li ma jinkludix dak bejn it-12 ta’ Mejju 2000 u d-9 ta’ Marzu 2001;

li tannulla l-Artikolu 2(7)(a) u (f) tad-deċiżjoni kontenzjuża jew, sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-multi imposti skont din id-dispożizzjoni lil Sanitec Europe waħedha jew flimkien u in solidum ma’ Pozzi Ginori;

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi b’mod konformi mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u

li tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha stess u għall-ispejjeż tagħhom quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll għall-ħlas ta’ proporzjon xieraq tal-ispejjeż sostnuti minnhom quddiem il-Qorti Ġenerali.

22

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja:

tiċħad l-appell bħala inammissibbli u/jew infondat u

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż.

Fuq l-appell prinċipali

Fuq l-ewwel aggravju

23

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, li fih ħames partijiet li jirrigwardaw il-punti 112 sa 121 tas-sentenza appellata, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni u li wettqet diversi żbalji ta’ liġi fl-eżami tal-provi dwar il-ksur inkwistjoni.

Fuq l-ewwel parti tal-ewwel aggravju

– L-argumenti tal-partijiet

24

Permezz tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-korroborazzjoni ta’ prova, f’dan il-każ id-dikjarazzjoni magħmula minn American Standard Inc (iktar ’il quddiem “Ideal Standard”) fil-kuntest tat-talba għal klemenza, kienet tirrikjedi prova li tikkonferma l-koordinazzjoni tal-prezzijiet matul il-laqgħa tal-AFICS tal-25 ta’ Frar 2004. Issa, skont din l-istituzzjoni, ir-rekwiżit ta’ korroborazzjoni għandu l-għan li tiġi vverifikata l-affidabbiltà ta’ prova. Meta tirrikjedi li prova tkun neċessarjament ivverifikata permezz tat-tieni dokument, u mhux ivverifikata jekk prova waħda tista’ jkun affidabbli, il-Qorti Ġenerali allegatament interpretat ir-rekwiżit ta’ korroborazzjoni b’mod ristrettiv wisq u kisret il-prinċipju ta’ produzzjoni libera tal-provi.

25

Ir-rikorrenti fl-ewwel istanza jsostnu li l-ewwel parti tal-ewwel aggravju hija inammissibbli, sa fejn, l-ewwel nett, il-Kummissjoni tistieden lill-Qorti Ġenerali li teżerċita l-istħarriġ tagħha fuq il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali dwar il-korroborazzjoni u l-affidabbiltà tat-talba għal klemenza ta’ Ideal Standard Ideal u li, it-tieni nett, ma tqajmux quddiem il-Qorti Ġenerali l-argumenti dwar l-affidabbiltà ta’ dikjarazzjoni magħmula fil-kuntest ta’ talba għal klemenza anki fl-assenza ta’ korroborazzjoni mit-tieni provi. Fi kwalunkwe każ, huma jsostnu li mill-ġurisprudenza ma jirriżultax li dikjarazzjoni magħmula fil-kuntest ta’ talba għal klemenza jista’ jkun li tkun f’dan il-punt affidabbli li ebda wieħed mill-elementi tagħha ma għandhom jiġu kkorroborati.

– Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

26

Għandu jitfakkar li l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-valur probatorju tad-dokumenti tal-proċess ma tistax, b’riżerva ta’ każijiet ta’ ksur tar-regoli dwar l-oneru u l-produzzjoni tal-provi u iżnaturament tal-imsemmija dokumenti, tiġi kkontestata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tad-19 ta’ Diċembru 2013, Siemens vs Il-Kummissjoni, C‑239/11 P, C‑489/11 P u C‑498/11 P, mhux ippubblikat, EU:C:2013:866, punt 129 u l-ġurisprudenza ċċitata).

27

Madankollu, il-kwistjoni dwar jekk il-Qorti Ġenerali osservatx ir-regoli dwar l-oneru u l-produzzjoni tal-prova fil-kuntest tal-eżami ta’ dawk ta’ dawk li ġew invokati mill-Kummissjoni sabiex issostni l-eżistenza ta’ ksur tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni tikkostitwixxi kwistjoni ta’ dritt li setgħet tiġi invokata fil-kuntest ta’ appell (sentenza tad-19 ta’ Diċembru 2013, Siemens vs Il-Kummissjoni, C‑239/11 P, C‑489/11 P u C‑498/11 P, mhux ippubblikata, EU:C:2013:866, punt 130 u l-ġurisprudenza ċċitata).

28

Kif il-Qorti Ġenerali fakkret fil-punt 105 tas-sentenza appellata, id-dikjarazzjoni ta’ impriża akkużata li ħadet sehem f’akkordju, li l-eżattezza tagħha hija kkontestata minn diversi impriżi oħra kkonċernati, ma tistax titqies li tikkostitwixxi prova suffiċjenti tal-eżistenza ta’ ksur imwettaq minn dawn tal-aħħar mingħajr ma tiġi sostnuta minn provi oħra, u dan billi l-grad ta’ korroborazzjoni meħtieġ jista’ jkun inqas, minħabba l-affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet inkwistjoni (ara, ukoll, is-sentenza tad-19 ta’ Diċembru 2013, Siemens vs Il-Kummissjoni, C‑239/11 P, C‑489/11 P u C‑498/11 P, mhux ippubblikata, EU:C:2013:866, punt 135).

29

Fil-punti 117 u 118 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali applikat biss din ir-regola tal-ġurisprudenza, meta kkunsidrat, wara li kkonstatat li d-dikjarazzjonijiet ta’ Ideal Standard, magħmula fil-kuntest tat-talba tagħha għal klemenza, ġew ikkontestati, li dawn id-dikjarazzjonijiet ma jistgħux, konsegwentement, jikkostitwixxu, fihom infushom, prova biżżejjed tan-natura antikompetittiva tad-diskussjonijiet li saru matul il-laqgħa tal-AFICS tal-25 ta’ Frar 2004.

30

L-argumenti tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni restrittiva wisq tar-rekwiżit ta’ korroborazzjoni huma konsegwentement infondati.

31

Fir-rigward tal-argumenti tal-Kummissjoni li jikkontestaw ir-riżultat li l-Qorti Ġenerali waslet għalih fl-eżami ta’ prova, jiġifieri l-affidabbiltà u l-valur probatorju mogħtija mill-Qorti Ġenerali għad-dikjarazzjonijiet ta’ Ideal Standard magħmula fil-kuntest tat-talba tagħha għal klemenza huma, skont il-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 26 iktar ’il fuq, inammissibbli fl-istadju tal-appell, peress li l-Kummissjoni la invokat u lanqas uriet żnaturament manifest tal-fatti jew tal-provi.

32

L-ewwel parti tal-ewwel aggravju għandha għaldaqstant tiġi miċħuda bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondata.

