This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CJ0330
Judgment of the Court (Sixth Chamber), 12 June 2014.#Lukoyl Neftohim Burgas AD v Nachalnik na Mitnicheski punkt Pristanishte Burgas Tsentar pri Mitnitsa Burgas.#Request for a preliminary ruling from the Administrativen sad Burgas.#Reference for a preliminary ruling — Common Customs Tariff — Combined Nomenclature — Classification of goods — Goods described as ‘heavy oils, lubricating oils or other oils for undergoing a specific process’ — Headings 2707 and 2710 — Aromatic and non aromatic constituents — Relationship between the Combined Nomenclature and the Harmonised System.#Case C‑330/13.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2014.
Lukoyl Neftohim Burgas AD vs Nachalnik na Mitnicheski punkt Pristanishte Burgas Tsentar pri Mitnitsa Burgas.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Burgas.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa Doganali Komuni — Nomenklatura Magħquda — Klassifikazzjoni tal-merkanzija — Merkanzija deskritta bħala ‘żejt tqil, żejt lubrikanti jew żejt ieħor li għandu jgħaddi minn proċess speċifiku’– Intestaturi 2707 u 2710 — Kostitwenti aromatiċi u kostitwenti mhux aromatiċi — Relazzjoni bejn in-Nomenklatura Magħquda u s-Sistema Armonizzata.
Kawża C‑330/13.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2014.
Lukoyl Neftohim Burgas AD vs Nachalnik na Mitnicheski punkt Pristanishte Burgas Tsentar pri Mitnitsa Burgas.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Burgas.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa Doganali Komuni — Nomenklatura Magħquda — Klassifikazzjoni tal-merkanzija — Merkanzija deskritta bħala ‘żejt tqil, żejt lubrikanti jew żejt ieħor li għandu jgħaddi minn proċess speċifiku’– Intestaturi 2707 u 2710 — Kostitwenti aromatiċi u kostitwenti mhux aromatiċi — Relazzjoni bejn in-Nomenklatura Magħquda u s-Sistema Armonizzata.
Kawża C‑330/13.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2014:1757
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla)
12 ta’ Ġunju 2014 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa Doganali Komuni — Nomenklatura Magħquda — Klassifikazzjoni tal-merkanzija — Merkanzija deskritta bħala ‘żejt tqil, żejt lubrikanti jew żejt ieħor li għandu jgħaddi minn proċess speċifiku’ — Intestaturi 2707 u 2710 — Kostitwenti aromatiċi u kostitwenti mhux aromatiċi — Relazzjoni bejn in-Nomenklatura Magħquda u s-Sistema Armonizzata”
Fil-Kawża C‑330/13,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Аdministrativen sad Burgas (il‑Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tat-28 ta’ Mejju 2013, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-18 ta’ Ġunju 2013, fil-proċedura
Lukoyl Neftohim Burgas AD
vs
Nachalnik na Mitnicheski punkt Pristanishte Burgas Tsentar pri Mitnitsa Burgas,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),
komposta minn A. Borg Barthet, President tal-Awla, S. Rodin u F. Biltgen (Relatur), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: N. Wahl,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal Lukoyl Neftohim Burgas AD, minn S. Andronov, konsulent, |
— |
għall-Gvern Bulgaru, minn E. Petranova u J. Atanasov, bħala aġenti, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Mihaylova u B.‑R. Killmann, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għad-deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-intestaturi 2707 u 2710 tan-Nomenklatura Magħquda (iktar ’il quddiem in-“NM”) li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1006/2011, tas-27 ta’ Settembru 2011 (ĠU L 282, p. 1). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Lukoyl Neftohim Burgas AD (iktar ’il quddime “Lukoyl”) u n-Nachalnik na Mitnicheski punkt Pristanishte Burgas Tsentar pri Mitnitsa Burgas (kap tal-uffiċċju doganali tal-port ċentrali ta’ Burgas, iktar ’il quddiem in-“Nachalnik”) dwar il-klassifikazzjoni tariffarja ta’ merkanzija deskritta bħala “żejt tqil, żejt lubrikanti, żejt ieħor li għandu jgħaddi minn proċess speċifiku”. |
