Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CC0336

    Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali - Bot - 4 ta' Settembru 2014.
    Il-Kummissjoni Ewropea vs IPK International - World Tourism Marketing Consultants GmbH.
    Appell - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna r-rimbors ta’ għajnuna finanzjarja - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Distinzjoni bejn l-interessi moratorji u l-interessi kumpensatorji - Kalkolu ta’ interessi.
    Kawża C-336/13 P.

    Court reports – general

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2014:2170

    KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

    BOT

    ippreżentati fl-4 ta’ Settembru 2014 ( 1 )

    Kawża C–336/13 P

    Il-Kummissjoni Ewropea

    vs

    IPK International – World Tourism Marketing Consultants GmbH

    “Appell — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna r-rimbors ta’ għajnuna finanzjarja — Annullament tad-deċiżjoni mill-Qorti Ġenerali — Eżekuzzjoni tas-sentenza — Kalkolu ta’ interessi fuq is-somma li għandha titħallas lura”

    I – Introduzzjoni

    1.

    Permezz ta’ deċiżjoni tal-4 ta’ Awwissu 1992, il-Kummissjoni Ewropea tat lil IPK International – World Tourism Marketing Consultants GmbH ( 2 ) għajnuna finanzjarja ta’ ECU 530 000 għal proġett li jikkonċerna ħolqien ta’ database. L-ewwel parti tal-għajnuna finanzjarja, jiġifieri ECU 318000, tħallset f’Jannar 1993.

    2.

    Peress li l-għajnuna finanzjarja kienet ingħatat b’mod irregolari, il-Kummissjoni annullat, permezz ta’ deċiżjoni meħuda fit-13 ta’ Mejju 2005 ( 3 ), id-deċiżjoni ta’ għoti u sussegwentement adottat, fl-4 ta’ Diċembru 2006, deċiżjoni ta’ rkupru li skontha IPK irrimborsat, fil-15 ta’ Mejju 2007, is-somma ta’ EUR 318 000, flimkien mal-interessi moratorji.

    3.

    Wara li IPK ippreżentat rikors kontra d-deċiżjoni tat-13 ta’ Mejju 2005, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat, permezz tas-sentenza IPK International vs Il-Kummissjoni (T‑297/05, EU:T:2011:185), mogħtija fil-15 ta’ April 2011 ( 4 ), din id-deċiżjoni minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ta’ preskrizzjoni applikabbli għall-azzjoni legali tal-irregolarità inkwistjoni.

    4.

    Skont din is-sentenza, il-Kummissjoni adottat u nnotifikat lil IPK, permezz ta’ ittra tal-14 ta’ Ottubru 2011, deċiżjoni ( 5 ) li tirrigwarda l-ħlas tas-somma totali ta’ EUR 720 579. 90, li minnhom EUR 530 000 jikkorrispondu għall-ammont prinċipali tal-għajnuna finanzjarja, EUR 31 961.63 jirrappreżentaw l-interessi moratorji mħallsa lil IPK u EUR 158 618.27 jikkorrispondu għall-interessi “kumpensatorji”, li r-rata tagħhom kienet iffissata mill-Kummissjoni għall-istess rata bħal dik applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew ( 6 ) u l-Istitut Monetarju Ewropew, il-predeċessur tal-BĊE, għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid.

    5.

    Wara li IPK permezz ta’ rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2011, ippreżentat rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali, permezz ta’ sentenza IPK International vs Il-Kummissjoni (T‑671/11, EU:T:2013:163) ( 7 ), annullat din id-deċiżjoni sa fejn tillimita l-ammont tal-interessi li għandu jitħallas lil IPK għal EUR 158 618.27.

    6.

    Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha quddiemha appell ippreżentat mill‑Kummissjoni minn din is-sentenza. Dan l-appell, iqajjem, essenzjalment, il-kwistjoni tan-natura, tar-rata u tat-tul tal-interessi dovuti fuq is-somom li l-Kummisjsoni għandha tħallas jew li għandha tħallas lura lil IPK wara l-annullament tad-deċiżjoni tat-13 ta’ Mejju 2005.

    7.

    F’dawn il-konklużjonijiet, jiena nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ parzjalment l-appell.

    8.

    Jien ser insostni fil-fatt, li l-Qorti Ġenerali, meta ddeċidiet li l-interessi moratorji kellhom jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-ammont prinċipali tad-dejn inkluż l-interessi kumpensatorji li ddekorrew preċedentement, wettqet żball ta’ liġi, fid-dawl tan-natura moratorja u mhux kumpensatorja tal-interessi li ddekorrew preċedentement, li jiġġustifika l-annullament parzjali tas-sentenza appellata.

    9.

    Jien nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja stess tiddeċiedi definittivament fuq din il-kwistjoni billi tiddeċiedi li l-interessi moratorji għandhom jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-ammont prinċipali tad-dejn biss.

    II – Is-sentenza appellata

    10.

    Insostenn tar-rikors tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, IPK invokat motiv wieħed maqsum f’żewġ partijiet, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 266 TFUE, billi ssostni li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi, minn naħa, meta ddeterminat ir-rata ta’ interessi kumpensatorji, li kellhom jiżdiedu b’żewġ punti fir-rigward tar-rata ta’ interessi tal-BĊE għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid u, min-naħa l-oħra, meta naqset li tikkalkola interessi moratorji, peress li dawn kellhom jiddekorru mill-għoti tas-sentenza tal-15 ta’ April 2011 u jiġu kkalkolati fuq l-ammont totali tad-dejn, flimkien ma’ interessi kumpensatorji.

    11.

    Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali laqgħet dan ir-rikors billi sostniet iż-żewġ partijiet tal-motiv invokat minn IPK.

    12.

    F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali rrilevat qabel kollox, fil-punt 34 tas-sentenza appellata, li mis-sentenza tal-15 ta’ April 2011 ma kien jirriżulta ebda obbligu għall-Kummissjoni li tirrimborsa l-għajnuna finanzjarja inkwistjoni lil IPK, peress li, f’din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali kienet ikkonfermat il-konstatazzjonijiet fattwali magħmula fid-deċiżjoni tat-13 ta’ Mejju 2005, dwar l-irregolaritajiet imwettqa minn IPK li jiġġustifikaw, fil-prinċipju, li tiġi annullata din l-għajnuna finanzjarja, u kienet sempliċement annullat din id-deċiżjoni minħabba n-nuqqas ta’ osservanza mill-Kummissjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni rilevanti. Il-Qorti Ġenerali ddeduċiet minn dawn il-konstatazzjonijiet li d-deċiżjoni kkontestata kienet tikkostitwixxi “l-uniku bażi legali tad-dejn prinċipali inkwisjtoni”.

    13.

    Sussegwentement, fir-rigward tal-interessi kumpensatorji, il-Qorti Ġenerali fakkret, fil-punt 36 tas-sentenza appellata, li ġurisprudenza stabbilita ( 8 ) kienet irrikonoxxiet, li, irrispettivament mill-isem preċiż tagħhom, dawn l-interessi għandhom dejjem jiġu kkalkolati fuq il-bażi tar-rata ta’ interessi tal-BĊE għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid billi din ir-rata tiżdied b’żewġ punti. Il-Qorti Ġenerali żiedet li din iż-żieda b’rata fissa kienet applikabbli għall-każijiet kollha, mingħajr ma jkun hemm lok li jiġi kkonstatat konkretament jekk din iż-żieda kinitx iġġustifikata jew le fid-dawl tal-inflazzjoni, matul il-perijodu kkonċernat, fl-Istat Membru li fih il-kreditur kien stabbilit, qabel żiedet, fil-punt 38, li din iż-żieda b’rata fissa nħolqot mill-ħtieġa li jiġi evitat l-arrikkiment indebitu fis-sitwazzjonijiet kollha possibbli.

    14.

    Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, fil-punt 39 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni żbaljat meta naqset li ma żżidx ir-rata ta’ interessi kumpensatorji.

    15.

    Fl-aħħar nett, għal dak li jikkonċerna l-interessi moratorji, il-Qorti Ġenerali fakkret, fil-punt 41 tas-sentenza appellata, “il-ġurisprudenza stabbilita li rrikonoxxiet l-obbligu inkundizzjonali għall-Kummissjoni li tħallas interessi moratorji, b’mod partikolari fil-każ tal-impenn minnha tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, għall-perijodu wara li tingħata s-sentenza li tikkonstata dan [...], kif ukoll fil-każ tal-irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament wara sentenza ta’ anullament [...]”. Sussegwentement, wara li rrilevat li ebda argument imressaq mill-Kummissjoni ma kien jiġġustifika li jiġi eskluż dan l-“obbligu ta’ prinċipju” f’dan il-każ u wara li kkonstatat li, bil-kontra, fis-seduta, din l-istituzzjoni kienet ammettiet li hija d-debitriċi ta’ interessi moratorji dovuti mill-għoti tas-sentenza tal-15 ta’ April 2001, punt li kien ġie speċifikat fil-proċess verbal, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li interessi moratorji li ddekorrew kellhom jitħallsu fuq l-ammont prinċipali dovut, kif rikonoxxut fid-deċiżjoni inkwistjoni, fid-dawl tal-ftehim komuni tal-partijiet fuq dan il-punt, mill-15 ta’ April 2011, “u dan irrispettivament mill-fatt li l-imsemmija deċiżjoni tikkostitwixxi l-uniku bażi legali tad-dejn prinċpali inkwistjoni”.

    16.

    Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, fil-punt 42 tas-sentenza appellata, li l-interessi moratorji għandhom jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-ammont prinċipali dovut, flimkien mal-interessi kumpensatorji li ddekorrew preċedentement, peress li, “għalkemm il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali ma tawtorizzax, fil-prinċipju, kapitalizzazzjoni la ta’ interessi kumpensatorji li ddekorrew qabel, u lanqas interessi moratorji li ddekorrew wara l-għoti tas-sentenza li tirrikonoxxi l-eżistenza ta’ debitu, il-Qorti Ġenerali madankollu tordna li l-interessi moratorji li jiddekorru sakemm isir il-ħlas komplet jiġu ffissati fuq il-bażi tal-ammont prinċipali tad-dejn flimkien mal-interessi kumpensatorji li ddekorrew preċedentement”. Il-Qorti Ġenerali żiedet li “[d]an l-approċċ għaldaqstant jiddistingwi l-interessi kumpensatorji ta’ natura prekontenzjuża mill-interessi moratorji ta’ natura postkontenzjuża, peress li dawn tal-aħħar għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni t-totalità tat-telf finanzjarju akkumulat, inkluż minħabba l-inflazzjoni.”