Fuq it-tieni parti tal-ewwel aggravju

– L-argumenti tal-partijiet

33

Permezz tat-tieni parti tal-ewwel aggravju, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali, wara li kkonstatat b’mod żbaljat li d-dikjarazzjoni ta’ Ideal Standard kellha tiġi kkorroborata minn prova oħra, b’mod żbaljat naqset milli teżamina l-valur probatorju tad-dikjarazzjoni ta’ Roca SARL (iktar ’il quddiem “ROCA”) li takkumpanja l-applikazzjoni għal klemenza tagħha, billi rreferiet għal silta tad-deċiżjoni kontenzjuża li ġabret fil-qosor ir-risposta ta’ Roca għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tas-26 ta’ Marzu 2007. Issa, minn naħa waħda, din it-tweġiba lanqas ma kienet parti mill-fajl u, min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali kienet tasal għal konklużjoni dijametrikament opposta fil-kawża li wasslet għas-sentenza tas-16 ta’ Settembru 2013, Roca vs Il-Kummissjoni (T‑412/10, mhux ippubblikat, EU:T:2013:444), li fiha din it-tweġiba kienet tagħmel mill-proċess. Barra minn hekk, fil-kawżi paralleli li taw lok għas-sentenzi tas-16 ta’ Settembru 2013, Villeroy & Boch Austria et vs Il-Kummissjoni (T‑373/10, T‑374/10, T‑382/10 u T‑402/10, mhux ippubblikata, EU:T:2013:455) kif ukoll tas-16 ta’ Settembru 2013, Duravit et vs Il-Kummissjoni (T‑364/10, mhux ippubblikat, EU:T:2013:477), il-Qorti Ġenerali qieset, ġustament, li dikjarazzjoni ta’ klemenza tista’ tiġi kkorroborata minn oħra u waslet għall-konklużjoni li d-dikjarazzjonijiet ta’ Ideal Standard u ta’ Roca jikkonfermaw, għall-inqas fir-rigward tal-prodotti ta’ faxxa baxxa.

34

Konsegwentement, fl-ewwel lok, is-sentenza appellata allegatament hija vvizzjata bi żball ta’ motivazzjoni, peress li l-Qorti Ġenerali naqset milli teżamina l-valur probatorju tad-dikjarazzjoni ta’ Roca magħmula għall-klemenza, filwaqt li ssostitwixxiet għal tali eżami r-riferiment, barra mill-kuntest, tat-tweġiba ta’ Roca għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tas-26 ta’ Marzu 2007, kif miġbura fil-qosor fid-deċiżjoni kontenzjuża. Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali allegatament annullat parti mid-deċiżjoni kontenzjuża billi bbażat ruħha fuq dokument li ma jinsabx fil-proċess. It-tielet nett, l-interpretazzjoni tar-risposta ta’ Roca allegatament tikkostitwixxi żnaturament ta’ prova, kif muri mill-interpretazzjoni tal-imsemmija prova fit-tliet kawżi paralleli ta’ ċċitati iktar ’il fuq. Fir-raba’ lok, l-affermazzjoni tal-Qorti Ġenerali, li tinsab fil-punt 120 tas-sentenza appellata, li dikjarazzjoni għal klemenza ma tistax jikkorrobora oħra, allegatament hija vvizzjata bi żball ta’ liġi.

35

Ir-rikorrenti fl-ewwel istanza jikkontendu li t-tieni parti tal-ewwel aggravju huwa inammissibbli u, fi kwalunkwe każ, infondat. Fil-fatt, peress li d-dikjarazzjonijiet ta’ Roca magħmula fil-kuntest tal-proċedura ta’ klemenza ma jinsabux fil-proċess tal-Qorti Ġenerali, din tal-aħħar ma tistax tiġi kkritikata li bbażat ruħha fuq il-premessi rilevanti tad-deċiżjoni kontenzjuża. Fir-rigward tar-risposta ta’ Roca France għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tas-26 ta’ Marzu 2007, il-Qorti Ġenerali ma tkunx imqarrqa jekk tibbaża fuq is-siltiet rilevanti tad-deċiżjoni kkontestata, invokati mir-rikorrenti fl-ewwel istanza. Finalment, dawn tal-aħħar isostnu li ma hemmx żnaturament tal-provi hawn, peress li jkunu involuti elementi differenti, diskussi b’mod differenti, f’kawżi differenti.

– Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

36

Qabel kollox, għandu jiġi kkonstatat li, f’dan il-każ, il-Kummissjoni tinvoka, l-ewwel nett, nuqqas ta’ motivazzjoni tas-sentenza appellata, it-tieni nett, l-impossibbiltà li l-Qorti Ġenerali tannulla parzjalment d-deċiżjoni kontenzjuża fuq il-bażi ta’ dokument li ma kienx jinsab fil-proċess, it-tielet nett, l-iżnaturament tal-provi u r-raba’ nett, żball fl-applikazzjoni tar-regoli ta’ prova. B’hekk, kuntrarjament għal dak li jsostnu r-rikorrenti fl-ewwel istanza, il-Kummissjoni ma kkontestatx biss l-evalwazzjoni tal-fatti mill-Qorti Ġenerali jew tenniet biss l-argumenti invokati quddiemha. Għaldaqstant, it-tieni parti tal-ewwel aggravju hija ammissibbli.

37

Fir-rigward tal-mertu, qabel kollox, kif diġà enfasizzat fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali biss għandha ġurisdizzjoni sabiex tikkonstata u tevalwa l-fatti rilevanti kif ukoll sabiex tevalwa l-provi, ħlief fil-każ ta’ żnaturament ta’ dawn il-fatti u ta’ dawn l-elementi.

38

Sussegwentement, hija ġurisprudenza stabbilita li huma l-qrati tal-Unjoni li għandhom jiddeċiedu dwar il-ħtieġa ta’ produzzjoni ta’ dokument, konformement mad-dispożizzjonijiet tar-Regoli tal-Proċedura applikabbli għall-miżuri istruttorji. Rigward il-Qorti Ġenerali, mid-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 49 u tal-Artikolu 65(b) tar-Regoli tal-Proċedura, fil-verżjoni tagħhom applikabbli fid-data tas-sentenza, li t-talba għall-produzzjoni ta’ kwalunkwe att dwar il-kawża tagħmel parti mill-miżuri istruttorji li l-Qorti Ġenerali tista’ tordna fi kwalunkwe stadju tal-proċeduri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-2 ta’ Ottubru 2003, Salzgitter vs Il-Kummissjoni, C‑182/99 P, EU:C:2003:526, punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata; tat-2 ta’ Ottubru 2003, Aristrain vs Il-Kummissjoni, C‑196/99 P, EU:C:2003:529, punt 67 u l-ġurisprudenza ċċitata; tat-2 ta’ Ottubru 2003, Ensidesa vs Il-Kummissjonin, C‑198/99 P, EU:C:2003:530, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tat-2 ta’ Ottubru 2003, Corus UK vs Il-Kummissjoni, C‑199/99 P, EU:C:2003:531, punt 67 u l-ġurisprudenza ċċitata).

39

Fl-aħħar nett, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, għalkemm il-Qorti Ġenerali ma tistax tkun marbuta tagħti motivazzjoni espressa għall-evalwazzjoni tagħha dwar il-valur ta’ kull prova prodotta quddiemha, b’mod partikolari meta tikkunsidra li dawn il-provi huma bla interess jew irrilevanti għas-soluzzjoni tat-tilwima, dan suġġett għall-obbligu li tosserva l-prinċipji ġenerali u r-regoli proċedurali dwar l-oneru u l-produzzjoni tal-prova u mhux li tiżnatura l-provi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-15 ta’ Ġunju 2000, Dorsch Consult vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, C‑237/98 P, EU:C:2000:321, punt 51).