Il-kuntest ġuridiku
Is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u għall-kodifikazzjoni tal-merkanzija
3 |
Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u kodifikazzjoni ta’ merkanzija (iktar ’il quddiem is-“SA”), konkluża fi Brussell, fl-14 ta’ Ġunju 1983, u l-Protokoll li jemendaha tal-24 ta’ Ġunju 1986 ġew approvati f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE, tas-7 ta’ April 1987 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 288). |
4 |
Il-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali, li sar l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwani (ODD), imwaqqaf permezz tal-konvenzjoni li ħolqot l-imsemmi kunsill, konkluża fi Brussell fil-15 ta’ Diċembru 1950, japprova, bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni dwar is-SA msemmija fil-punt preċedenti, in-Noti ta’ Spjega u l-pariri ta’ klassifikazzjoni adottati mill-kumitat tas-SA. |
5 |
Il-kunsiderazzjonijiet ġenerali tan-Noti ta’ Spjega tas-SA dwar il-Kapitolu 27 huma redatti kif ġej: “[...] Għandu jiġi nnotat li t-termini ‘kostitwenti aromatiċi’ li jinsabu fin-Nota 2 tal-Kapitolu 27 u fil-kliem tal-intestatura 2707 għandhom jiġu interpretati bħala li jirreferu għal molekuli sħaħ li fihom parti aromatika, irrispettivament min-numru u mit-tul tal-ktajjen laterali, u mhux biss għall-partijiet aromatiċi ta’ dawn il-molekuli. [...]” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
6 |
In-Nota 2 tal-Kapitolu 27 tas-SA hija redatta f’dawn it-termini: “Riferimenti fl-intestatura 2710 għal ‘żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi’ jinkludu mhux biss żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi iżda wkoll żjut simili, kif ukoll dawk li jikkonsistu l-iktar f’idrokarboni mħalltin mhux issaturati, miksubin b’kull proċess, sakemm il-piż tal-kostitwenti mhux aromatiċi jaqbeż dak tal-kostitwenti aromatiċi. [...]” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
7 |
In-Noti ta’ Spjega tas-SA dwar l-intestatura 2707 jipprovdu, b’mod partikolari, dan li ġej: “Din l-intestatura tkopri: [...]
[...]” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
8 |
In-Noti ta’ Spjega tas-SA dwar l-intestatura 2710 jippreċiżaw fit-Titolu I(B): “[...] Din l-intestatura tinkludi: [...]
Hawnhekk, huma b’mod partikolari inklużi l-alkili mħallta indikati bħala tripropilene, tetrapropilene, diisobutilene triisobutylene, etc. Dawn jikkonsistu f’taħlitiet ta’ idrokarbonji aċikliċi mhux saturati (ottileni, nonileni, omologi tagħhom u l-iżomeri tagħhom, b’mod partikolari) u ta’ idrokarbonji aċikliċi saturati. Dawn jinkisbu jew bil-polimerizzazzjoni (fi grad baxx ħafna) tal-prorilene, tal-isobutilene jew ta’ idrokarbonji etileniċi oħra, jew bis-separazzjoni (b’mod partikolari bid-distillazzjoni frazzjonali), minn ċerti prodotti li joriġinaw mill-cracking taż-żjut minerali. [...] Barra minn hekk, ma humiex inklużi f’din l-intestatura ż-żjut li fihom il-piż tal-kostitwenti aromatiċi jaqbeż dak tal-kostitwenti mhux aromatiċi, kemm jekk tali żjut huma miksuba permezz taċ-ċiklizzazzjoni taż-żjut minerali (petroleum) kif ukoll jekk dawn huma miksuba b’xi mod ieħor (Nru 2707).” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
In-NM
9 |
Il-klassifikazzjoni doganali tal-merkanzija importata fl-Unjoni Ewropea hija rregolata min-NM, li hija bbażata fuq is-SA. Il-verżjoni tagħha fis-seħħ fid-data tal-fatti tal-kawża prinċipali hija dik li tirriżulta mir-Regolament Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament Nru 1006/2011. |
10 |