    III – L-appell

    17.

    Il-Kummissjoni titlob li s-sentenza appellata tiġi annullata u li IPK tiġi kkundannata għall-ispejjeż li hija sostniet.

    18.

    IPK titlob li dan l-appell jiġi miċħud u li l-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ispejjeż.

    A – L-aggravji u l-argumenti tal-partijiet

    19.

    Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, il-Kummissjoni tikkritika lill-Qorti Ġenerali li naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tipprovdi li l-interessi kumpensatorji jservu sabiex jikkumpensaw għall-inflazzjoni.

    20.

    Skont il-Kummissjoni, mis-sentenza Mulder et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (C‑104/89 u C‑37/90, EU:C:2000:38, punt 214) kif ukoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali li tirriżulta, b’mod partikolari, mis-sentenza Agraz et vs Il-Kummissjoni (T‑285/03, EU:T:2008:526, punt 50) jirriżulta li l-interessi kumpensatorji huma intiżi li jikkumpensaw għat-telf li jirriżulta mill-inflazzjoni minn meta jimmaterjalizza d-dannu, b’tali mod li għandhom jikkorrispondu għar-rata ta’ inflazzjoni realment ikkonstatata, matul il-perijodu kkunsidrat, fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-kumpannija kkonċernata.

    21.

    IPK tirrispondi li l-Qorti Ġenerali rreferiet espliċitament għall-inflazzjoni billi qieset li din kellha tiġi kkumpensata permezz tal-interessi kumpensatorji, li r-rata ta’ inflazzjoni annwali kkonsatata, għall-perijodu kkonċernat, mill-Eurostsat fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-kreditur ittieħdet inkunsiderazzjoni biss sabiex tiġi kkonstatata r-realtà attwali ta’ deprezzament monetarju u li dan id-deprezzament monetarju ma jikkostitwixxix l-uniku parametru ta’ kalkolu tal-interessi kumpensatorji.

    22.

    Permezz tat-tieni aggravju tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali kkontradixxiet il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja meta naqset milli tiddistingwi bejn l-interessi kumpensatorji u l-interessi moratorji. Filwaqt li l-interessi kumpensatorji huma esklużivament intiżi sabiex jikkumpensaw għat-telf ta’ valur tal-patrimonju tal-kreditur minħabba l-inflazzjoni, l-għan tal-interessi moratorji huwa wkoll li jinkoraġġixxi d-debitur li jħallas id-dejn tiegħu malajr kemm jista’ jkun, b’tali mod li jkunu ġeneralment iktar għoljin mill-interessi kumpensatorji. Konsegwentement, billi ffissat b’rata fissa fl-istess livell dawn iż-żewġ tipi ta’ interessi fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni din id-distinzjoni.

    23.

    IPK tirrispondi li dan l-aggravju, b’kontradizzjoni mat-tielet aggravju, jonqos milli jirrikonoxxi d-differenza materjali ta’ kalkolu taż-żewġ kategoriji ta’ interessi, peress li l-interessi moratorji kienu kkalkolati mhux biss fuq il-bażi tad-dejn prinċipali, iżda wkoll fuq dak ta’ din is-somma flimkien mal-interessi kumpensatorji li ddekorrew.

    24.

    Permezz tat-tielet aggravju tagħha, il-Kummissjoni tikkritika lill-Qorti Ġenerali li wettqet żball ta’ liġi meta kkapitalizzat l-interessi kumpensatorji u meta kkalkolat l-interessi moratorji mill-15 ta’ April 2011.

    25.

    F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni, li tiffoka l-iżviluppi tagħha fuq l-interessi moratorji, issostni li l-Qorti Ġenerali ma setgħetx timponilha retroattivament il-ħlas ta’ interessi mill-għoti tas-sentenza tal-15 ta’ April 2011, li ma kinitx tinkludi kundanna għall-ħlas ta’ tali interessi. Barra minn hekk, hija tikkritika l-inkoerenza li kienet wettqet il-Qorti Ġenerali meta ordnat li l-interessi moratorji għandhom jiddekorru mill-15 ta’ April 2011 filwaqt li ddeċidiet li l-obbligu ta’ rimbors kien jirriżulta esklużivament mid-deċiżjoni inkwistjoni.

    26.

    IPK tqis li l-uniku għan tas-sentenza tal-15 ta’ April 2011 kien l-eżami tal-legalita tad-deċiżjoni tat-13 ta’ Mejju 2005 u li l-fatt li l-Qorti Ġenerali ma eżaminatx il-konsegwenzi legali li jirriżultaw mis-sentenza tagħha ma jeżentax lill-Kummissjoni mill-obbligu tagħha li tħallas l-interessi kemm moratorji kif ukoll kumpensatorji. Rigward b’mod iktar partikolari l-interessi moratorji, IPK issostni li l-Kummissjoni ammettiet fid-deċiżjoni inkwistjoni li dan l-obbligu kien jirriżulta mill-Artikolu 266 TFUE u, barra minn hekk, irrikonoxxiet waqt is-seduta quddiem il-Qorti Ġenerali li hija kienet meħtieġa tħallas dawn l-interessi mill-15 ta’ April 2011. Skont IPK, dawn l-interessi għandhom jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-ammont tad-dejn prinċipali flimkien mal-interessi kumpensatorji.

    27.

    Permezz tar-raba’ aggravju tagħha, il-Kummissjoni tikkritika lill-Qorti Ġenerali, fil-punti 34 u 44 tas-sentenza kkontestata, li wettqet żball ta’ liġi, li interpretat b’mod żbaljat id-deċiżjoni inkwistjoni kif ukoll is-sentenza mogħtija fil-Kawża T-297/05 u li żnaturat il-fatti.

    28.

    F’dawn il-punti, il-Qorti Ġenerali qieset b’mod partikolari li d-deċiżjoni inkwistjoni kienet tikkostitwixxi l-uniku bażi legali tad-dejn prinċipali inkwistjoni u li, għaldaqstant, ma kienx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq il-kwistjoni dwar jekk il-Kummissjoni kinitx kisret l-Artikolu 266 TFUE, u b’hekk naqset milli tislet il-konsegwenzi kollha li kienu jirriżultaw mill-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-15 ta’ April 2011.

    29.

    Issa, skont il-Kummissjoni, din il-motivazzjoni hija vvizzjata minn żball ta’ liġi, peress li wara l-annullament tad-deċiżjoni inkwistjoni, id-deċiżjoni ta’ għoti inizjali “reġgħet tqajmet”. Barra minn hekk, hija kuntrarja kemm għad-deċiżjoni inkwistjoni, li kienet espressament ibbażat fuq l-Artikolu 266 TFUE, kif ukoll għas-sentenza tal-15 ta’ April 2011, li tannulla d-deċiżjoni inkwistjoni minħabba l-preskrizzjoni, mingħajr ma tiddikjara d-deċiżjoni ta’ għoti inizjali ineżistenti.

    30.

    Filwaqt li tirrikonoxxi li l-Qorti Ġenerali żbaljat li ma bbażatx ruħha fuq l-Artikolu 266 TFUE, IPK tqis li dan l-iżball ta’ liġi ma għandux effett fuq il-kalkolu tal-interessi sa fejn, għalkemm dan l-artikolu jikkostitwixxi l-bażi legali tad-deċiżjoni inkwistjoni, minn dan ma jirriżultax, għalhekk, li l-Qorti Ġenerali kellha tieħu inkunsiderazzjoni l-aġir doluż tal-kreditur għall-kalkolu tal-interessi.

    31.

    Permezz tal-ħames aggravju tagħha, il-Kummissjoni tqis li l-motivazzjoni tas-sentenza li tikkonċerna r-rata ta’ interessi kumpensatorji u l-bidu tad-dekorrenza ta’ interessi moratorji hija insuffiċjenti u kontradittorja. Hija insuffiċjenti peress li l-Qorti Ġenerali ma eżaminatx l-argumenti tal-Kummissjoni. Hija kontradittorja peress li l-Qorti Ġenerali kkonstatat, minn naħa, li d-deċiżjoni inkwistjoni kienet tikkostitwixxi l-uniku bażi legali tal-ħlas u, min-naħa l-oħra, li l-interessi kienu dovuti mis-sentenza tal-15 ta’ April 2011.

    32.

    IPK tqis, min-naħa tagħha, li l-motivazzjoni tas-sentenza appellata hija ċara u eżatta, li ma tinkludi ebda kontradizzjoni u li l-Qorti Ġenerali eżaminat l-argumenti tal-Kummissjoni.

    33.

    Permezz tas-sitt aggravju tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipji li jirregolaw l-arrikkiment indebitu sa fejn, peress li l-Unjoni tiġbor attwalment fuq is-somom miġbura b’mod provviżorju biss rata ta’ interessi ta’ 0.25 %, l-applikazzjoni tar-rata ta’ finanzjament mill-ġdid flimkien ma’ żewġ punt teċċedi t-telf effettiv tal-kreditu minħabba l-inflazzjoni u l-arrikkiment effettiv tal-Kummissjoni. Hija żżid li l-Qorti Ġenerali qalbet il-perspettiva meta invokat arrikkiment tad-debitur minflok għamlet riċerka fuq jekk il-kreditur ġarrabx telf. Fil-fehma tagħha, is-soluzzjoni adottata fis-sentenza appellata twassal sabiex jingħata vantaġġ finanzjarju lil kreditur li huwa, għaldaqstant, rikonoxxut li aġixxa b’mala fede.

    34.