40

F’dan ir-rigward, mill-punt 120 tas-sentenza appellata jirriżulta li, sabiex jiġi eżaminat il-valur probatorju tad-dikjarazzjonijiet magħmula minn Roca għat-talba tagħha għal klemenza, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha esklużivament fuq il-premessa 586 tad-deċiżjoni kontenzjuża li tiġbor fil-qosor it-tweġiba ta’ Roca għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tas-26 ta’ Marzu 2007. Hija kkonkludiet li l-Kummissjoni ma setgħetx tibbaża ruħha, fl-assenza ta’ provi li jikkorroborawha, fuq l-imsemmija dikjarazzjonijiet sabiex turi li koordinazzjoni tal-prezzijiet minimi kienu ġew stabbiliti matul il-laqgħa tal-AFICS tal-25 ta’ Frar 2004.

41

Issa, il-Qorti Ġenerali ma setgħet tiċħad kwalunkwe valur probatorju lid-dikjarazzjonijiet ta’ Roca magħmula għat-talba għal klemenza tagħha billi tibbaża biss fuq l-imsemmija premessa 586, li tiġbor fil-qosor dokument ieħor, mingħajr ma teżamina l-premessa 556 tad-deċiżjoni kontenzjuża li tirreferi għal dawn id-dikjarazzjonijiet, u lanqas il-kontenut tagħhom.

42

B’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni kif ukoll ir-regoli applikabbli fil-qasam tal-produzzjoni tal-prova.

43

Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li l-argument tal-Kummissjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punt 120 tas-sentenza appellata, li dikjarazzjoni għall-klemenza ma tistax tikkorrobora dikjarazzjoni oħra, ma huwiex infondat.

44

Fil-fatt, il-kunċett ta’ korroborazzjoni jfisser li prova tista’ tissaħħaħ minn element ieħor. Issa, ma hemm l-ebda regola fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni li jipprekludi li prova korroborattiva tkun l-istess bħall-element kkorroborata, jiġifieri li dikjarazzjoni għal applikazzjoni ta’ klemenza tikkorrobora dikjarazzjoni oħra.

45

Għaldaqstant, meta ddeċidiet, fil-punt 120 tas-sentenza, li l-Kummissjoni kienet marbuta li tipproduċi provi addizzjonali minħabba l-fatt li dikjarazzjoni għall-klemenza ma tistax tikkorrobora dikjarazzjoni oħra, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi.

46

Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, mingħajr ma jkun neċessarju li tingħata deċiżjoni fuq l-argumenti l-oħra mqajma mill-Kummissjoni insostenn tat-tieni parti tal-ewwel aggravju, li din il-parti hija fondata.

Fuq it-tielet parti tal-ewwel aggravju

– L-argumenti tal-partijiet

47

Permezz tat-tielet parti tal-ewwel aggravju, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali, bi ksur tal-ġurisprudenza stabbilita, interpretat ir-rekwiżit ta’ korroborazzjoni tal-provi b’mod restrittiv wisq f’dak li jirrigwarda t-tabella msemmija iktar ’il fuq dwar il-laqgħa tal-AFICS tal-25 ta’ Frar 2004. Skont din l-istituzzjoni, meta rrikjediet, fil-punt 119 tas-sentenza appellata, li din it-tabella, fiha nnifisha, turi l-eżistenza tal-ksur inkwistjoni, mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-provi u l-ispjegazzjonijiet kumplimentari l-oħra, b’mod partikolari dawk li jinsabu fit-talba għal klemenza ta’ Ideal Standard, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ motivazzjoni. Barra minn hekk, hija allegatament kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha billi astjeniet milli teżamina mill-valur probatorju tal-ispjegazzjonijiet mogħtija għal din id-domanda. Hija żżid li din il-parti hija msaħħa mill-fatt li l-evalwazzjoni tal-istess prova fis-sentenza tas-16 ta’ Settembru 2013, Duravit et vs Il-Kummissjoni (T‑364/10, mhux ippubblikata, EU:T:2013:477), waslet għal konklużjonijiet differenti, jiġifieri l-konferma tan-natura ta’ prova tal-imsemmija tabella.

48

Skont ir-rikorrenti fl-ewwel istanza, l-imsemmija parti hija inammissibbli, sa fejn il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali tagħmel eżami mill-ġdid tal-fatti u tal-ammissibbiltà tal-provi magħmula mill-Qorti Ġenerali. Fi kwalunkwe każ, dawn ir-rikorrenti jikkunsidraw li l-Qorti Ġenerali eżaminat it-tabella tal-laqgħa tal-AFICS tal-25 ta’ Frar 2004 b’mod korrett. Huma jaqblu mal-fehma tal-Qorti Ġenerali li l-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda spjegazzjoni li tista’ ssaħħaħ il-konklużjoni li din il-laqgħa kellha bħala għan diskussjonijiet antikompetittivi.

– Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

49

Hekk kif ġie mfakkar fil-punt 27 ta’ din is-sentenza, il-kwistjoni dwar jekk il-Qorti Ġenerali osservatx ir-regoli dwar l-oneru u l-produzzjoni tal-prova fil-kuntest tal-eżami ta’ dawk li ġew invokati mill-Kummissjoni sabiex isaħħu l-eżistenza ta’ ksur tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni tal-kompetizzjoni tikkostitwixxi kwistjoni ta’ dritt li tista’ tiġi invokata fil-kuntest ta’ appell. Minn dan isegwi li, kuntrarjament għal dak li jsostnu r-rikorrenti fl-ewwel istanza, it-tielet parti tal-ewwel motiv hija ammissibbli.

50

F’dak li jikkonċerna l-mertu, għandu jiġi rrilevat li huwa paċifiku li peress li l-projbizzjoni tal-parteċipazzjoni fi prattiki u ftehimiet antikompetittivi kif ukoll is-sanzjonijiet li dawk li jwettqu ksur jistgħu jbatu huma magħrufa, huwa normali li l-attivitajiet li jinvolvu dawn il-prattiki u dawn il-ftehimiet iseħħu b’mod klandestin, li l-laqgħat jinżammu b’mod sigriet, l-iktar spiss f’terzi pajjiżi, u li d-dokumentazzjoni relattiva titnaqqas kemm jista’ jkun. Anki jekk il-Kummissjoni tiskopri xi dokumenti li juru b’mod espliċitu li kien hemm kuntatt illegali bejn operaturi, bħall-minuti ta’ laqgħa, dawn is-soltu jkunu miktuba f’biċċiet u mifruxin, b’mod li spiss jirriżulta neċessarju li jiġu rrikostitwiti ċerti dettalji permezz ta’ deduzzjonijiet (ara s-sentenza tas-7 ta’ Jannar 2004, Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni, C‑204/00 P, C‑205/00 P, C‑211/00 P, C‑213/00 P, C‑217/00 P u C‑219/00 P, EU:C:2004:6, punti 5556).

51

Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ prattika jew ta’ ftehim antikompetittiv għandha, fil-maġġoranza tal-każijiet, tiġi dedotta minn ċertu numru ta’ koinċidenzi u indizji li, meqjusa flimkien, jistgħu jikkostitwixxu, fl-assenza ta’ spjegazzjoni oħra koerenti, il-prova ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Lulju 2010, Knauf Gips vs Il-Kummissjoni, C‑634/13 P, Ġabra p. I‑2015, punti 614 u 26, u l-ġurisprudenza ċċitata).

52

Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur għall-Artikolu 101(1) TFUE, huwa neċessarju li l-Kummissjoni tipproduċi provi serji, preċiżi u konkordanti. Madankollu, ma huwiex neċessarju li kull waħda mill-provi prodotti mill-Kummissjoni tissodisfa dawn il-kriterji fir-rigward ta’ kull element tal-ksur. Huwa suffiċjenti li n-numru ta’ indizji invokati mill-istituzzjoni, evalwati globalment, jissodisfaw dan ir-rekwiżit (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-1 ta’ Lulju 2010, Knauf Gips vs Il-Kummissjoni, C‑407/08 P, EU:C:2010:389, punt 47).