L-Ewwel Parti tan-NM tinkludi ġabra ta’ dispożizzjonijiet preliminari. Taħt it-Titolu I, iddedikat għar-regoli ġenerali, it-Taqsima A tipprovdi regoli ġenerali għall-interpretazzjoni ta’ din in-NM, li skonthom issir il-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-NM. Għalhekk, huwa b’mod partikolari previst li l-klassifikazzjoni għandha tiġi ddeterminata legalment skont it-termini tal-intestaturi u tan-noti tat-taqsimiet jew tal-kapitoli, peress li l-formulazzjoni tat-titoli tat-taqsimiet, tal-kapitoli jew tas-subkapitoli hija meqjusa bħala li għandha biss valur indikattiv. |
11 |
Fit-Tieni Parti tan-NM, intitolata “Skeda ta’ dazji tad-dwana”, il-Kapitolu 27 jikkonċerna l-“Karburanti minerali, żjut minerali u prodotti tad-distillazzjoni tagħhom, sustanzi bituminużi; xemgħat minerali”. |
12 |
L-intestatura 2707 tan-NM, li tidher f’dan il-kapitolu, tipprovdi:
|
13 |
L-intestatura 2710 tan-NM hija fformulata kif ġej:
|
14 |
In-Noti ta’ Spjega għan-NM, fil-verżjoni tagħhom applikabbli fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali (ĠU 2011, C 137, p. 1), dwar is-subintestaturi 2707 99 91 u 2707 99 99 tan-NM, intitolati “Oħrajn”, jipprevedu: “Dawn is-subtitli jkopru prinċipalment prodotti li jikkonsistu f’taħlitiet ta’ idrokarbonji. Dawn il-prodotti jinkludu:
|
15 |
In-Noti ta’ Spjega għan-NM dwar l-intestatura 2707 jispeċifikaw: “Rigward id-determinazzjoni tal-kontenut ta’ kostitwenti aromatiċi, ara n-Noti ta’ Spjega għal Nota 2 għal dan il-kapitlu”. |
16 |
In-Nota 2 tal-kunsiderazzjonijiet ġenerali tan-Noti ta’ Spjega għan-NM dwar il-Kapitolu 27 taqra kif ġej: “Il-kontenut ta’ kostitwenti aromatiċi għandu jkun determinat bil-metodi li ġejjin:
|
17 |
L-Anness A tan-Noti ta’ Spjega għan-NM dwar mal-Kapitolu 27, intitolat “Metodu ta’ determinazzjoni tal-kontenut ta’ kostitwenti aromatiċi fi prodotti b’punt ta’ distillazzjoni tat-tmiem li jaqbeż 315 °Ċ”, huwa fformulat kif ġej: “Prinċipju tal-metodu Il-kampjun, imdewweb ġo pentan-n, jitħalla jgħaddi ġo kolonna tal-kromatografija speċjali b’ġell silika. L-idrokarbonji mhux aromatiċi, imneħħijin b’pentan-n, sussegwentement jinġabru u jkunu analizzati billi jkunu miżunin wara li s-solvent ikun evapora. [...] Metodu [...] Il-perċentwal ta’ idrokarbonji mhux aromatiċi mill-piż (A) huwa mgħoti bil-formula li ġejja:
Fejn [P1] huwa l-piż tal-kampjun. Id-differenza minn 100 hija l-perċentwal ta’ idrokarbonji aromatiċi assorbiti mill-ġell silika. [...]” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
18 |
Permezz tad-dikjarazzjoni tad-dwana ssimplifikata tat-2 ta’ Mejju 2012, Lukoyl iddikjarat għat-tqegħid f’ċirkulazzjoni libera u għall-konsum finali merkanzija deskritta bħala “żjut tqal, żjut lubrikanti; żjut oħrajn li għandhom jgħaddu minn proċess speċifiku”. Il-merkanzija ġiet iddikjarata taħt l-intestatura 2710 19 71 tan-NM. |
19 |
Id-dikjarazzjoni tad-dwana tindika prezz ta’ 24269509 Dollaru Amerikan (USD). Fl-10 ta’ Mejju 2012, Lukoyl ħallset 7 250 758.54 Lev (BGN) bħala taxxa fuq il-valur miżjud, filwaqt li ebda somma ma kienet dovuta, skontha, għad-dazji doganali u tas-sisa. |
20 |
Sussegwentement, l-awtoritajiet doganali kompetenti wettqu stħarriġ dokumentarju tal-merkanzija inkwistjoni, tad-dokumenti li jiġu mal-istess merkanzija u tad-dikjarazzjoni. Huma kkonstataw li ċ-ċertifikati u d-dokumenti ppreżentati ma ppermettewx li ssir klassifikazzjoni tariffarja ta’ din il-merkanzija u għalhekk ħadu kampjuni minnha sabiex jiddeterminaw il-kodiċi applikabbli tan-NM. |
21 |
Il-kampjuni ġew analizzati mil-laboratorju tad-dwana ta’ Ruse (il‑Bulgarija) li l-evalwazzjoni tiegħu kkonkludiet li l-merkanzija analizzata hija żejt u tirrappreżenta b’mod iktar preċiż żejt minerali tal-petroleum iddistillat direttament, li għandu fih taħlita ta’ idrokarbonji li fiha l-piż tal-kostitwenti aromatiċi jaqbeż dak tal-kostitwenti mhux aromatiċi. Dan iż-żejt ma huwiex ikkostitwit minn benżina, minn toluwina, minn ksilini, minn naftalina, minn taħlitiet oħra ta’ idrokarbonji aromatiċi, minn żjut tal-kreożot jew mhux raffinati u lanqas minn uċuh bil-kubrit, minn prodotti bażiċi, mill-antraċene jew mill-fenoli. L-analiżi twettqet skont il-metodu indikat fl-Anness A tan-Noti ta’ Spjega għan-NM dwar il-Kapitolu 27 (iktar ’il quddiem il-“metodu tal-Anness A”). |