    IPK tqis li r-rata ta’ interessi miġbura attwalment mill-Unjoni fuq il-multi miġbura provviżorjament hija mingħajr importanza u li, jekk jiġi preżunt li din ir-rata hija kruċjali, il-Kummissjoni kellha tindika liema interessi hija kienet irċeviet matul il-perijodu kkonċernat.

    B – L-evalwazzjoni tiegħi

    35.

    Mal-ewwel daqqa t’għajn, il-kwistjoni ta’ interessi tidher bħala problema teknika u relattivament sekondarja, li ma hijiex suġġetta għal analiżi ġenerali jew għal kwalunkwe tentattiv ta’ kunċettwalizzazzjoni. Madankollu hija għandha importanza prattika sa fejn l-ammont tal-interessi, lil hinn milli tkun purament simbolika, tista’ xi drabi tkun ugwali, jew teċċedi, dik tad-dejn prinċipali ( 9 ). Il-konsegwenzi jistgħu għaldaqstant ikunu kunsiderevoli.

    36.

    L-assenza, sa ftit ilu, ta’ leġiżlazzjoni dwar l-interessi fid-dritt tal-Unjoni wasslet lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiżviluppa gradwalment soluzzjonijiet ġudizzjarji li, għalkemm huma jidhru li huma stabbiliti sew fir-rigward tar-rikonoxximent tal-prinċipju tad-dritt għall-interessi, ikomplu, madankollu, iħallu ċertu ammont ta’ misteru rigward il-bażi ta’ dan id-dritt u l-implementazzjoni tiegħu.

    37.

    L-eżami ta’ dan l-appell joffri għaldaqstant l-opportunità lill-Qorti tal-Ġustizzja li tippreċiża d-dottrina tagħha fuq dan il-punt fil-kuntest speċifiku tal-implementazzjoni ta’ miżuri li jinkludu l-eżekuzzjoni ta’ sentenza għal annullament.

    38.

    Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ispirat ruħha mis-soluzzjonijiet identifikati mill-ġurisprudenza għad-determinazzjoni tal-interessi dovuti skont sentenza li tirrigwarda annullament jew tnaqqis ta’ multa imposta fuq impriża għal ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni tal-Unjoni.

    39.

    Il-Qorti Ġenerali rreferiet, madankollu, ukoll għas-sentenzi mogħtija fil-qasam ta’ kawżi għad-danni mressqa fil-kuntest ġenerali tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni jew fil-kuntest speċifiku tat-tilwim tas-Servizz Pubbliku Komunitarju. Fil-fatt, huwa f’dan il-qasam li l-parti l-kbira tas-sentenzi li fihom il-qorti tal-Unjoni kienet meħtieġa li tiddeċiedi fuq il-kalkolu tal-interessi huma kkonċentrati.

    40.

    Billi tirreferi indistintament għas-sentenzi mogħtija f’dawn iż-żewġ oqsma differenti, is-sentenza appellata tixhed għaldaqstant approċċ varju li l-fondatezza tiegħu għandha tiġi mistoqsija billi jiġi eżaminat jekk jeżistux differenzi irrikonċiljabbli li jipprevjenu milli tinħoloq sistema unika.

    41.

    Jien ser nibda għaldaqstant billi neżamina sentenzi, l-iktar numerużi, mogħtija fil-qasam tal-kawżi għad-danni, qabel neżamina d-deċiżjonijiet, li jikkonċernaw l-interessi dovuti skont sentenza li tirrigwarda annullament jew tnaqqis ta’ multa, u sussegwentement ser nipprova, fid-dawl ta’ dawn is-sentenzi kollha, nidentifika sinteżi li fuq il-bażi tagħha ser neżamina d-differenti aggravji.

    1. L-interessi dovuti fuq id-djun kumpensatorji

    42.

    Mill-analiżi tas-sentenzi mogħtija fil-qasam tal-kawżi għad-danni, jirriżulta li l-ġurisprudenza ħadet b’mod ċar pożizzjoni fuq il-prinċipju ta’ distinzjoni bejn l-interessi kumpensatorji u l-interessi moratorji u l-konsegwenti prinċipali li jirriżultaw minnhom, iżda għad hemm inċertezzi li jirriżultaw minn eżitazzjonijiet li joħolqu tħassib rigward ir-realtà ta’ din id-distinzjoni kif ukoll rigward l-eżistenza ta’ sistema ġenwina koerenti.

    43.

    Ser nitraċċa dawn l-iżviluppi billi qabel kollox neżamina l-prinċipju stess tad-distinzjoni qabel neżamina liema trattament il-ġurisprudenza tirriżerva għall-interessi kumpensatorji, u sussegwentement dak għall-interessi moratorji.

    44.

    Waħda mill-ewwel kawżi li minnha toriġina d-distinzjoni bejn l-interessi kumpensatorji u l-interessi moratorji qajmet il-kwistjoni sa liema punt uffiċjali seta’ jikseb interessi fuq allowances u għotjiet li huwa seta’ jitlob wara l-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta r-riżenja tiegħu. Ir-risposta negattiva mogħtija fis-sentenza Campolongo vs L-Awtorità Għolja (27/59 u 39/59, EU:C:1960:35) tiddistingwi l-interessi moratorji, iddefiniti bħala dawk li “jikkostitwixxu fil-prinċipju l-evalwazzjoni u d-determinazzjoni legali tad-dannu subit minħabba d-dewmien tal-eżekuzzjoni ta’ obbligu, dewmien li għandu jiġi kkonstatat minn intimazzjoni preċedenti” ( 10 ), u l-interessi kumpensatorji, li “jirriżultaw minħabba danni għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligu mingħajr intimazzjoni preċedenti” u li l-“impożizzjoni tagħhom teżiġi dannu” ( 11 ). Skont din is-sentenza, it-talba għal interessi kellha tiġi miċħud, iżda għal raġunijiet differenti skont jekk hija kinitx tirrigwarda interessi moratorji jew kumpensatorji. Fl-ewwel ipoteżi, iċ-ċaħda kienet imposta minħabba n-“nuqqas ta’ kwalunkwe determinazzjoni legali” tal-interessi moratorji fid-dritt Komunitarju ( 12 ), filwaqt li t-tieni ipoteżi, kienet l-assenza ta’ prova jew ukoll is-sempliċi allegazzjoni ta’ dannu li wasslet għaċ-ċaħda tat-talba għal interessi kumpensatorji.

    45.

    Wara li tat diversi sentenzi li fihom hija siltet il-konsegwenzi proċedurali tad-distinzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-prinċipju tal-inammissibbiltà tat-talbiet il-ġodda ( 13 ), il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza Il-Kummissjoni vs Brazzelli Lualdi et (C‑136/92 P, EU:C:1994:211), mogħtija f’kawża li kienet tikkonċerna l-kumpens għad-dannu subit minn uffiċjali jew membri tal-persunal tal-Unjoni waqt il-kalkolu tal-arretrati tar-remunerazzjoni, sostniet mill-ġdid il-prinċipju ta’ din id-distinzjoni. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li hija stess kellha tiddistingwi dawn iż-żewġ kategoriji ta’ interessi, b’mod partikolari sabiex tiddeċiedi, minħabba elementi ta’ proċedura speċifiċi għal kull kawża li tressqet quddiemha, li t-talbiet li jirrigwardaw l-interessi kumpensatorji ma kinux ammissibbli, filwaqt li dawk li jirrigwardaw l-interessi moratorji kienu ammissibbli iżda mhux fondati ( 14 ). Hija kkonkludiet li f’dawn iċ-ċirkustanzi ma kienx possibbli li jitqies li d-distinzjoni ma kinitx toriġina mill-ġurisprudenza ma kellhiex bażi fil-ġurisprudenza ( 15 ).

    46.

    B’mod li barra minn hekk sar klassiku, is-sentenza Mulder et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (EU:C:2000:38), mogħtija fil-kuntest ta’ rikors għad-danni, iddikjarat mill-ġdid regola li “għandha ssir distinzjoni bejn l-intessi moratorji u l-interessi kumpensatorji” ( 16 ), li minnha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeduċiet li deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirrigwarda l-interessi moratorji ma setax ikollha effett fuq id-deċiżjoni li għandha tingħata fuq interessi kumpensatorji.

    47.

    Ir-risposta mogħtija f’dawn is-sentenzi għandha għaldaqstant valur ta’ prinċipju. Barra minn hekk, id-definizzjonijiet mogħtija fis-sentenza Campologno vs L-Awtorità Għolja (EU:C:1960:35) u Mulder et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (EU:C:2000:38) ipprovdew indikazzjonijiet fuq id-distinzjoni bejn l-interessi kumpensatorji u l-interessi moratorji.

    48.

    Ser neżamina suċċessivament iż-żewġ kategoriji ta’ interessi, billi nibda mill-interessi kumpensatorji.

    a) L-interessi kumpensatorji

    49.

    Fir-rikors għad-danni, l-għan tal-interessi kumpensatorji huwa prinċipalment sabiex jiġi kkumpensat id-dannu kkawżat mill-inflazzjoni wara l-avveniment li jikkawża d-dannu. Dawn l-interessi jikkostitwixxu għaldaqstant strument ta’ evalwazzjoni mill-ġdid tad-dannu li jippermetti li jinħeles l-obbligu tad-debitur mill-varjazzjonijiet monetarji, billi jagħmlu parallel għal dejn ta’ valur. L-allokazzjoni tagħhom tirrifletti l-idea li, meta d-dannu huwa kkalkolat skont l-informazzjoni li tirrigwarda ż-żmien meta seħħ l-avveniment, l-espressjoni monetarja tagħhom għandha tiġi aġġornata għad-data tad-determinazzjoni ġudizzjarja.

    50.

    Madankollu, għandu jiġi rrilevat li t-tifsira ta’ interessi kumpensatorji tkopri fir-realtà b’mod iktar ġenerali l-konsegwenzi kollha sfavorevoli li jirriżultaw mit-tul ta’ ż-żmien li għadda bejn is-seħħ tal-fatt dannuż u d-data tal-evalwazzjoni tiegħu mill-qorti. Taħt dan it-terminu, jistgħu għaldaqstant jinġabru wkoll id-dannu finanzjarju marbut mal-indisponibbiltà ta’ profitti minn attività ta’ produzzjoni ( 17 ) jew dak li jikkorrispondi għat-telf ta’ interessi subit minħabba l-fatt li setax jitqiegħed l-ammont dovut fil-bank ( 18 ).