53

F’dan ir-rigward, fil-punt 119 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li, ladarba t-tabella pprovduta minn Ideal Standard bħala anness għat-talba tagħha għal klemenza ma għandhiex data, ma fiha ebda indikazzjoni li torbotha mal-laqgħa tal-AFICS tal-25 ta’ Frar 2004 u li ma ssemmiex l-ismijiet tal-kompetituri jew il-prezzijiet minimi u massimi li dawn il-kompetituri għandhom joffru, din ma tistax tikkorrobora l-iffissar tal-prezzijiet fil-kuntest ta’ din il-laqgħa.

54

Issa, għandu jiġi kkonstatat li, meta għamlet hekk, il-Qorti Ġenerali ssuġġettat din it-tabella għal rekwiżiti tali li, jekk jiġu ssodisfatti, din it-tabella, fiha nnifisha, tikkostitwixxi prova suffiċjenti sabiex turi l-iffissar tal-prezzijiet.

55

Madankollu, l-imsemmija tabella ma ġietx invokata mill-Kummissjoni bħala prova korroborattiva. Issa, meta tirrikjedi li tali prova fiha l-elementi kollha suffiċjenti sabiex turi l-iffissar tal-prezzijiet waqt il-laqgħa tal-AFICS tal-25 ta’ Frar 2004, il-Qorti Ġenerali naqset milli teżamina jekk il-provi, eżaminati b’mod globali, setgħux isaħħu lil xulxin u injorat il-ġurisprudenza spjegata fil-punti 50 sa 52 ta’ din is-sentenza (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-25 ta’ Jannar 2007, Salzgitter Mannesmann vs Il-Kummissjoni, C‑411/04 P, EU:C:2007:54, punti 44 sa 48).

56

Konsegwentement, mingħajr ma jkun neċessarju li tiddeċiedi fuq l-argumenti l-oħra invokati mill-Kummissjoni insostenn tat-tielet parti tal-ewwel aggravju, hemm lok li jitqies li din il-parti hija fondata.

Fuq ir-raba’ parti tal-ewwel motiv

– L-argumenti tal-partijiet

57

Permezz tar-raba parti tal-ewwel motiv tal-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tas-sentenza appellata sa fejn din ma eżaminatx uħud mill-provi invokati fid-deċiżjoni kontenzjuża li jikkorroboraw id-dikjarazzjonijiet ta’ Ideal Standard u ta’ Roca, b’mod partikolari t-tabelli mensili li fihom ċifri kunfidenzjali dwar il-bejgħ imsemmi fil-punti 572 sa 574 tad-deċiżjoni kontenzjuża u li jinsabu fil-proċess tal-Qorti Ġenerali kif ukoll id-dikjarazzjoni ta’ Laligné. Skont il-Kummissjoni, dawn l-elementi għandhom għall-inqas valur ta’ korroborazzjoni peress li juru li kuntatti antikompetittivi matul l-2004, li jsaħħu l-affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet ta’ Ideal Standard u ta’ Roca.

58

Ir-rikorrenti fl-ewwel istanza jsostnu li r-raba’ parti tal-ewwel aggravju hija inammissibbli peress li, permezz ta’ din il-parti, il-Kummissjoni tikkontesta l-evalwazzjonijiet fattwali magħmula mill-Qorti Ġenerali. Barra minn hekk, huma jenfasizzaw li huma invokaw id-dikjarazzjoni ta’ Laligné quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex juru n-nuqqas ta’ koerenza bejn it-talbiet għal klemenza ta’ Ideal Standard u li din id-dikjarazzjoni, fi kwalunkwe każ, ma kinitx rilevanti għas-soluzzjoni tat-tilwima.

– Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

59

Qabel kollox, għar-raġunijiet mogħtija fil-punt 49 ta’ din is-sentenza, għandha tiġi miċħuda l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mir-rikorrenti fl-ewwel istanza.

60

Għal dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tal-mertu tar-raba’ parti tal-ewwel aggravju, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 39 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ma setgħetx, suġġetta għall-obbligu li tosserva l-prinċipji ġenerali u r-regoli proċedurali dwar l-oneru u l-produzzjoni tal-prova u mhux li tiżnatura l-provi, tkun marbuta li timmotiva espressament l-evalwazzjonijiet tagħha dwar il-valur ta’ kull element ta’ prova sottomessa lilu, b’mod partikolari meta hija tikkunsidra li dawn huma mingħajr interess u nieqsa minn rilevanza għas-soluzzjoni tat-tilwima.

61

Barra minn hekk, il-kwistjoni ta’ jekk il-provi li ġew ippreżentati fil-proċeduri humiex suffiċjenti għandha tiġi eżaminata mill-Qorti Ġenerali biss, u ma tistax tiġi mistħarrġa mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell, għajr fil-każ ta’ żnaturament tal-provi ppreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali jew meta l-ineżattezza sostantiva tal-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali tirriżulta mid-dokumenti ppreżentati fil-proċess (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-19 ta’ Marzu 2015, Dole Food u Dole Fresh Fruit Europe vs Il-Kummissjoni, C‑286/13 P, EU:C:2015:184, punt 58 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

62

F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali, fil-punti 110 sa 121 tas-sentenza appellata, eżaminat jekk il-Kummissjoni kinitx stabbiliet li Allia u Produits Céramiques de Touraine kinux ipparteċipaw fid-diskussjonijiet dwar il-koordinazzjoni tal-prezzijiet minimi għall-prodotti ta’ firxa baxxa waqt il-laqgħa tal-25 ta’ Frar 2004.

63

Issa, fil-punt 90 tar-risposta tagħha fl-ewwel istanza, il-Kummissjoni enfasizzat li d-dikjarazzjoni ta’ Laligné kien dwar aġir fi ħdan assoċjazzjoni professjonali għajr l-AFICS. Il-Kummissjoni ma tallegax, f’dan l-appell, li sostniet quddiem il-Qorti Ġenerali li din il-prova kellha titqies bħala li tippermetti li tikkorrobora d-dikjarazzjonijiet ta’ Ideal Standard u ta’ Roca dwar il-laqgħa tal-AFICS tal-25 ta’ Frar 2004. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata li ma analizzatx l-imsemmija prova fl-eżami tagħha tad-diskussjonijiet li saru waqt din il-laqgħa.

64

Madankollu, huwa b’mod żbaljat li l-Qorti Ġenerali, li qieset, fil-punti 117 sa 120 tas-sentenza appellata, li l-ebda prova ma kienet tikkorrobora d-dikjarazzjonijiet ta’ Ideal Standard u ta’ Roca, hekk li dawn ma jikkostitwixxux prova suffiċjenti tan-natura antikompetittiva tal-imsemmija diskussjonijiet, ma eżaminax jekk it-tabelli msemmija fil-premessi 572 u 574 tad-deċiżjoni kontenzjuża u li jinsabu fil-proċess kinux jippermettu, kif sostniet espressament il-Kummissjoni fil-punti 97 u 99 tar-risposta tagħha fl-ewwel istanza, li jikkorroboraw l-imsemmija dikjarazzjonijiet.

65

Għaldaqstant, ir-raba’ parti tal-ewwel aggravju hija fondata u sa fejn tilmenta li l-Qorti Ġenerali ma eżaminatx il-valur probatorju tal-imsemmija tabelli.