22 |
Permezz ta’ ittra tat-28 ta’ Settembru 2012, id-deputat direttur tal-aġenzija tad-dwana ta’ Sofija (il-Bulgarija) informa lin-Nachalnik li, fid-dawl tal-konklużjoni tal-laboratorju tad-dwana ta’ Ruse u kif ukoll tal-punti 1 u 6 tar-regoli ġenerali ta’ interpretazzjoni tan-NM, tal-kliem tal-intestatura 2707 tan-NM u tan-Noti ta’ Spjega tas-SA dwar din l-intestatura, il-merkanzija inkwistjoni kellha tiġi kklassifikata taħt is-subintestatura 2707 99 99 tan-NM. |
23 |
Konsegwentement, in-Nachalnik adotta, fis-26 ta’ Ottubru 2012, deċiżjoni li tobbliga lil Lukoyl, minn naħa, li tirrettifika l-intestatura tariffarja billi tikklassifika l-merkanzija inkwistjoni taħt l-intestatura 2707 99 99 tan-NM, li tipprevedi l-applikazzjoni ta’ dazju doganali ta’ 1.7 %, u, min-naħa l-oħra, li tħallas lill-Istat debitu doganali ta’ BGN 616 314.48, b’żieda ta’ BGN 123 262.90 ta’ taxxa fuq il-valur miżjud. |
24 |
Lukoyl ressqet azzjoni kontra din id-deċiżjoni quddiem l-Administrativen sad Burgas. |
25 |
Din il-qorti ordnat evalwazzjoni ġudizzjarja kimika li l-konklużjonijiet tagħha essenzjalment ikkonfermaw il-konklużjoni tal-evalwazzjoni tal-laboratorju tad-dwana ta’ Ruse. Madankollu, l-espert qies li l-metodu tal-Anness A, użat mil-laboratorju tad-dwana ta’ Ruse, ma huwiex xieraq sabiex jiddetermina l-proporzjon, bħala piż, tal-komponenti aromatiċi meta mqabbla mal-komponenti mhux aromatiċi fi prodotti bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
26 |
F’dan il-kuntest, l-Administrativen sad Burgas iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
27 |
Preliminarjament, għandu, minn naħa, jitfakkar li, meta l-Qorti tal-Ġustizzja jkollha quddiemha rinviju għal deċiżjoni preliminari fil-qasam tal-klassifikazzjoni tariffarja, l-irwol tagħha huwa li tagħti kjarifika lill-qorti nazzjonali dwar il-kriterji li permezz tagħhom din tal-aħħar tkun tista’ tikklassifika b’mod korrett il-prodotti inkwistjoni fin-NM, iktar milli tikklassifikahom hija stess, u dan iktar u iktar minħabba li hija ma jkollhiex neċessarjament għad-dispożizzjoni tagħha l-elementi indispensabbli kollha f’dan ir-rigward. Minħabba f’hekk, jidher li l-qorti nazzjonali tinsab, fi kwalunkwe każ, f’pożizzjoni aħjar sabiex tagħmel dan (sentenzi Lohmann u Medi Bayreuth, C‑260/00 sa C‑263/00, EU:C:2002:637, punt 26; Lecson Elektromobile, C-12/10, EU:C:2010:823, punt 15, kif ukoll Digitalnet et, C‑320/11, C‑330/11, C‑382/11 u C‑383/11, EU:C:2012:745, punt 61). |
28 |
Għaldaqstant, huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tikklassifika l-prodotti inkwistjoni fid-dawl tar-risposti mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja għad-domandi li hija għamlitilha. |
29 |
Min-naħa l-oħra, għandu jiġi enfasizzat li, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, stabbilita mill-Artikolu 267 TFUE, huwa l-kompitu ta’ din tal-aħħar li tagħti lil qorti nazzjonali risposta utli li tippermettilha taqta’ l-kawża li jkollha quddiemha. Minn din il-perspettiva, huwa l-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tifformula mill-ġdid, jekk meħtieġ, id-domandi mressqa quddiemha (sentenzi Krüger, C‑334/95, EU:C:1997:378, punti 22 u 23, kif ukoll Byankov, C‑249/11, EU:C:2012:608, punt 57). |
30 |
F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, bl-għaxar domandi tagħha, il-qorti nazzjonali tistaqsi, fir-realtà, dwar l-interpretazzjoni tal-intestaturi 2707 u 2710 tan-NM għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tariffarja ta’ prodott b’karatteristiċi bħal dawk tal-prodott inkwistjoni, deskritt bħala “żejt tqil, żejt lubrikanti, żejt ieħor li għandu jgħaddi minn proċess speċifiku”. |
31 |