    51.

    Jikkostitwixxu komponent tad-dannu, l-interessi kumpensatorji għandhom naturalment il-bażi tagħhom fil-prinċipji li jirregolaw il-kumpens għad-dannu fil-kuntest tar-responsabbiltà extra-kuntrattwali tal-Unjoni. Skont il-prinċipju tal-kumpens integrali għad-dannu subit, il-kumpens “għandu bħala għan li jagħti lura kemm jista’ jkun il-patrimonju tal-vittma […]. Minn dan isegwi li għandha [...] tittieħed inkunsiderazzjoni l-inflazzjoni wara l-avveniment dannuż” ( 19 ).

    52.

    Il-funzjoni kumpensatorja tal-interessi kumpensatorji għandha barra minn hekk żewġ konsegwenzi essenzjali.

    53.

    L-ewwel nett, hija tispjega li l-Qorti tal-Ġustizzja ssuġġettat l-għoti tal-interessi għall-kundizzjonijiet tradizzjonali għall-invokazzjoni tar-responsabbiltà extra-kuntrattwali tal-Unjoni. Billi tirreferi għal ġurisprudenza stabbilita, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li “jeħtieġ li rikorrent jissodisfa l-kundizzjonijiet tar-responsabbiltá extra-kuntrattwali sabiex ikun jista’ jitlob l-allokazzjoni ta’ interessi kumpensatorji” ( 20 ). Hija speċifikat, madankollu, li l-kumpens għad-dannu fil-kuntest tar-responsabbiltà extra-kuntrattwali “għandu bħala għan li jagħti lura kemm jista’ jkun il-patrimonju tal-vittma” ( 21 ) u li, “[k]onsegwentement, peress li huma ssodisfatti l-kundizzjonijiet tar-responsabbiltá extra-kuntrattwali, il-konsegwenzi sfavorevoli li jirriżultaw mit-tul ta’ żmien li għadda bejn is-seħħ tal-fatt dannuż u d-data tal-ħlas tal-kumpens ma jistgħux jiġu injorati [...], sa fejn hemm lok li tittieħed inkunsiderazzjoni l-inflazzjoni” ( 22 ).

    54.

    It-tieni nett, in-natura kumpensatorja tal-interessi kumpensatorji tispjega li dawn huma, bħala regola ġenerali, ikkalkolati skont id-dannu realment subit mir-rikorrenti, għaldaqstant tieħu inkunsiderazzjoni r-rata ta’ inflazzjoni matul il-perijodu rilevanti. Dan il-prinċipju jidher li huwa stabbilit, għalkemm l-applikazzjoni konkreta tiegħu tagħti lok għal soluzzjonijiet li jistgħu jvarjaw.

    55.

    Il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja turi, fil-fatt li din tikkalkola, bħala regola ġenerali ( 23 ), l-ammont tal-interessi billi tirreferi għar-rata ta’ inflazzjoni, għalkemm din ir-rata titqies bħala bidu tad-dekorrenza li l-qorti tidher li tista’ titbiegħed minnha fil-kuntest tas-setgħa diskrezzjonali tagħha tal-ammont tad-dannu. Għalhekk, fis-sentenza Mulder et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (EU:C:2000:38) mogħtija fil-Kawżi magħquda C‑104/89 u C‑37/90, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset, fil-kuntest tal-ewwel kawża, li r-rikorrenti kienu intitolati li jitolbu l-interessi li “jikkorrispondu għar-rata tal-inflazzjoni għall-perijodu mid-data tas-seħħ tad-dannu sa dik meta tingħata s-sentenza interlokutorja” ( 24 ) u, konsegwentement żiedet għall-kumpens interessi bir-rata ta’ 1.85 % li tikkorrispondi għad-data tal-Eurostat u għall-informazzjoni tal-esperti, wara li, barra minn hekk, irrilevat li tali rata kienet tidher “raġonevoli u ekonomikament xierqa” ( 25 ). Hija kkonstatat, fit-tieni kawża, li, skont ir-rapport tal-espert, ir-rata medja ta’ inflazzjoni kienet ta’ 1.2 % matul l-perijodu kkunsidrat u ddeċidiet, sa fejn dan kien jidher “raġonevoli u xieraq”, li żżied għall-kumpens dovut interessi kumpensatorji bir-rata ta’ 1.5 % ( 26 ).

    56.

    Il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali kompliet issegwi, inizjalment, dawn is-soluzzjonijiet.

    57.

    Għalhekk, fis-sentenza Camar vs Il-Kunsill vs Il-Kummissjoni (T‑260/97, EU:T:2005:283), il-Qorti Ġenerali qieset li l-inflazzjoni kellha tittieħed inkunsiderazzjoni għal fini ta’ kalkolu tal-kumpens dovut lil kumpannija stabbilita fl-Italja “skont indizji uffiċjali redatti għal [dan l-Istat], mill-organu nazzjonali kompetenti, mill-jum tas-seħħ tad-dannu” ( 27 ).

    58.

    Is-sentenza Agraz et vs Il-Kummissjoni (EU:T:2008:526) tikkostitwixxi illustrazzjoni oħra partikolarment topika tal-prinċipji ġurisprudenzjali li jirregolaw d-determinazzjoni tal-interessi kumpensatorji. Għalhekk din kellha tiddetermina r-rata ta’ interessi kumpensatorji dovuti mill-Kummissjoni fuq kumpens li jikkorrispondi għal żieda tal-ammont ta’ għajnuna għall-produzzjoni, li kienet ġiet ikkalkolata inkorrettament. Filwaqt li 84 kumpannija rikorrenti kienu waslu għal ftehim fuq dan il-punt mal-Kummissjoni, li tiġi ffissata r-rata ta’ interessi kumpensatorji fuq il-bażi tar-rata ffissata mill-BĊE għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, flimkien ma’ żewġ punti, tliet kumpanniji oħrajn ma waslux għal ftehim mal-Kummissjoni għalkemm huma talbu l-applikazzjoni ta’ rata ta’ interessi identika. Il-Qorti Ġenerali finalment ċaħdet it-talba tagħhom u ddeċidiet li l-inflazzjoni kienet “riflessa mir-rata ta’ inflazzjoni annwali kkonstata, għall-perijodu kkonċernat, mill-Eurostat [...] fl-Istat Membru li fih [kienu] stabbiliti [l-]kumpanniji [kkonċernati]” ( 28 ). Ir-raġunijiet tas-sentenza li jeskludu l-motiv tas-sentenza li jikkonċerna l-eżistenza ta’ trattament diskriminatorju bejn il-kumpanniji li waslu għal ftehim u l-oħrajn huma partikolarment informattivi. Il-Qorti Ġenerali tirrileva fil-fatt li l-ewwel jinsabu f’sitwazzjoni differenti mit-tieni, “peress li ebda element ma juri li huma kienu soffrew telf fid-dħul li jirriżulta mill-fatt li huma setgħu jinvestu s-somom inkwistjoni” ( 29 ). Din is-sentenza għaldaqstant tenfasizza l-fatt li l-iffissar tar-rata ta’ interessi kumpensatorji għar-rata ffissata mill-BĊE għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, flimkien ma’ żewġ punti, huwa ġġustifikat biss meta d-dannu subit ma huwiex limitat għat-telf ta’ kapaċità ta’ akkwist marbut mal-inflazzjoni, iżda jinkludi wkoll telf ta’ dħul addizzjonali li jirriżulta mill-impossibbiltà li jiġu investiti s-somom dovuti.

    59.

    Is-sentenza Idromacchine et vs Il-Kummissjoni (EU:T:2011:641), li hija ċċitata estensivament mis-sentenza appellata, filwaqt li tiddikjara l-istess prinċipju, madankollu siltet konsegwenza differenti. Wara li affermat mill-ġdid il-prinċipju li jipprovdi li l-inflazzjoni “hija riflessa mir-rata ta’ inflazzjoni annwali kkonstatata, għall-perijodu kkonċernat, mill-Eurostat [...] fl-Istat Membru fejn huma stabbiliti [l-]kumpanniji [kkonċernati]” ( 30 ), il-Qorti Ġenerali wasslet, fil-punt sussegwenti ( 31 ), permezz ta’ raġunament apparentement deduttiv, għall-konklużjoni li l-Kummissjoni għandha tħallas interessi kumpensatorji “bir-rata ffissata mill-BĊE għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, flimkien ma’ żewġ punti”.

    60.

    Il-ġustifikazzjoni ta’ tali soluzzjoni ma hijiex intrinsikament ovvja. Għandu jiġi kkonstatat li hemm link nieqes fir-raġunament, jiġifieri l-konstatazzjoni li r-rata ffissata mill-BĊE għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, flimkien ma’ żewġ punti, kienet tirrifletti, għall-perijodu kkonċernat, ir-rata ta’ inflazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li r-rata ffissata mill-BĊE għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid tikkostitwixxi strument tal-politika monetarja tal-BĊE billi tippermetti lil din l-istituzzjoni li tinfluwenza r-rata ta’ interessi u fuq il-likwidità bankarja. Ma jistax, fi kwalunkwe każ, jiġi pperċepit bħala r-rifless tar-rata medja ta’ inflazzjoni fl-Unjoni jew fiż-żona Euro.

    61.

    L-analiżi tas-soluzzjonijiet identifikati għas-sistema ta’ interessi moratorji tiżvela inċertezzi simili.

    b) L-interessi moratorji

    62.

    Wara li inizjalment irrifjutat l-għoti ta’ interessi moratorji minħabba n-“nuqqas ta’ kwalunkwe determinazzjoni legali [ta’ tali interessi] fid-dritt Komunitarju” ( 32 ), il-Qorti tal-Ġustizzja sussegwentement affermat, apparti minn kull bażi testwali, in-natura “ammissibbli” tat-“talba għal interessi” ( 33 ) billi bbażat ruħha fuq il-prinċipji ġenerali komuni għad-drittijiet tal-Istati Membri, li rrefera għalihom espressament it-tieni paragrafu tal-Artikolu 215 tat-Trattat KEE, li sar it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 TKE u sussegwentement it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE ( 34 ).