Fuq it-tielet parti tal-ewwel aggravju

– L-argumenti tal-partijiet

66

Permezz tal-ħames parti tal-ewwel aggravju, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali, billi naqset milli teżamina diversi provi meta applikat rekwiżiti ta’ prova stretti wisq dwar l-elementi li hija effettivament eżaminat, ma wettqitx evalwazzjoni globali tagħhom, kif hija marbuta tagħmel skont il-ġurisprudenza stabbilita.

67

Skont ir-rikorrenti fl-ewwel istanza, minn naħa, il-ħames parti tal-ewwel aggravju hija inammissibbli sa fejn, permezz tagħha, il-Kummissjoni tikkontesta l-evalwazzjoni fattwali magħmula mill-Qorti Ġenerali. Min-naħa l-oħra, l-assenza ta’ eżami ta’ kull prova, u b’mod partikolari dawk li ma humiex rilevanti, ma jfissirx li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx eżami globali.

– Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

68

Minn naħa, għar-raġunijiet spjegati fil-punt 49 ta’ din is-sentenza, għandha tiġi miċħuda l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mir-rikorrenti fl-ewwel istanza.

69

Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-punti 43 sa 45, 49 sa 56, 64 u 65 ta’ din is-sentenza, li minnhom jirriżulta li l-Qorti Ġenerali kisret ir-regoli dwar il-provi, ma eżaminatx il-valur probatorju ta’ ċerti dokumenti tal-proċess u naqset milli tivverifika jekk il-provi, eżaminati globalment, jistgħux isaħħu lil xulxin, għandu jitqies li l-ħames parti tal-ewwel aggravju hija fondata.

70

Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l-ewwel aggravju għandu jintlaqa’ parzjalment.

Fuq it-tieni aggravju

– L-argumenti tal-partijiet

71

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, il-Kummissjoni tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli adottat konklużjonijiet kontradittorji u talli żviluppat motivazzjoni kontradittorja, minn naħa, fis-sentenza appellata u, min-naħa l-oħra, fis-sentenzi tas-16 ta’ Settembru 2013, Roca vs Il-Kummissjoni (T‑412/10, mhux ippubblikata, EU:T:2013:444, punti 198239), tas-16 ta’ Settembru 2013, Villeroy & Boch Austria et vs Il-Kummissjoni (T‑373/10, T‑374/10, T‑382/10 u T‑402/10, mhux ippubblikata, EU:T:2013:455, punti 289290), u tas-16 ta’ Settembru 2013, Duravit et vs Il-Kummissjoni (T‑364/10, mhux ippubblikata, EU:T:2013:477, punt 324).

72

Għalhekk, konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-obbligu għall-Qorti Ġenerali li timmotiva s-sentenzi tagħha ma jistax, fil-prinċipju, jiġi estiż sabiex jimponi li tiġġustifika s-soluzzjoni li waslet għaliha f’kawża mqabbla ma’ dik f’kawża oħra li kellha quddiemha, anki jekk din tirrigwarda l-istess deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li ċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża jiġġustifikaw, eċċezzjonalment, l-annullament tas-sentenza appellata. Fil-fatt, il-Kummissjoni ssostni li l-erba’ kawżi relatati jirrigwardaw l-istess deċiżjoni, l-istess premessi ta’ din id-deċiżjoni u l-istess provi. L-imsemmija kawżi setgħu, skont din l-istituzzjoni, jingħaqdu għall-finijiet tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali. F’dawn iċ-ċirkustanzi, skont il-Kummissjoni, fl-assenza ta’ raġunijiet li tagħmel hekk, il-Qorti Ġenerali Tribunal wettqet żball ta’ liġi meta annullat parzjalment id-deċiżjoni kontenzjuża biss fir-rigward ta’ waħda mir-rikorrenti fl-ewwel istanza.

73

Ir-rikorrenti fl-ewwel istanza jsostnu li t-tieni aggravju tal-Kummissjoni huwa ġenerali u impreċiż wisq sabiex ikun ammissibbli. Fi kwalunkwe każ, ma kien hemm l-ebda inkonsistenza fis-sentenza appellata. Barra minn hekk, jekk l-argumenti tal-Kummissjoni jkunu aċċettati, dan iwassal għall-kundanna abbażi ta’ provi inammissibbli u ta’ provi li ma kinux parti mill-massa ta’ provi diskussi, bi ksur tad-drittijiet tad-difiża u, b’mod partikolari, tad-dritt għal smigħ xieraq.

– Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

74

Fid-dawl tal-konstatazzjonijiet li jinsabu fil-punti 41 u 42 ta’ din is-sentenza, li minnhom jirriżulta essenzjalment li l-Qorti ma setgħetx tiċħad kwalunkwe valur probatorju lid-dikjarazzjonijiet magħmula minn Roca fil-kuntest tat-talba tagħha għal klemenza billi tibbaża esklużivament fuq il-premessa 586 tad-deċiżjoni kontenzjuża, ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-tieni aggravju, ibbażat essenzjalment fuq il-premessa 586 tad-deċiżjoni kontenzjuża, ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-tieni aggravju, ibbażat essenzjalment fuq motivazzjoni kontradittorja bejn is-sentenza appellata u s-sentenzi tas-16 ta’ Settembru 2013, Roca vs Il-Kummissjoni (T‑412/10, mhux ippubblikata, EU:T:2013:444), tas-16 ta’ Settembru 2013, Villeroy & Boch Austria vs Il-Kummissjoni (T‑373/10, T‑374/10, T‑382/10 u T‑402/10, mhux ippubblikata, EU:T:2013:455), kif ukoll tas-16 ta’ Settembru 2013, Duravit et vs Il-Kummissjoni (T‑364/10, mhux ippubblikata, EU:T:2013:477), sa fejn, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ma qisitx li dawn id-dikjarazzjonijiet jippermettu li jikkorroboraw dawk ta’ Ideal Standard u b’hekk jipprivaw il-parteċipazzjoni ta’ Allia u ta’ Produits Céramiques de Touraine fid-diskussjonijiet dwar il-prezzijiet matul il-laqgħa tal-AFICS tal-25 ta’ Frar 2004.

75

Peress li t-tieni sal-ħames partijiet tal-ewwel aggravju kienu, kompletament jew parzjalment, milqugħa, hemm lok li jiġu annullati l-punti 1 sa 2 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata sa fejn, l-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali parzjalment annullat id-deċiżjoni kkontestata billi għamlet eżami inkomplet tagħha u tal-provi, it-tieni nett, hija kkonkludiet li prova korroborattiva ma tistax tikkorrobora l-iffissar tal-prezzijiet waqt il-laqgħa tal-AFICS tal-25 ta’ Frar 2004, it-tielet nett, il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx il-valur probatorju ta’ ċerti provi msemmija fid-deċiżjoni kontenzjuża u li jinsabu fil-proċess u, ir-raba’ nett, naqset milli tivverifika jekk il-provi, eżaminati b’mod globali, ġenerali, setgħux isaħħu lil xulxin. Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

Fuq l-appell inċidentali

76

Insostenn tal-appell inċidentali tagħhom, ir-rikorrenti fl-ewwel istanza jinvokaw żewġ aggravji, kontra l-punti 284 sa 291 tas-sentenza appellata.