Sabiex tingħata risposta utli lill-qorti nazzjonali, dawn id-domandi għandhom jiġi fformulati u kklassifikati mill-ġdid b’mod li t-tieni domanda tiġi eżaminata wara r-raba’ sas-sitt domandi, imbagħad jiġu ttrattati l-ewwel u t-tielet domandi, segwiti mis-seba’ sal-għaxar domandi. |
Fuq ir-raba ’ sas-sitt domandi
32 |
Permezz tar-raba’ sas-sitt domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, dwar liema kriterju jiddetermina jekk prodott b’karatteristiċi bħal dawk tal-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandux jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 2707 jew taħt l-intestatura 2710 tan-NM. |
33 |
Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, huwa importanti, minn naħa, li jiġi enfasizzat li r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM jipprovdu li l-klassifikazzjoni tal-merkanzija għandha tiġi ddeterminata skont it-termini tal-intestaturi u tan-noti tat-taqsimiet jew tal-kapitoli, peress li l-kliem tat-titoli tat-taqsimiet, tal-kapitoli jew tas-subkapitoli huma kkunsidrati li għandhom biss valur indikattiv. |
34 |
Min-naħa l-oħra, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fl-interess taċ-ċertezza legali u tal-faċilità tal-istħarriġ, il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija għandu, ġeneralment, jitfittex fil-karatteristiċi u fil-proprjetajiet oġġettivi tagħha, kif iddefiniti mill-kliem tal-intestatura tan-NM u tan-noti tat-taqsimiet jew tal-kapitoli (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Peacock, C‑339/98, EU:C:2000:573, punt 9; Intermodal Transports, C‑495/03, EU:C:2005:552, punt 47; Kamino International Logistics, C‑376/07, EU:C:2009:105, punt 31, kif ukoll British Sky Broadcasting Group u Pace, C‑288/09 u C‑289/09, EU:C:2011:248, punt 60). |
35 |
Fir-rigward tan-Noti ta’ Spjega tas-SA, għandu jingħad ukoll li, minkejja l-assenza ta’ forza vinkolanti tagħhom, dawn jikkostitwixxu strumenti importanti sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tat-Tariffa Doganali Komuni u jipprovdu, bħala tali, elementi validi għall-interpretazzjoni tagħha (sentenzi Kloosterboer Services, C‑173/08, EU:C:2009:382, punt 25, u Agroferm, C‑568/11, EU:C:2013:407, punt 28). L-istess jingħad għan-Noti ta’ Spjega għan-NM (ara s-sentenzi Develop Dr. Eisbein, C‑35/93, EU:C:1994:252, punt 21, kif ukoll British Sky Broadcasting Group u Pace, EU:C:2011:248, punt 92). |
36 |
F’dan il-każ, mill-kliem tal-intestatura 2707 tan-NM jirriżulta li din l-intestatura tinkludi iż-“[ż]jut u prodotti oħrajn [...]; prodotti simili li fihom il-piż tal-kostitwenti aromatiċi jaqbeż dak [tal-]kostitwenti mhux aromatiċi”. |
37 |
Barra minn hekk, in-Nota 2 tal-Kapitolu 27 tan-NM tispeċifika, f’termini identiċi għal dawk tan-Noti ta’ Spjega tas-SA dwar l-intestatura 2710, li t-termini “[ż]jut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi” użati fil-kliem tal-intestatura 2710 japplikaw ukoll għaż-żjut “li jikkonsistu l-aktar f’idrokarboni mħalltin mhux issaturati [...] sakemm il-piż tal-kostitwenti mhux aromatiċi jaqbeż dak tal-kostitwenti aromatiċi”[traduzzjoni mhux uffiċjali]. Dawn l-istess noti jżidu li huma esklużi mill-intestatura 2710 “iż-żjut li fihom il-piż tal-kostitwenti aromatiċi jaqbeż dak [tal-]kostitwenti mhux aromatiċi” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
38 |
Konsegwentement, kif ġustament isostnu l-Gvern Bulgaru u l-Kummissjoni Ewropea, jidher mill-intestaturi 2707 u 2710 tan-NM, interpretati fid-dawl tan-Nota 2 tal-Kapitolu 27 tan-NM u tan-Noti ta’ Spjega tas-SA dwar l-intestatura 2710, li l-kriterju determinanti li jippermetti li prodott jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 2707 tan-NM huwa l-prevalenza tal-piż tal-kostitwenti aromatiċi. B’mod kuntrarju, il-kriterju determinanti fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu taħt il-pożizzjoni 2710 tan-NM huwa l-prevalenza tal-piż tal-kostitwenti mhux aromatiċi. |