    63.

    Dan il-prinċipju, identifikat minn eżami komparattiv tal-prinċipji fis-seħħ fl-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali, issa għandu, tal-inqas għad-djun tal-Unjoni fir-rigward ta’ kull debitur , l-bażi testwali tiegħu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002, tat-23 ta’ Diċembru 2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 35 ), u iktar preċiżament fl-Artikolu 86 ta’ dan ir-regolament, li jipprovdi li kull dejn li għandu bħala fatt ġeneratur suq pubbliku ta’ fornituri u ta’ servizzi msemmija fit-Titolu V tal-imsemmi regolament għandu jkollu interessi moratorji li r-rata tagħhom tikkorrispondi għal dik applikata mill-BĊE għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament ġdid flimkien ma’ 3.5 punti ta’ perċentwali ( 36 ).

    64.

    Skont it-termini ta’ ġurisprudenza stabbilita, li tibbaża fuq l-idea li ma huwiex possibbli li jiġu kkalkolati interessi moratorji fuq dejn li l-ammont tiegħu ma huwiex magħruf, l-obbligu li jitħallsu interessi moratorji jista’ jeżisti biss fil-każ fejn id-dejn prinċipali huwa “ċert rigward l-ammont tiegħu jew tal-inqas determinabbli fuq il-bażi ta’ elementi oġġettivi stabbiliti” ( 37 ).

    65.

    Minn dan jirriżulta li l-ammont tal-kumpens dovut għandu jkun suġġett għall-interessi moratorji b’effett mid-data li fiha tingћata s-sentenza li tikkonstata l-obbligu li jiġi kkumpensat id-dannu ( 38 ).

    66.

    Din id-data tikkorrispondi, fil-maġġoranza tal-każijiet, għal dik tad-dokumenti li jikkonstata d-dritt għal dejn. Għaldaqstant, talba għal interessi moratorji fuq l-ispejjeż tista’ tiddekorri mid-digriet li jiffissahom ( 39 ).

    67.

    Madankollu, jekk id-dejn prinċipali, fid-data li tingħata s-sentenza, la huwa ċert u lanqas determinabbli, l-interessi moratorji ma jistgħux jiddekorru mid-data li tingħata s-sentenza li tirrigwarda l-kalkolu tad-dannu ( 40 ).

    68.

    F’dan l-istadju għandha ssir kjarifika importanti. Is-soluzzjoni li esponejt, li tipprovdi li l-interessi jiddekorru mis-sentenza li tikkonstata l-obbligu li għandu jiġi kkumpensat d-dannu jew li tirrigwarda l-kalkolu tad-dannu, tapplika biss, b’ipoteżi, għall-kawżi tad-dannu, ikkaratterizzat mill-assenza ta’ determinazzjoni preċedenti tal-quantum tad-dejn prinċipali, li huwa neċessarjament iffissat mill-qorti. Barra minn hekk, meta d-dejn prinċipali huwa preċedentement iddeterminat rigward l-ammont tiegħu, il-ġurisprudenza tiddeċiedi, fil-maġġoranza tal-każijiet, li l-interessi moratorji jiddekorru mid-data li fihom id-debitur ġie intimat sabiex jissodisfa l-obbligu tiegħu ( 41 ). Għaldaqstant, fit-tilwim tas-servizz pubbliku, l-interessi moratorji fuq is-somom dovuti skont ir-Regolamenti tal-Persunal jiddekorru, bħala regola ġenerali, mid-data tal-ilment ippreżentat skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal jew mid-data li fiha dawn is-somom isiru pagabbli, jekk din id-data tkun wara l-ewwel waħda ( 42 ).

    69.

    Rigward ir-rata ta’ interessi moratorji, din hija ġeneralment iffissata, mingħajr ġustifikazzjoni partikolari, għal rata fissa li tikkorrispondi effettivament, fil-ġurisprudenza riċenti tal-Qorti Ġenerali, għar-rata applikabbli mill-BĊE għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, flimkien ma’ żewġ punti ( 43 ).

    70.

    Diversi avukati ġenerali, fosthom Mancini ( 44 ), Slynn ( 45 ), Van Gerven ( 46 ) u Tesauro ( 47 ), ipprovaw jidentifikaw linji gwida f’dan il-qasam. Huma ppreżentaw soluzzjonijiet opposti li jikkonsistu li tittieħed inkunsiderazzjoni jew rata fissa, iddeterminata mill-qorti skont “realtajiet finanzjarji attwali” ( 48 ), jew, bil-kontra, “ir-rata legali applikabbli, fil-mument li tingħata s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fl-Istat Membru li fih ir-rikorrenti jeżerċitaw l-attivitá tagħhom u li fih huma għaldaqsant normalment jużaw jew jinvestu s-somom dovuti lilhom” ( 49 ). Mingħajr ma jkun neċessarju li tiġi eżaminata iktar din id-domanda, xorta għandu jiġi vverifikat jekk is-soluzzjonijiet li jien esponejt jistgħux japplikaw għall-interessi dovuti fuq id-dejn ta’ ħlas lura.

    2. L-interessi dovuti fuq id-dejn ta’ ħlas lura

    71.

    Il-ġurisprudenza f’dan il-qasam toriġina mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali Corus UK vs Il-Kummissjoni (EU:T:2001:249). Din id-deċiżjoni ngħatat f’tilwima li qamet wara sentenza li tnaqqas l-ammont ta’ multa imposta mill-Kummissjoni fuq impriża għal ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni. Id-domanda magħmula kienet tirrigwarda l-ammont tal-interessi dovuti mill-Kummissjoni fuq is-somma li hija kienet irrimborsat, li kienet tikkorrispondi għad-differenza bejn l-ammont tal-multa mħallsa u dik iffissata mill-Qorti Ġenerali.

    72.

    Li jaqgħu taħt il-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni annullata, il-Qorti Ġenerali qieset li l-obbligu li titħallas lura l-multa mħallsa kollha jew parti kien japplika mhux biss għall-ammont prinċipali tal-multa indebitament imħallsa, iżda wkoll għall-interessi moratorji prodotti minn dan l-ammont, peress li, kif hija spjegat, “l-għoti ta’ interessi moratorji ( 50 ) fuq l-ammont indebitament imħallas jidher li huwa komponent indispensabbli tal-obbligu ta’ restituzzjoni mill-ġdid fis-sitwazzjoni preċedenti tal-Kummissjoni wara sentenza ta’ annullament jew ta’ ġurisdizzjoni sħiħa, peress li l-ħlas lura komplet tal-multa indebitament imħallas ma tistax teskludi elementi, bħall-mogħdija taż-żmien, li jistgħu jnaqqsu, fil-fatt, il-valur” ( 51 ).

    73.

    Il-Qorti Ġenerali żiedet li eżekuzzjoni korretta ta’ tali sentenza teżiġi għaldaqstant, li sabiex jerġa’ jitqiegħed b’mod komplet il-kreditur fis-sitwazzjoni li kieku kien ikun legalment fiha jekk l-att annullat ma kienx adottat, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li din ir-restituzzjoni mill-ġdid tas-sitwazzjoni saret biss wara tul ta’ żmien kemxejn twil, li matul huwa ma setax juża s-somom li huwa kien ħallas indebitament.

    74.

    Rigward ir-rata tal-interess dovut, il-Qorti Ġenerali qieset, billi rreferiet għal prinċipju ġeneralment aċċettat fid-dritt intern tal-Istati Membri fil-qasam ta’ arrikkiment indebitu, li dan tal-aħħar kellu, fil-prinċipju, ikun ugwali għar-“rata tal-interess legali jew ġudizzjarju, mingħajr kapitalizzazzjoni” ( 52 ). Madankollu, il-Qorti Ġenerali eskludiet din is-soluzzjoni sabiex tieħu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi partikolari tal-każ, ikkaratterizzati mill-fatt li s-somma li għandha titħallas lura kienet ġiet investita mill-Kummissjoni u kienet ipproduċiet interessi kkapitalizzati ( 53 ). Fl-aħħar nett, billi ħadet inkunsiderazzjoni kemm l-arrikkiment indebitu tal-Kummissjoni kif ukoll it-telf tal-impriża rikorrenti, il-Qorti Ġenerali allokat għaldaqstant lil din tal-aħħar somma korrispondenti għad-dħul miġbur mill-Kummissjoni, flimkien, barra minn hekk, bl-interessi moratorji.

    75.

    Sussegwentement, is-soluzzjoni li tirrikonoxxi dritt għal interessi moratorji matul il-perijodu kollha ta’ indisponibbiltà tas-somom ġiet irrepetuta diversi drabi ( 54 ).

    3. It-tagħlim li jirriżulta mill-ġurisprudenza

    76.

    Għalkemm jibqa’ inċertezzi rigward l-istrumenti disponibbli għad-dritt tal-Unjoni għall-ġlieda kontra l-effetti taż-żmien fuq id-dejn, jien ser nislet mill-ġurisprudenza mfakkra iktar ’il fuq żewġ tagħlimiet li ser ikunu utli sabiex nirrispondi għall-aggravji.

    77.