Fuq l-ewwel aggravju

Fuq l-ewwel parti tal-ewwel aggravju

– L-argumenti tal-partijiet

77

Ir-rikorrenti fl-ewwel istanza jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ma applikatx b’mod korrett ir-reġim legali tal-ammissibbiltà tal-motivi u tal-argumenti. B’mod partikolari, skont ir-rikorrenti fl-ewwel istanza, hija b’mod żbaljat ikkunsidrat li l-argument dwar in-natura insuffiċjenti tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tas-26 ta’ Marzu 2007 kien inammissibbli.

78

F’dan ir-rigward, huma jsostnu li l-inammissibbiltà ta’ motiv hija rarament ikkonstatata fil-ġurisprudenza u li tali konklużjoni tista’ tirnexxi biss jekk hija ma jiġi invokat ebda argument insostenn tal-motiv inkwistjoni. Issa, huma allegatament immotivaw b’mod suffiċjenti l-imsemmi argumenti sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twieġeb għalih u, iktar importanti minn hekk, tibda diskussjoni dwar dan il-punt waqt is-seduta, mingħajr ma sostniet li kien vag jew impreċiż wisq.

79

Barra minn hekk, u b’mod sussidjarju, ir-rikorrenti fl-ewwel istanza jargumentaw li l-Qorti Ġenerali naqset milli timmotiva d-deċiżjoni tagħha li ma teżaminax dan l-istess argument billi kkonstatat li hija kienet ifformulata b’mod astratt u ma kellhiex il-preċiżjoni rikjesta sabiex tkun ammissibbli.

80

Il-Kummissjoni, min-naħa tagħha, issostni li l-ewwel parti tal-ewwel aggravju huwa bbażat fuq qari parzjali tas-sentenza appellata, kif ukoll fuq interpretazzjoni żbaljata tal-portata tad-dikjarazzjoni ta’ inammissibbiltà tal-Qorti Ġenerali.

81

F’dan ir-rigward, din l-istituzzjoni ssostni li din id-dikjarazzjoni tirreferi biss għall-punt 158 tar-rikors tar-rikorrenti fl-ewwel istanza, li kien fiha d-dikjarazzjonijiet ġenerali dwar il-preżentazzjoni tal-allegazzjonijiet kontra r-rikorrenti fl-ewwel istanza fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tas-26 ta’ Marzu 2007, filwaqt li l-Qorti Ġenerali eżaminat fil-mertu l-allegazzjonijiet li saru kontra Pozzi Ginori, minħabba l-parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat tal-assoċjazzjoni Michelangelo fl-Italja, fil-punti 288 sa 290 tas-sentenza appellata. Anki jekk l-inammissibbiltà hija estiża għall-parti tal-motiv li jikkonċerna l-Italja, sa fejn il-Qorti Ġenerali eżaminat fil-mertu il-motiv dwar il-ksur inkwistjoni f’dan l-Istat Membru, tali inammissibbiltà tkun, fi kwalunkwe każ, mingħajr effett. Minn dan isegwi, skont il-Kummissjoni, li l-motivazzjoni tas-sentenza appellata hija suffiċjenti f’dan ir-rigward.

– Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

82

Għandu jiġi rrilevat li l-Qorti Ġenerali fakkret, fil-punt 286 tas-sentenza appellata, il-ġurisprudenza li l-motivi mressqa fl-astratt ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u r-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali dwar l-ammissibbiltà.

83

F’dan ir-rigward, din tal-aħħar ikkonkludiet, fil-punt 287 tas-sentenza appellata, li l-argument tar-rikorrenti fl-ewwel istanza, dwar l-allegat ksur tal-Kummissjoni tal-obbligu tagħha li tispjega b’mod suffiċjenti fid-dritt l-ilmenti mqajma kontra dawn tal-aħħar fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tas-26 ta’ Marzu 2007 kien inammissibbli minħabba l-fatt li ġie fformulata b’mod astratt u ma kienx preċiż biżżejjed.

84

Madankollu, fil-punti 288 sa 290 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali għamlet il-verifika tal-mertu tal-argument dwar l-allegat ksur mill-Kummissjoni tal-obbligu tagħha li tispjega b’mod suffiċjenti fid-dritt l-ilmenti li saru fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tas-26 ta’ Marzu 2007 kontra Pozzi Ginori minħabba l-parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat tal-assoċjazzjoni ta’ diversi prodotti Michelangelo.

85

Għandu jiġi rrilevat li, insostenn tal-argument tagħhom dwar l-applikazzjoni mhux korretta tar-reġim ġuridiku tal-ammissibbiltà tal-aggravji, ir-rikorrenti fl-ewwel istanza essenzjalment huma kkonċernati li juru n-natura suffiċjentement preċiż tal-argument tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali, dwar id-deskrizzjoni insuffiċjenti tal-ksur imwettaq fl-Italja. Madankollu, kif ġie rrilevat fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza, il-mertu ta’ dan l-argument kien ġie eżaminat mill-Qorti Ġenerali.

86

Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l-ewwel parti tat-tieni aggravju għandha tiġu miċħuda bħala infondata.

Fuq it-tieni parti tal-ewwel motiv

– L-argumenti tal-partijiet

87

Fil-kuntest tat-tieni parti tal-ewwel aggravju, ir-rikorrenti fl-ewwel istanza jikkunsidraw li l-Qorti Ġenerali wettqet żball manifest ta’ liġi jew, alternattivament, żnaturament tal-fatti, meta kkonkludiet li hemm insuffiċjenza tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tas-26 ta’ Marzu 2007.

88

Huma jsostnu li l-Qorti Ġenerali applikat kriterju ġuridiku żbaljat fl-evalwazzjoni tan-natura suffiċjenti tal-informazzjoni li għandha tinsab f’dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet sabiex tiżgura d-drittijiet tad-difiża. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali, b’mod żbaljat, ikkunsidrat li kien suffiċjenti li jiġi indikat li “aġir antikompetittiv” ġiet implementat fil-laqgħat elenkati fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tas-26 ta’ Marzu 2007, mingħajr ma speċifikat in-natura ta’ dan l-aġir jew dettalji oħra. Issa, jekk il-Qorti Ġenerali kienet segwiet il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari s-sentenza tad-9 ta’ Lulju 2009, Archer Daniels Midland vs Il-Kummissjoni (C‑511/06 P, EU:C:2009:433), kienet tiġi annullata d-deċiżjoni kontenzjuża rigward il-ksur fis-settur taċ-ċeramika fl-Italja, ladarba d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tas-26 ta’ Marzu 2007 ma wrietx b’mod suffiċjenti d-dettalji dwar din il-parti tal-ksur sabiex jiġu żgurati d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti fl-ewwel istanza. Skont dawn tal-aħħar, is-sentenza appellata tapplika kriterju dwar il-kontenut minimu aċċettabbli ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet li ma jissodisfax ir-rekwiżiti dwar in-notifika li tinftiehem tal-akkużi, skont l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950 (iktar ’il quddiem il-“KEDB”).

89

Sussidjarjament, ir-rikorrenti fl-ewwel istanza jsostnu li l-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali dwar in-natura suffiċjenti tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tas-26 ta’ Marzu 2007, li tinsab fil-punt 289 tas-sentenza appellata tikkostitwixxi, fi kwalunkwe każ, żnaturament manifest tal- kontenut tal-fajl manifest. Tali konklużjoni tkun, barra minn hekk, kuntrarjament għall-konklużjoni tal-Qorti milħuqa fis-sentenza tas-16 ta’ Settembru 2013, Wabco Europe et vs Il-Kummissjoni (T‑380/10, EU:T2013:449), sa fejn tirrigwarda n-natura insuffiċjenti tal-istess silta ta’ din id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.