39 |
Għaldaqstant, għar-raba’ sas-sitt domandi għandha tingħata r-risposta li l-kriterju li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex prodott bil-karatteristiċi bħal dawk tal-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 2707 jew taħt l-intestatura 2710 tan-NM huwa l-kontenut bħala piż tal-kostitwenti aromatiċi b’paragun mal-kostitwenti mhux aromatiċi. |
Fuq it-tieni domanda
40 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk it-tifsira tat-termini “kostitwenti aromatiċi” li jinsabu fil-Kapitolu 27 tan-NM kif ukoll fin-Noti ta’ Spjega għan-NM u tas-SA relatati hijiex identika għal dik tat-termini “idrokarbonji aromatiċi”. |
41 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, anki jekk in-NM ma tiddefinixxix it-termini “kostitwenti aromatiċi”, ir-risposta għal din id-domanda tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-kliem tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 27 tan-NM u tan-Noti ta’ Spjega għan-NM u tas-SA relatati. |
42 |
Fil-fatt, il-kliem tal-intestatura 2707 tan-NM jistipula li din l-intestatura tinkludi l-prodotti “li fihom il-piż tal-kostitwenti aromatiċi jaqbeż dak [tal-]kostitwenti mhux aromatiċi”. Jirriżulta mill-kliem tas-subintestaturi 2707 10 sa 2707 99 tan-NM li, fost dawn il-prodotti, hemm b’mod partikolari l-benżina, it-toluwina, il-ksilini, in-naftalina, taħlitiet idrokarbonji aromatiċi oħrajn, żjut krijożoti jew żjut mhux raffinati. |
43 |
Barra minn hekk, kif jirriżulta mit-termini użati fid-diversi verżjonijiet lingwistiċi tat-titolu tas-subintestatura 2707 50 tan-NM, u b’mod partikolari fil-verżjonijiet Bulgara (“Drugi smesi na aromatni vuglevodorodi”), Spanjola (“Las demás mezclas de hidrocarburos aromáticos”), Ġermaniża (“andere Mischungen aromatischer Kohlenwasserstoffe”), Ingliża (“Other aromatic hydrocarbon mixtures”), Franċiża (“autres mélanges d’hydrocarbures aromatiques”) u Taljana (“altre miscele d’idrocarburi aromatici”), in-NM tagħmel, kif il-Gvern Bulgaru ġustament jirrileva, distinzjoni bejn it-termini “kostitwenti aromatiċi” u t-termini “idrokarbonji aromatiċi”. |
44 |
Għandu jiġi kkonstatat li l-istess distinzjoni toħroġ minn Noti ta’ Spjega għan-NM dwar is-subintestaturi 2707 99 11 u 2707 99 19 tagħha, li jistipulaw li jaqgħu taħt dawn is-subintestaturi “prodotti simili li fihom il-piż tal-kostitwenti aromatiċi jaqbeż dak [tal-]kostitwenti mhux aromatiċi” u li jispeċifikaw li dawn il-prodotti “jista’ jkollhom [...] proporzjoni iżgħar ta’ idrokarbonji aromatiċi polinukleari”. Bl-istess mod, in-Noti ta’ Spjega għan-NM dwar l-intestatura 2707 99 30 tagħha jistipulaw li “[g]ħall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, ‘uċuħ bil-kubrit’ tfisser biss dawk il-prodotti [...] li fihom komposti tal-kubrit [...] u idrokarbonji bi predominanza ta’ idrokarbonji mhux aromatiċi”. |
45 |
Din id-distinzjoni tinsab ukoll fin-Noti ta’ Spjega tas-SA dwar l-intestatura 2707, li jispeċifikaw li din l-intestatura tkopri “żjut u prodotti oħra [...] ikkostitwiti essenzjalment minn taħlitiet ta’ idrokarbonji aromatiċi u komposti aromatiċi oħra”. [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
46 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi konkluż li l-kliem tal-imsemmija dispożizzjonijiet jiddistingwi b’mod ċar bejn it-termini “kostitwenti aromatiċi” u t-termini “idrokarbonji aromatiċi” u li, għalhekk, it-termini “kostitwenti aromatiċi” għandhom jiġu interpretati li huma usa’ mit-termini “idrokarbonji aromatiċi”. |
47 |
Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-kliem tal-kunsiderazzjonijiet ġenerali tan-Noti ta’ Spjega tas-SA dwar il-Kapitolu 27 li jistipulaw li “it-termini ‘kostitwenti aromatiċi’ li jinsabu fin-Nota 2 tal-Kapitolu 27 u fil-kliem tal-intestatura 2707 għandhom jiġu interpretati bħala li jirreferu għal molekuli sħaħ li fihom parti aromatika, irrispettivament min-numru u mit-tul tal-ktajjen laterali, u mhux biss għall-partijiet aromatiċi ta’ dawn il-molekuli”. [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