    L-ewwel tirrigwarda d-distinzjoni bejn l-interessi kumpensatorji u l-interessi moratorji. Il-ġurisprudenza tagħmel, mingħajr kontestazzjoni, distinzjoni ċara ħafna bejn l-interessi kumpensatorji u l-interessi moratorji, mingħajr madankollu ma tispjega l-kriterji li fuqhom din id-distinzjoni titwettaq. Madankollu, din id-distinzjoni ma hijiex evidenti fiha nfisha, peress li, funzjonalment, l-interessi jidhru li dejjem ikollhom l-istess rwol, li jikkonsisti li jikkumpensaw it-telf subit mill-kreditur li kien imċaħħad milli jgawdu mid-dejn tiegħu. Jien naf, madankollu, li l-interessi kumpensatorji jikkostitwixxu kumpens addizzjonali fil-qasam tad-danni, sa fejn jikkumpensaw il-mogħdija taż-żmien sal-evalwazzjoni ġudizzjarja tal-ammont tad-dannu, irrispettivament minn kull dewmien imputabbli lid-debitur, filwaqt li l-interessi moratorji jikkumpensaw b’rata fissa l-konsegwenzi tad-dewmien fil-ħlas tad-dejn ta’ somma ta’ flus billi tippermetti lill-kreditur li jirċievi approssimativament dak li kien jirċievi jekk huwa kien investa l-fondi. Minn dan isegwi, fil-fehma tiegħi, li d-distinzjoni għandha neċessarjament ikollha kamp ta’ applikazzjoni limitat u jkun riżervat għall-kawżi għal kumpens, li fih huwa ġġustifikat min-neċessità għal intervent mill-qorti sabiex tiffissa l-ammont tad-dejn prinċipali li ser jipproduċi interessi.

    78.

    It-tieni jirrigwarda l-bażi tad-dritt għall-interessi moratorji wara deċiżjoni ta’ annullament mogħtija mill-qorti tal-Unjoni. Il-ġurisprudenza stabbilit il-prinċipju li jipprovdi li dan id-dritt għandu l-bażi diretta tiegħu fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE u jirriżulta mill-obbligu għall-istituzzjoni konvenuta li tieħu miżuri neċessarji sabiex tirrevoka l-effetti tal-att annullat u tistabbilixxi mill-ġdid lill-persuni kkonċernati fis-sitwazzjoni fiha huma kienu jinsabu qabel dan l-att.

    79.

    Minn din il-ġurisprudenza jien niddeduċi li t-tħassib prinċipali tal-qorti tal-għandu jkun, fil-każ ta’ annullament, li tapplika l-iktar mod strett possibbli l-prinċipju ta’ restitutio in integrum li jimplika ritorn a statu quo ante, billi jiġi żgurat li kull persuna hija stabbilita fis-sitwazzjoni inizjali tagħha, mingħajr telf jew benefiċċju.

    80.

    Issa għandu jiġi vverifikat jekk is-sentenza appellata hijiex konformi ma’ dan ir-rekwiżiti u mal-prinċipji mfakkra iktar ’il fuq.

    4. Ir-risposti għall-aggravji

    81.

    Is-sitt aggravji esposti iktar ’il fuq jibbażaw fuq erba’ serje ta’ kritiki. L-ewwel tirrigwarda l-bażi tad-dritt ta’ dejn ta’ IPK, it-tieni tikkonċerna d-distinzjoni bejn l-interessi kumpensatorji u l-interessi moratorji, it-tielet tirrigwarda l-motivazzjoni tas-sentenza u r-raba’ tirrigwarda l-kalkolu tal-interessi.

    a) Fuq l-ilment dwar il-bażi tad-dritt ta’ dejn ta’ IPK

    82.

    Fil-punti 34 u 41 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddikjarat li d-deċiżjoni kkontestata kienet tikkostitwixxi l-uniku bażi legali tad-dejn prinċipali inkwistjoni.

    83.

    F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE, li jipprovdi li “[j]ekk l-azzjoni tkun fondata, il-Qorti tal-Ġustizzja [...] tiddikjara d-deċiżjoni in kwistjoni bħala nulla” jirriżulta li l-annullament ta’ att mill-qorti tal-Unjoni jwassal għat-tneħħija tiegħu mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Skont il-formula li tirriżulta minn ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali, din it-tneħħija hija “s-sustanza stess” tal-annullament ( 55 ). Skont ir-regola ġenerali tal-effett ex tunc tal-annullament, l-effetti tal-att huma, fil-prinċipju, retroattivament revokati sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja ma tindikax, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE liema minn dawn l-effetti tal-att annullat għandhom jitqiesu bħala definittivi.

    84.

    Kif tirrileva ġustament il-Kummissjoni, minħabba l-effett retroattiv tiegħu, l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni tat-13 ta’ Mejju 2005 qajmet mill-ġdid id-deċiżjoni għal għoti tal-għajnuna finanzjarja u tqiegħed il-partijiet fis-sitwazzjoni li fiha kienu jinsabu fil-mument ta’ din id-deċiżjoni.

    85.

    Kuntrarjament għal dak li qieset il-Qorti Ġenerali fil-punt 34 tas-sentenza appella, il-fatt li l-motivazzjoni ta’ dan l-annullament kienet in-nuqqas ta’ osservanza, mill-Kummissjoni, tat-terminu ta’ preskrizzjoni rilevanti ma għandux l-effett li jillimita l-portata materjali tal-annullament deċiż b’dan il-mod, li pproduċa l-effetti retroattiv tiegħu. Għaldaqstant, billi ppreżentat id-deċiżjoni inkwistjoni bħala l-uniku bażi tad-dejn ta’ IPK, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi.

    86.

    Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita, l-ilmenti mressqa kontra motivi superfluwi u motivi li ma humiex il-bażi meħtieġa għad-dispożittiv ma jistgħux iwasslu għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni u għalhekk huma ineffettivi ( 56 ).

    87.

    F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali li tinsab fil-punt 34 tas-sentenza tagħha, li tikkostitwixxi esklużivament risposta għall-motivi li jirrigwarda l-mala fide, għandha natura superfluwa fir-rigward ta’ dik esposta fil-punt 33. Rigward ir-riferiment għall-bażi legali tad-dejn prinċipali inkwistjoni, li jinsab fil-punt 41 tas-sentenza appellata, jirriżulta li ma huwiex il-bażi meħtieġa tad-dispożittiv tas-sentenza appellata li tiffissa l-bidu tad-dekorrenza tal-interessi moratorji mill-15 ta’ April 2011.

    88.

    Konsegwentement, dan l-ewwel ilment għandu jiġi miċħud bħala ineffettiv.

    b) Fuq l-ilment li jirrigwarda d-distinzjoni bejn l-interessi kumpensatorji u l-interessi moratorji

    89.

    Permezz tat-tieni aggravju, il-Kummissjoni ssostni li s-sentenza appellata ma tistabbilixxi ebda distinzjoni bejn l-interessi kumpensatorji u l-interessi moratorji, minkejja li dawn iż-żewġ kategoriji ta’ interessi huma, skont il-Kummissjoni, ta’ natura differenti ħafna.

    90.

    Dan l-ilment ma jidhirlix li huwa fondat u, li barra minn hekk, jien inqis li l-kritika opposta kellha tiġi indirizzat lis-sentenza appellata, billi ddistingwiet iż-żewġ kategoriji ta’ interessi, peress li, fil-fehma tiegħi, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkwalifikat bħala “kumpensatorji” l-interessi dovuti qabel is-sentenza tal-15 ta’ April 2011.

    91.

    Fil-fatt, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, permezz tas-sentenza tal-15 ta’ April 2011, l-annullament tad-deċiżjoni tat-13 ta’ Mejju 2005 stabbilit mill-ġdid id-deċiżjoni għal għoti tal-għajnuna finanzjarja u qiegħdet mill-ġdid il-partijiet fis-sitwazzjoni li fiha kienu jinsabu fil-mument ta’ din id-deċiżjoni.

    92.

    Permezz tal-effett ex tunc tal-annullament, il-Kummissjoni kienet għaldaqstant meħtieġa tħallas dejn prinċipali li kien ċert, determinat u dovut kompost minn somom li għandhom jitħallsu jew li għandhom jitħallsu lura lil IPK. Id-dejn ta’ IPK kien għaldaqstant jipproduċi interessi moratorji li kienu jiddekorru, għas-somma li għandha titħallas, mill-ilment imwettaq minn IPK, u għas-somma li għandha titħallas lura, mill-ħlas tagħha minn IPK lill-Kummissjoni.

    93.

    F’dan ir-rigward, jien inqis li għalkemm, fil-każ ta’ annullament ta’ deċiżjoni li tneħħi għajnuna finanzjarja, il-ħlas ta’ interessi moratorji ma hijiex xejn iktar ħlief miżura li tikkonforma mal-eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ annullament, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE, barra minn hekk l-għoti ta’ interessi kumpensatorji jaqa’ barra il-kuntest ġuridiku tal-miżura ta’ eżekuzzjoni u taqa’ taħt il-kamp tal-applikazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE, li tirreferi għad-dritt komuni tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni. Filwaqt li l-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-Kummissjoni kienet irrikonoxxiet li hija debitriċi ta’ dejn prinċipali u ta’ interessi kumpensatorji, flimkien ma’ interessi moratorji mill-15 ta’ April 2011, mis-sentenza appellata ma jirriżultax li, permezz tad-deċiżjoni inkwistjoni, din l-istituzzjoni kienet irrikonoxxiet ir-responsabbiltà tagħha u rrikonoxxiet id-dritt għal kumpens lil IPK.

    94.

    F’dawn iċ-ċirkustanzi, jien inqis li l-uniku lment li jista’ jsir lill-Qorti Ġenerali huwa li ma tatx lura l-interessi dovuti qabel is-sentenza tal-15 ta’ April 2011 il-kwalifika vera tagħhom, mingħajr ma waqfet fuq l-isem użat mill-Kummissjoni. Konsegwentement, l-ilment ibbażat fuq l-assenza ta’ distinzjoni bejn l-interessi kumpensatorji u l-interessi moratorji għandu jiġi miċħud.

    c) Fuq l-ilment ibbażat fuq insuffiċjenza u fuq kontradizzjoni ta’ motivi

    95.

    Permezz tat-tielet aggravju, il-Kummissjoni ssostni li s-soluzzjoni adottata mill-Qorti Ġenerali rigward iż-żieda fissa tar-rata ta’ interessi kumpensatorji u tal-bidu tad-dekorrenza tal-interessi moratorji hija insuffiċjentement immotivata.

    96.

    Ir-risposta għal dan l-aggravju jista’ jagħti lok għal inċertezza.

    97.