90

Il-Kummissjoni teċċepixxi l-inammissibbiltà tat-tieni parti tal-ewwel aggravju minħabba l-fatt li din tikkostitwixxi motiv ġdid li ma tqajjimx fl-ewwel istanza. B’mod partikolari, skont din l-istituzzjoni, ir-rikorrenti fl-ewwel istanza sostnew quddiem il-Qorti Ġenerali li d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tas-26 ta’ Marzu 2007 ma ssemmi ebda fatt dwar l-assoċjazzjoni Michelangelo. Issa, huma jsostnu fl-istadju tal-appell li l-informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni, dwar in-“natura” tal-aġir antikompetittiv, ma jinsabux fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, li jikkostitwixxi motiv ġdid.

91

Din l-istituzzjoni ssostni li, fi kwalunkwe każ, din il-parti hija infondata. Skontha, id-deċiżjoni li saret fi tmiem proċedura ta’ ksur taħt l-Artikolu 101(1) TFUE ma għandiex tkun kopja eżatta tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet innotifikata fil-kuntest ta’ din il-proċedura u l-obbligu li jiġu rrispettati d-drittijiet tad-difiża huwa ssodisfatt meta din id-deċiżjoni ma tallegax li l-persuni kkonċernati wettqu ksur differenti minn dak imsemmi fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u tistabbilixxi biss fatti li fuq il-persuni kkonċernati kellhom l-opportunità li jispjegaw ruħhom.

92

Fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti fl-ewwel istanza li l-Qorti Ġenerali ma applikatx il-kriterju ġuridiku żviluppat fis-sentenza tad-9 ta’ Lulju 2009, Archer Daniels Midland vs Il-Kummissjoni (C‑511/06 P, EU:C:2009:433), sabiex tevalwa l-kapaċità tagħhom li jiddefendu lilhom infushom b’mod effettiv, il-Kummissjoni ssostni li tali argument ma jistax jirnexxi. Skont din l-istituzzjoni, l-imsemmija sentenza ma hijiex applikabbli f’dan il-każ, peress li r-rikorrenti fl-ewwel istanza ma jikkontestax li kienu jafu bil-preżenza tagħhom waqt il-laqgħat, bid-data tal-laqgħat ikkonċernati u bil-provi, iżda jargumentaw biss li kinux jafu bin-“natura tal-aġir antikompetittivi”, terminu vag ħafna li ma jurix kif id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tas-26 ta’ Marzu 2007 tkun insuffiċjenti. Din l-istituzzjoni tosserva li l-aġir antikompetittiv kien deskritt fil-punti 256 u 393 sa 400 ta’ din id-dikjarazzjoni u li r-rikorrenti fl-ewwel istanza, permezz tat-tweġiba tagħhom għall-imsemmija dikjarazzjoni, urew li fehmu n-“natura” tal-aġir antikompetittiv u għaldaqstant, l-allegata insuffiċjenza tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tas-26 ta’ Marzu 2007 ma kellha l-ebda impatt fuq il-proċedura.

93

Sa fejn l-argument tar-rikorrenti fl-ewwel istanza li jikkonċerna ksur tal-Artikolu 6 tal-KEDB huwa bbażat fuq il-premessa li d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tat-26 ta’ Marzu 2007 ma kinitx suffiċjenti, il-Kummissjoni ssostni li ma hemm l-ebda diverġenza fundamentali bejn id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u d-deċiżjoni kontenzjuża tali tikser l-imsemmi artikolu.

– Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

94

Għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat, fil-punti 288 sa 291 tas-sentenza appellata, jekk l-elementi li jinsabu fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tas-26 ta’ Marzu 2007 fir-rigward tal-parteċipazzjoni Pozzi Ginori għal-laqgħat tal-assoċjazzjoni Michelangelo ppermettewx lir-rikorrenti fl-ewwel istanza li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ difiża, peress li huma sostnew quddiem il-Qorti Ġenerali li din id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ma kienet tipprovdi ebda dettall dwar l-allegat aġir antikompetittiv waqt il-laqgħat tal-assoċjazzjoni Michelangelo.

95

B’mod iktar speċifiku, il-Qorti Ġenerali, qabel kollox, irrilevat, fil-punt 288 tas-sentenza appellata, li tabella dwar il-laqgħat tal-assoċjazzjoni ta’ diversi prodotti Michelangelo, li tinsab fil-punt 277 tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tas-26 ta’ Marzu 2007, li kienu juru l-parteċipazzjoni ta’ Pozzi Ginori għal-laqgħat tal-imsemmija assoċjazzjoni li matulhom kienu seħħ aġir antikompetittiv u li l-provi bil-miktub ta’ tali aġir kienu jinsabu fin-noti ta’ qiegħ il-paġna inklużi f’din it-tabella. Insegwitu, din l-istess qorti rrilevat, fil-punt 289 tas-sentenza appellata, li l-ispjegazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni dwar il-parteċipazzjoni ta’ Pozzi Ginori għal-laqgħat tal-assoċjazzjoni ta’ diversi prodotti Michelangelo, għalkemm dawn kienu qosra, ippermettew lir-rikorrenti fl-ewwel istanza li jkunu jafu, b’mod preċiż, bl-aġir ikkritikat lil Pozzi Ginori. Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali rrilevat, fl-istess punt 289 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni kienet indikat, fil-punt 277 tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tas-26 ta’ Marzu 2007, in-natura tal-aġir ikkritikat, il-frekwenza tagħhom, id-data preċiża tal-okkorrenza tagħhom u l-provi li kellha quddiemha. Hija, kkonkludiet, fil-punt 290 tas-sentenza appellata, li l-elementi li jinsabu f’din id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet kienet suffiċjenti sabiex jippermettu lir-rikorrenti fl-ewwel istanza li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tad-difiża.

96

Għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti fl-ewwel istanza sempliċement irrepetew l-argumenti li diġà tqajmu quddiem il-Qorti Ġenerali u, fil-fatt, intiżi sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja twettaq evalwazzjoni ġdida tan-natura tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tas-26 ta’ Marzu 2007. Issa, tali argument għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli fl-istadju tal-appell (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-12 ta’ Settembru 2006, Reynolds Tobacco u vs Il-Kummissjoni, C‑131/03 P, EU:C:2006:541, punt 50 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

97

Rigward l-ammissibbiltà tal-argument ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 6 tal-KEDB, għandu jiġi rrilevat li dan huwa bbażat fuq il-preżunzjoni li l-argument dwar l-insuffiċjenza tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tas-26 ta’ Marzu 2007 huwa ammissibbli.

98

Issa, peress li, minn naħa, mill-punt 96 ta’ din is-sentenza jirriżulta li tali argument huwa inammissibbli u, min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti fl-ewwel istanza ma indikax kif il-Qorti Ġenerali allegatament kisret l-Artikolu 6 tal-KEDB, iżda sempliċement jirrepetu, b’mod ġenerali, li l-kontenut tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tas-26 ta’ Marzu 2007 ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan l-artikolu, dawn tal-aħħar huma intiżi, essenzjalment, sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha tan-natura insuffiċjenti ta’ din id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet għal dik tal-Qorti Ġenerali, mingħajr ma juru ebda żnaturament tal-fatti jew tal-provi. Issa, tali argument ma huwiex ammissibbli fl-istadju tal-appell.

99

Konsegwentement, it-tieni parti tal-ewwel aggravju għandha tiġi miċħuda bħala infondata.