48 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjoni preċedenti, għat-tieni domanda għandha tingħata r-risposta li t-termini “kostitwenti aromatiċi” li jinsabu fil-Kapitolu 27 tan-NM għandhom jiġu interpretati bħala li huma usa’ mit-termini “idrokarbonji aromatiċi”. |
Fuq l-ewwel u t-tielet domandi
49 |
Permezz tal-ewwel u tat-tielet domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, dwar kif għandu jiġi ddeterminat il-kontenut ta’ kostitwenti aromatiċi fi prodott partikolari sabiex dan jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 2707 jew taħt l-intestatura 2710 tan-NM. |
50 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li n-Nota 2 tal-kunsiderazzjonijiet ġenerali tan-Noti ta’ Spjega għan-NM dwar l-imsemmi Kapitolu 27 tipprevedi li l-metodu tal-Anness A għandu jiġi applikat għall-prodotti li l-punt finali tad-distillazzjoni tagħhom ikun ogħla minn 315-il grad Celsius. |
51 |
Madankollu, kif tfakkar fil-punt 35 ta’ din is-sentenza, in-Noti ta’ Spjega għan-NM ma għandhomx saħħa vinkolanti fid-dritt (ara s-sentenzi Develop Dr. Eisbein, EU:C:1994:252, punt 21, u British Sky Broadcasting Group u Pace, EU:C:2011:248, punt 92). Konsegwentement, kif tirrileva l-Kummissjoni, il-metodu tal-Anness A ma għandux jitqies li huwa l-uniku metodu applikabbli sabiex jiġi ddeterminat il-kontenut ta’ kostitwenti aromatiċi fi prodott partikolari. |
52 |
Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jekk ikun jidher li n-Noti ta’ Spjega għan-NM ikunu jmorru kontra l-kliem tal-intestaturi tan-NM u tan-noti tat-taqsima u tal-kapitolu, dawn għandhom jiġu injorati (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Sunshine Deutschland Handelsgesellschaft, C‑229/06, EU:C:2007:239, punt 31; JVC France, C‑312/07, EU:C:2008:324, punt 34, u Kamino International Logistics, EU:C:2009:105, punti 49 u 50). |
53 |
Minn dan isegwi li, meta l-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru jew operatur ekonomiku jkunu kkonfrontati b’każ li fih l-applikazzjoni tan-Noti ta’ Spjega għan-NM twassal għal riżultat inkompatibbli man-NM, dawn għandu jkollhom il-possibbiltà li jressqu azzjoni quddiem l-awtorità kompetenti. |
54 |
Konsegwentement, kif il-Kummissjoni tirrimarka, jekk l-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru jew operatur ekonomiku jqisu li l-metodu tal-Anness A ma jwassalx għal riżultat konformi man-NM, huma jistgħu jressqu azzjoni quddiem l-awtorità kompetenti. |
55 |
Għalhekk, huwa l-kompitu tal-qorti adita li tiddeċiedi liema huwa l-metodu l-iktar xieraq sabiex jiġi ddeterminat il-kontenut ta’ kostitwenti aromatiċi fil-prodott inkwistjoni. |
56 |
Għalhekk, għall-ewwel u għat-tielet domandi għandha tingħata r-risposta li, bħala regola ġenerali, huma l-qrati nazzjonali li għandhom jistabbilixxu liema huwa l-metodu l-iktar xieraq sabiex jiġi ddeterminat il-kontenut ta’ kostitwenti aromatiċi fi prodott partikolari sabiex dan jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 2707 jew taħt l-intestatura 2710 tan-NM. |
Fuq is-seba ’ sal-għaxar domandi
57 |
Permezz tas-seba’ sal-għaxar domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, kif għandu jiġi interpretat il-punt 1 tan-Noti ta’ Spjega għan-NM dwar is-subintestaturi 2707 99 91 u 2707 99 99 tan-NM. |
58 |
F’dan ir-rigward, għandu, qabelxejn, jiġi rrilevat li, b’mod kuntrarju għal dak li l-qorti tar-rinviju tissottometti, il-verżjoni bl-Ingliż tal-kliem tat-tieni paragrafu tan-Noti ta’ Spjega għan-NM dwar is-subintestaturi 2707 99 91 u 2707 99 99 tan-NM tipprovdi “these products include” u mhux “these products are”. |
59 |
Sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jitqiesu kemm il-kliem u l-għan tagħha kif ukoll il-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi TNT Express Nederland, C-533/08, EU:C:2010:243, punt 44 u l-ġurisprudenza ċċitata, u Brain Products, C‑219/11, EU:C:2012:742, punt 13 u l-ġurispudenza ċċitata). |
60 |
Barra minn hekk, in-neċessità ta’ interpretazzjoni uniformi tar-regolamenti tal-Unjoni teskludi li, f’każ ta’ dubju, it-test ta’ dispożizzjoni jiġi kkunsidrat waħdu u teżiġi, għall-kuntrarju, li dan jiġi interpretat u applikat fid-dawl tal-verżjonijiet stabbiliti fil-lingwi uffiċjali l-oħra (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Eschig, C‑199/538, EU:C:2009:538, punt 54 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
61 |
F’dan il-każ, mit-tqabbil tal-verżjonijiet lingwistiċi tat-tieni paragrafu tan-Noti ta’ Spejga għan-NM dwar is-subintestaturi 2707 99 91 u 2707 99 99 tan-NM jirriżulta li din id-dispożizzjoni għandha l-istess sens kemm fil-verżjonijiet Bulgara (“mezdu tezi produkti mogat da se upomenat”) u Ingliża (“these products include”), kif ukoll fil-verżjonijiet Spanjola (“Entre esos productos se pueden citar”), Ġermaniża (“Von diesen Erzeugnissen sind z. B. zu nennen”), Franċiża (“Parmi ces produits, on peut citer”) u Taljana (“Fra questi prodotti si possono citare”), u li, għalhekk, din għandha tinftiehem li hija ta’ natura mhux eżawrjenti. |
62 |
Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata bil-kliem tal-aħħar paragrafu tal-punt 1 tan-Noti ta’ Spjega għan-NM dwar is-subintestaturi 2707 99 91 u 2707 99 99 tagħha. Fil-fatt, l-użu tat-termini “pereżempju”, f’dan il-paragrafu, juri b’mod espliċitu li l-lista ta’ intestaturi u ta’ subintestaturi tan-NM li din tinkludi, li taħthom jistgħu jiġu kklassifikati l-prodotti bi prevalenza fil-piż ta’ kostitwenti aromatiċi u li jaqgħu għalhekk taħt l-intestatura 2707 tan-NM iżda li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 1(a) sa (d) ta’ dawn in-noti, ma hijiex eżawrjenti. |
63 |
Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li, peress li n-Noti ta’ Spjega għan-NM għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-interpretazzjoni tan-NM għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tariffarja, dawn għandhom jiġu interpretati b’mod li jiżguraw l-effett utli tas-subintestaturi tan-NM. |
64 |
Issa, jekk il-punt 1 tan-Noti ta’ Spjega għan-NM dwar is-subintestaturi 2707 99 91 u 2707 99 99 tagħha kellu jiġi interpretat fis-sens li l-lista li tinsab fl-aħħar paragrafu hija eżawrjenti, dawn in-noti ta’ spjega jkunu kuntrarji għal dan l-għan, u dan ikollu l-effett li prodott bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fih il-kostitwenti aromatiċi huma prevalenti fil-piż b’paragun mal-kostitwenti mhux aromatiċi, u li għalhekk jaqa’ taħt l-intestatura 2707 tan-NM, ma jkun jista’ jiġi kklassifikat taħt l-ebda waħda mis-subintestaturi ta’ din l-intestatura. |
65 |
Barra minn hekk, kif il-Kummissjoni ġustament enfasizzat, l-interpretazzjoni li skontha jaqgħu taħt is-subintestatura 2707 99 99 tan-NM il-prodotti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ klassifikazzjoni taħt l-intestatura 2707 tan-NM, iżda li ma jaqgħu taħt l-ebda subintestatura oħra tagħha hija kkorroborata mill-fatt li s-subintestatura 2707 99 99 tan-NM għandha t-titolu “Oħrajn” u mill-fatt li din is-subintestatura hija l-aħħar waħda tal-intestatura 2707. |
66 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għas-seba’ sal-għaxar domandi għandha tingħata r-risposta li l-punt 1 tan-Noti ta’ Spjega tan-NM dwar is-subintestaturi 2707 99 91 u 2707 99 99 tagħha għandu jiġi interpretat bħala li ma huwiex eżawrjenti, b’mod li prodott li jaqa’ taħt l-intestatura 2707 tan-NM, iżda li ma jistax jiġi kklassifikat taħt subintestatura speċifika għandu jiġi kklassifikat taħt is-subintestatura 2707 99 99 tan-NM. |
Fuq l-ispejjeż
67 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.