    Il-portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-kontenut u tal-preċiżjoni tal-argumenti invokati quddiemha mill-partijiet. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Kummissjoni kienet sostniet, fir-risposta quddiem il-Qorti Ġenerali, li ż-żieda tar-rata ta’ finanzjament mill-ġdid prinċipali b’żewġ punti ma kinitx iġġustifikata sa fejn kienet kuntrarja għall-ġurisprudenza, kienet wasslet għal arrikkiment indebitu ta’ kreditur in mala fide u kienet, konsegwentement kuntrarja għall-prinċipji ta’ ġustizzja u ta’ ekwità.

    98.

    Madankollu, kif jirriżulta mill-punti 34, 36, 37 u 38 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali rrilevat li din iż-żieda kienet konformi mal-ġurisprudenza ta’ din il-qorti, li ma kellhiex tiddependi fuq ir-rata’ ta’ inflazzjoni reali u li kienet rriżultat mill-ħtieġa li jiġi evitat arrikkiment indebitu kuntrarju għall-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.

    99.

    Din il-motivazzjoni tirrispondi għaldaqstant punt b’punt għall-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni, b’tali mod li jien inklinat li tipproponi li l-aggravju jiġi miċħud.

    100.

    Jista’ jkun hemm, madankollu, xi riluttanzi li jiġi rikonoxxut li r-rekwiżit ta’ motivazzjoni huwa ssodisfatt minn motivazzjoni li tirreferi għal waħda jew iktar deċiżjonijiet preċedenti li huma stess ma għandhomx motivazzjoni. Fil-fatt, għandu jiġi kkonstatat li s-sentenzi li tirreferi għalihom il-Qorti Ġenerali ma jinkludux spjegazzjoni speċifika għaliex ir-rata ta’ interessi moratorji kienet ġiet iffissata għar-rata ta’ interessi tal-BĊE għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, flimkien ma’ żewġ punti.

    101.

    Fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tiddeduċi insuffiċjenza ta’ motivazzjoni, jien inkun għalhekk inklinat li nipproponilha li tissostitwixxi l-motivi sabiex tiċħad l-aggravju.

    102.

    Fil-fehma tiegħi, il-loġika ta’ rata fissa għall-interessi moratorji timplika l-iffissar ta’ rata ta’ interessi unika. L-għażla tal-Qorti Ġenerali rigward l-iffissar ta’ din ir-rata tista’ tiġi mmotivata u approvata inkwantu tidher li tirrifletti r-rata medja tal-interessi moratorji legali jew ġudizzjarji applikabbli fl-Istati Membri. Jien nistaqsi, madankollu, jekk, fil-futur, ikunx iktar konformi mal-ekwità u mar-rekwiżiti ta’ ċertezza legali li tiġi alinjata r-rata ta’ interessi moratorji li jkunu jiddekorru fuq id-djun dovuti mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma’ dik tal-interessi moratorji fuq id-djun li dawn tal-aħħar huma kredituri vis-à-vis kwalunkwe persuna, li tikkorrispondi, mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 2342/2002, għar-rata applikata mill-BĊE għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid flimkien ma’ 3.5 punti ta’ perċentwali.

    103.

    Fi kwalunkwe każ, l-ilment li jirrigwarda l-motivazzjoni tas-sentenza appellata jidhirli li għandu jiġi miċħud.

    d) Fuq il-kalkolu li jirrigwarda l-kalkolu ta’ interessi

    i) Il-kalkolu ta’ interessi dovuti wara li l-għoti tas-sentenza tal-15 ta’ April 2011

    104.

    L-ilment li jirrigwarda l-interessi moratorji dovuti wara l-15 ta’ April 2011 tqajjem fil-kuntest tat-tielet aggravju, li jikkritika kemm il-prinċipju stess tad-dritt għal dawn l-interessi u l-bidu tad-dekorrenza tagħhom.

    105.

    Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell hija limitata għall-evalwazzjoni tas-soluzzjoni legali li ngħatat għall-motivi diskussi quddiem il-qorti tal-ewwel istanza, b’tali mod li motiv ippreżentat għall-ewwel darba f’dan il-kuntest għandu jitqies bħala inammissibbli ( 57 ).

    106.

    F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni ma tikkontestax quddiem il-Qorti Ġenerali d-dritt ta’ IPK li tikseb interessi moratorji u li hija rrikonoxxiet ukoll waqt is-seduta li hija debitriċi ta’ tali interessi mill-għoti tas-sentenza tal-15 ta’ April 2011.

    107.

    L-ilmenti li jirrigwardaw l-assenza ta’ bażi legali tal-obbligu għal ħlas ta’ interessi moratorji u l-iżball ta’ liġi li twettaq fir-rigward tal-iffissar tal-bidu tad-dekorrenza ta’ dawn l-interessi huma għaldaqstant ġodda u, għaldaqstant, inammissibbli.

    ii) Il-kalkolu ta’ interessi li ddekorrew qabel ma ngħatat is-sentenza tal-15 ta’ April 2011

    108.

    Dan l-ilment huwa żviluppat, minn perspettivi differenti, fl-ewwel u l-ħames aggravji. Il-Kummissjoni ssostni li meta ffissat rata fissa għall-interessi kumpensatorji b’rata ugwali għar-rata ta’ interessi tal-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, flimkien ma’ żewġ punti, il-Qorti Ġenerali naqset, minn naħa, milli tieħu inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali li tipprovdi li dawn l-interessi jservu sabiex jikkumpensaw l-inflazzjoni u, min-naħa l-oħra, kisret il-prinċipji applikabbli fil-qasam tal-arrikkiment indebitu.

    109.

    Għar-raġunijiet li diġà żviluppajt preċedentement, jien inqis li l-interessi li ddekorrew qabel is-sentenza tal-15 ta’ April 2011 kienu ġew ikkwalifikati ħażin bħala kumpensatorji meta kienu interessi moratorji.

    110.

    L-ilment ibbażat fuq in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tipprovdi li l-interessi kumpensatorji jservu sabiex jikkumpensaw l-inflazzjoni huwa, għaldaqstant, ineffettiv.

    111.

    L-ilment ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ġenerali li jipprojbixxi l-arrikkiment indebitu ma jidhirlix li huwa fondat.

    112.

    Minn naħa, kif diġà enfasizzajt preċedentement, jien inqis li d-dritt li jinkisbu interessi moratorji jirriżulta direttament mill-obbligu li jitqiegħed ir-rikorrent fis-sitwazzjoni li kien fiha qabel li jirriżulta mill-annullament u ma għandux il-bażi tiegħu fl-arrikkiment indebitu.

    113.

    Min-naħa l-oħra, jekk jiġi preżunt li l-prinċipju tal-projbizzjoni tal-arrikkiment indebitu jista’ jimmodera l-awtomatiċità tad-dritt għall-interessi moratorji, jien naħseb li l-Kummissjoni ma turix li r-rati ta’ interessi adottati mill-Qorti Ġenerali jeċċedu t-telf effettiv ta’ IPK u l-arrikkiment indebitu ta’ din l-istituzzjoni. Kif iddikjarajt, l-interessi dovuti mill-Kummissjoni huma neċessarjament moratorji u ma jikkumpensawx it-telf tad-dejn dovut minħabba l-inflazzjoni, iżda jikkumpensa b’rata fiss għat-telf mill-użu ta’ dan id-dejn. Lanqas ma nara għaliex għandha tittieħed inkunsiderazzjoni r-rata ta’ interessi applikata fuq il-multi miġbura provviżorjament.

    114.

    Jien nipproponi, konsegwentement, li dan l-ilment jiġi miċħud.

    iii) Fuq l-ilment li jikkonċerna l-kapitalizzazzjoni ta’ interessi

    115.

    Permezz ta’ dan l-ilment, żviluppat fit-tielet aggravju, il-Kummissjoni tallega li s-sentenza appellata kkapitalizzat l-interessi billi ffissat l-interessi moratorji li ddekorrew mill-ħlas komplet fuq il-bażi tal-ammont prinċipali tad-dejn flimkien ma’ interessi kumpensatorji li ddekorrew qabel.

    116.

    Kif diġà ddikjarajt, jien inqis li l-interessi dovuti mill-Kummissjoni jippreżentaw natura moratorja, kemm jekk wara jew qabel is-sentenza tal-15 ta’ April 2011.

    117.

    Dawn l-interessi ma jikkostitwixxux għaldaqstant dannu addizzjonali flimkien mad-dejn prinċipali u jipproduċi huwa stess interessi. Il-kapitalizzazzjoni ta’ interessi li ddekorrew qabel il-15 ta’ April 2011 deċiża mill-Qorti Ġenerali fid-dawl tan-natura tagħhom allegatament kumpensatorja jidhirli għaldaqstant li tirriżulta minn żball ta’ liġi.

    118.

    Madankollu, jeħtieġ li jiġi mistoqsi jekk l-interessi moratorji jistgħux jiġi kkapitalizzati. F’dan ir-rigward, jien għandi dubji rigward il-fondatezza tad-dikjarazzjoni li tipprovdi li l-kapitalizzazzjoni tal-interessi moratorji ma tistax, fil-prinċipju, tiġi awtorizzata ( 58 ). Skont il-prinċipji ġenerali komuni għad-drittijiet tal-Istati Membri, il-parti l-kbira tas-sistemi jaċċettaw, minkejja skont modalitajiet diversi ħafna, il-kapitalizzazzjoni ta’ interessi, bil-kundizzjoni li din intalbet ( 59 ).

    119.

    Jien nistaqsi jekk il-qorti tal-Unjoni għandhiex ikollha marġni ta’ diskrezzjoni f’dan ir-rigward u tkun awtorizzata li tiddeċiedi fuq il-kapitalizzazzjoni ta’ interessi moratorji meta din tidhrilha konformi mal-prinċipju ta’ ekwità.

    120.

    Madankollu, f’dan il-każ, ma nistax insib ebda ċirkustanza speċifika li tiġġustifika li l-kapitalizzazzjoni tal-interessi tingħata lil IPK.

    121.

    Għaldaqstant l-ilment jidhirli li huwa fondat.

    122.

    Skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, “[j]ekk appell ikun fondat sewwa, il-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali” u tista’ “jew hija stess tiddeċiedi definittivament il-kawża, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża, jew tirrinvija l-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza biex din tiddeċidiha”.