100

Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l-ewwel aggravju tal-appell inċidentali għandu jiġi miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment ineffettiv.

Fuq it-tieni aggravju

– L-argumenti tal-partijiet

101

Permezz tat-tieni aggravju tagħhom, ir-rikorrenti fl-ewwel istanza jsostnu li l-Qorti Ġenerali kkonkludiet li d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tas-26 ta’ Marzu 2007 dwar il-ksur fis-settur taċ-ċeramika fl-Italja hija suffiċjenti billi bbażat ruħha fuq motivazzjoni kontradittorja għal dik użata fis-sentenzi relatati u li ma mmotivatx b’mod xieraq is-sentenza appellata f’dan ir-rigward. Huma jsostnu li l-evalwazzjoni ta’ din id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, sa fejn tirrigwarda l-laqgħat tal-assoċjazzjoni Michelangelo, fis-sentenza tas-16 ta’ Settembru 2013, Wabco Europe et vs Il-Kummissjoni (T‑380/10, EU:T:2013:449), hija f’kontradizzjoni mal-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata. Skont ir-rikorrenti fl-ewwel istanza, dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet għandu jkollha portata identika għad-destinatarji kollha.

102

Fi kwalunkwe każ, il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali hija vvizzjata minn motivazzjoni insuffiċjenti peress li ma huwiex possibbli li jiġu vverifikati r-raġunijiet li għalihom l-evalwazzjoni tal-livell ta’ dettall fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tas-26 ta’ Marzu 2007 fis-sentenza appellata hija differenti minn dik fis-sentenza tas-16 ta’ Settembru 2013, Wabco Europe et vs Il-Kummissjoni (T‑380/10, EU:T:2013:449).

103

Il-Kummissjoni tqis li l-allegata insuffiċjenza tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tas-26 ta’ Marzu 2007, fil-każ li din hija stabbilita, taqa’ fl-iżnaturament tal-kontenut tal-proċess, u ladarba li r-rikorrenti fl-ewwel istanza ma wrewx li kien hemm żnaturament manifest, iżda kellhom l-għan li l-Qorti tal-Ġustizzja teżamina mill-ġdid il-punt 288 tas-sentenza appellata, tali argument huwa inammissibbli fl-istadju tal-appell.

104

Barra minn hekk, din l-istituzzjoni sostniet, fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti fl-ewwel istanza li hemm diskrepanza bejn is-sentenza appellata u s-sentenza tas-16 ta’ Settembru 2013, Wabco Europe et vs Il-Kummissjoni (T‑380/10, EU:T:2013:449), li ma kienx hemm, fil-prinċipju, obbligu li l-Qorti Ġenerali tiġġustifika s-soluzzjoni li waslet għaliha fil-kawża meta mqabbla ma’ dik mogħtija f’kawża oħra, anki jekk dawn tal-aħħar tikkonċerna l-istess deċiżjoni.

105

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tqis li hemm kwistjonijiet differenti fiż-żewġ kawżi għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, fil-kawża li tat lok għas-sentenza tas-16 ta’ Settembru 2013, Wabco Europe et vs Il-Kummissjoni (T‑380/10, EU:T:2013:449), hemm kien l-interpretazzjoni tas-silenzju bħala ekwivalenti għall-ammissjoni ta’ aġir antikompetittiv u mhux tan-natura suffiċjenti tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tas-26 ta’ Marzu 2007. It-tieni nett, Pozzi Ginori ma kinitx siekta dwar l-allegazzjonijiet dwar il-laqgħat tal-assoċjazzjoni Michelangelo fl-Italja fil-waqt li Wabco Europe baqgħet siekta u l-Qorti Ġenerali kellha tinterpreta l-portata ta’ tali silenzju. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni żżid li l-iżball li l-Qorti Ġenerali potenzjalment wettqet fis-sentenza tas-16 ta’ Settembru 2013, Wabco Europe et vs Il-Kummissjoni (T‑380/10, EU:T:2013:449), ma jiġġustifikax li dan l-iżball jiġi estiż għal din il-kawża.

106

Skont il-Kummissjoni, ir-rikorrenti fl-ewwel istanza ma indikaw l-ebda prova supplimentari li huma kienu jipproduċu jekk in-“natura tal-aġir antikompetittiv” li seħħ fil-laqgħat tal-assoċjazzjoni Michelangelo kien ġie speċifikat. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-argumenti tar-rikorrenti fl-ewwel istanza huma spekulattivi u infondati, u jekk żball ta’ liġi ġie stabbilit, dan ma għandux iwassal għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża sa fejn jikkonċerna s-suq Taljan.

– Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

107

Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-obbligu tal-Qorti Ġenerali sabiex tagħti motivazzjoni għas-sentenzi tagħha fil-prinċipju ma jistax jiġi estiż sabiex jiġi impost fuqha obbligu li tiġġustifika s-soluzzjoni li waslet għaliha f’kawża waħda fid-dawl ta’ dik li nstabet f’oħra li tressqet quddiemha, anki jekk kienet tikkonċerna l-istess deċiżjoni. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, jekk destinatarju ta’ deċiżjoni jiddeċiedi li jippreżenta rikors għal annullament, il-qorti tal-Unjoni hija kompetenti biss fuq l-elementi tad-deċiżjoni li jikkonċernaw dan id-destinatarju. Għall-kuntrarju, dawk li jikkonċernaw destinatarji oħra ma jidħlux, b’riżerva ta’ ċirkustanzi partikolari, fis-suġġett tat-tilwima li l-qorti tal-Unjoni hija msejħa tiddeċiedi (ara s-sentenza tal-11 ta’ Lulju 2013, Team Relocations et vs Il-Kummissjoni, C‑444/11 P, mhux ippubblikata, EU:C:2013:464, punt 66 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

108

Għaldaqstant, l-argument tar-rikorrenti fl-ewwel istanza bbażat fuq l-allegata kontradizzjoni bejn is-sentenza appellata u s-sentenza tas-16 ta’ Settembru 2013, Wabco Europe et vs Il-Kummissjoni (T‑380/10, EU:T:2013:449), għandu jiġi miċħud.

109

Minn dan isegwi li t-tieni aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.

110

Konsegwentement, l-appell inċidentali għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.

Fuq ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali

111

Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jekk l-appell ikun fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali. Tista’ allura jew hija stess tiddeċiedi definittivament il-kawża, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża, jew tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċidiha.

112

Peress li b’mod partikolari l-Qorti Ġenerali ma għamlitx eżami komplet tal-provi, il-kawża ma hijiex fi stat li tiġi deċiża.

113

Għaldaqstant, il-kawża għandha tiġi rrinvijata lill-Qorti Ġenerali.

Dwar l-ispejjeż

114

Peress li l-kawża għandha tiġi rrinvijata quddiem il-Qorti tal-Prim’ Istanza, l-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura tal-appell għandhom jiġu rriżervati.

 

Għal dawn il-motivi, l-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:

 

1)

Il-punti 1 u 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Settembru 2013, Keramag Keramische Werke et vs Il-Kummissjoni (T‑379/10 u T‑381/10, EU:T:2013:457), huma annullati.

 

2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

 

3)

L-appell inċidentali huwa miċħud.

 

4)

Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sa fejn tikkonċerna l-parti tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Settembru 2013, Keramag Keramische Werke et vs Il-Kummissjoni (T‑379/10 u T‑381/10, EU:T:2013:457), li hija annullata b’din is-sentenza.

 

5)

L-ispejjeż huma rriżervati.

 

Firem


( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.

Top