    123.

    F’dan il-każ il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ faċilment tiddeċiedi definittivament il-kawża billi tiddeċiedi li l-interessi moratorji għandhom jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-ammont prinċipali tad-dejn biss.

    IV – Fuq l-ispejjeż

    124.

    Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 184 tar-Regoli tal-Proċedura, meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja taqta’ l-kawża definittivament hija stess, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(1) tal-istess Regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż jekk dawn ikunu ġew mitluba. Madankollu, skont l-Artikolu 138(3), jekk il-partijiet ikunu telliefa rispettivament fuq kap jew iktar tat-talbiet tagħhom, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li taqsam l-ispejjeż jew tiddeċiedi li kull parti tbati l-ispejjeż tagħha.

    125.

    F’dan il-każ partikolari, minħabba l-fatt li t-tnejn huma telliefa, nikkunsidra li huwa xieraq li kull parti tbati l-ispejjeż tagħha f’dan l-appell.

    V – Konklużjoni

    126.

    Fid-dawl ta’ dak li ddikjarajt nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja:

    1)

    li tannulla s-sentenza IPK International vs Il-Kummissjoni (T‑671/11, EU:T:2013:162), iżda biss sa fejn tordna li jiġu ffissati l-interessi moratorji li ddekorrew sal-ħlas komplet fuq il-bażi tal-ammont prinċipali tad-dejn flimkien mal-interessi li ddekorrew qabel;

    2)

    li tiffissa l-interessi moratorji li ddekorrew sal-ħlas komplet fuq il-bażi tal-ammont prinċipali tad-dejn;

    3)

    li tiċħad il-kumplament tal-appell;

    4)

    li tikkundanna lil kull parti għall-ispejjeż rispettivi tagħha.


    ( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.

    ( 2 ) Iktar ’il quddiem “IPK”.

    ( 3 ) Iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni tat-13 ta’ Mejju 2005”.

    ( 4 ) Iktar ’il quddiem is-“sentenza tal-15 ta’ April 2011”.

    ( 5 ) Iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni inkwistjoni”.

    ( 6 ) Iktar ’il quddiem il-“BĊE”.

    ( 7 ) Iktar ’il quddiem is-“sentenza kkontestata”.

    ( 8 ) Il-Qorti Ġenerali ċċitat il-punt 64 tas-sentenza Corus UK vs Il-Kummissjoni (T‑171/99, EU:T:2001:249), il-punti 130 sa 132 tas-sentenza AFCon Management Consultants et vs Il-Kummissjoni (T‑160/03, EU:T:2005:107) kif ukoll il-punti 29 u 77 sa 80 tas-sentenza Idromacchine et vs Il-Kummissjoni (T‑88/09, EU:T:2011:641).

    ( 9 ) Ara, għal studju ġenerali, Van Casteren, A., “Article 215(2) EC and the question of interest”, The action for damages in Community law, Kluwer Law International, Heukels, T. u McDonnell, A., La Haye, 1997, p. 199 sa 216. Ara, ukoll, għar-regoli applikabbli fid-dritt Internazzjonali u għal paragun tas-sistemi ġuridiċi nazzjonali, Kleiner, C., “Les intérêts de somme d’argent en droit international privé, ou l’imbroglio entre la procédure et le fond”, Revue critique de droit international privé Dalloz, Paris, Vol. 98, Nru 4, 2009, p. 639 sa 683.

    ( 10 ) Ara p. 826.

    ( 11 ) Ara p. 827.

    ( 12 ) Idem.

    ( 13 ) Sentenzi Roumengous Carpentier vs Il-Kummissjoni (158/79, EU:C:1985:2, punti 8 sa 14); Amesz et vs Il-Kummissjoni (532/79, EU:C:1985:3, punti 11 sa 17); Battaglia vs Il-Kummissjoni (737/79, EU:C:1985:4, punti 6 sa 13); Amman et vs Il-Kunsill (174/83, EU:C:1985:288, punt 13); sentenza Culmsee et vs CES (175/83, EU:C:1985:289, punt 13); u Allo et vs Il-Kummissjoni (176/83, EU:C:1985:290, punt 19).

    ( 14 ) Punt 35.

    ( 15 ) Idem.

    ( 16 ) Punt 55.

    ( 17 ) Ara s-sentenza Mulder et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (EU:C:2000:38, punti 43 u 214).

    ( 18 ) Ara s-sentenza Berti vs Il-Kummissjoni (131/81, EU:C:1985:72, punt16).

    ( 19 ) Ara s-sentenza Grifoni vs Il-Kummissjoni (C‑308/87, EU:C:1994:38, punt 40).

    ( 20 ) Ara s-sentenza Mulder et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (EU:C:2000:38, punt 50).

    ( 21 ) Ibidem (punt 51).

    ( 22 ) Idem.

    ( 23 ) F’dan il-kuntest, is-sentenza Grifoni vs Il-Kummissjoni (EU:C:1990:134) li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja allokat, mingħajr spjegazzjoni speċifika, somma “f’daqqa” sabiex tieħu inkunsiderazzjoni d-deprezzament monetarju matul tmien snin, tidher bħala eċċezzjoni..

    ( 24 ) Punt 220.

    ( 25 ) Punt 221.

    ( 26 ) Punt 352.

    ( 27 ) Punt 139.

    ( 28 ) Punt 50.

    ( 29 ) Punt 52.

    ( 30 ) Punt 77.

    ( 31 ) Punt 78.

    ( 32 ) Sentenza Campolongo vs Awtoritá Għolja (EU:C:1960:35, Ġabra p. 826 u 827).

    ( 33 ) Il-Qorti tal-Ġustizzja ma kkwalifikatx dawn l-interessi bħala “moratorji”.

    ( 34 ) Sentenzi DGV et vs KEE (241/78, 242/78 u 245/78 sa 250/78, EU:C:1979:227, punt 22); Dumortier et vs Il-Kunsill (64/76, 113/76, 167/78, 239/78, 27/79, 28/79 u 45/79, EU:C:1979:223, punt 25); Ireks-Arkady vs KEE (238/78, EU:C:1979:226, punt 20); Interquell Stärke-Chemie u Diamalt vs KEE (261/78 u 262/78, EU:C:1979:22, punt 23); Pauls Agriculture vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (256/81, EU:C:1983:138, punt 17); Birra Wührer et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (256/80, 257/80, 265/80, 267/80, 5/81, 51/81 u 282/82, EU:C:1984:341, punt 37); u Sofrimport vs Il-Kummissjoni (C‑152/88, EU:C:1990:259, punt 32). Ara, ukoll, is-sentenza Schneider Electric vs Il-Kummissjoni (T‑351/03, EU:T:2007:212, punt 340).

    ( 35 ) ĠU L 357, p. 1. Dan ir-regolament daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2003.

    ( 36 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza SGL Carbon vs Il-Kummissjoni (T‑68/04, EU:T:2008:414, punt 145).

    ( 37 ) Ara s-sentenzi Amman et vs Il-Kunsill (174/83, EU:C:1986:339, punti 19 u 20); Culmsee et vs CES (175/83, EU:C:1986:340, punt 19 u 20); Allo et vs Il-Kummissjoni (176/83, EU:C:1986:341, punti 19 u 20); Agostini et vs Il-Kummissjoni (233/83, EU:C:1986:342, punti 19 u 20); Ambrosetti et vs Il-Kummissjoni (247/83, EU:C:1986:343, punti 19 u 20), Delhez et vs Il-Kummissjoni (264/83, EU:C:1986:344, punti 20 u 21); dawn is-sitt kawżi kienu jikkonċernaw talbiet li kienu tressqu minn uffiċjali Komunitarji sabiex jiksbu il-ħlas ta’ interessi moratorji fuq salarji arretrati dovuti wara l-adozzjoni, skont sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tannulla regolament preċedenti, ta’ regolament li jirrigwarda aġġustament tar-remunerazzjonijiet u tal-koeffiċjenti korrettivi, b’effett retroattiv; il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li dejn ċert jew determinabbli kien stabbilit biss permezz tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament tal-aħħar, għaliex, peress li l-Kunsill igawdi minn setgħa diskrezzjonali, ebda ċertezza rigward l-ammont tal-aġġustamenti ma kienet teżisti qabel din l-istituzzjoni eżerċitat il-kompetenzi tagħha); de Szy-Tarisse u Feyaerts vs Il-Kummissjoni (314/86 u 315/86, EU:C:1988:471, punt 33; talba għal interessi moratorji fuq salarji addizjonali miksuba wara deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata skont sentenza li tannulla d-deċiżjoni li taħtar rikorrenti bħala uffiċjali bi prova sa fejn hija kienet tirrigwarda klassifikazzjoni fi grad u fi skala; il-Qorti tqis li l-interessi dovuti għandhom jiddekorru mhux mill-ilmenti skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal iżda mid-deċiżjoni li tirrigwarda klassifikazzjoni ġdida, li għamlet id-dejn ċert) u Il-Kummissjoni vs Brazzelli Lualdi et (EU:C:1994:211, punt 53). Ara, f’dan l-istess sens, is-sentenzi Herkenrath et vs Il-Kummissjoni (T‑16/89, EU:T:1992:24, punt 31); Weir vs Il-Kummissjoni (T‑361/94, EU:T:1996:37, punt 52; il-Qorti Ġenerali żżied kundizzjoni addizzjonali għall-għoti ta’ interessi moratorji billi tispeċifika li dawn l-interessi huma dovuti biss meta d-dejn prinċipali jkun ċert jew determinabbli u li l-ħlas tad-dannu “sussegwentement iddewwem indebitament mill-amministrazzjoni”); Pfloeschner vs Il-Kummissjoni (T‑285/94, EU:T:1995:214, punti 55 u 56; talba għal annullament ta’ rendikont ta’ pensjoni ta’ anzjanità li tiffissa għal 100 l-koeffiċjent korrettur applikabbli għall-pensjoni dovuta lil pensjonant li jirrisjedi fl-Isvizzera; wara li annullat ir-rendikot ta’ pensjoni ta’ Diċembru 1993 u kkonstatat li, minn dan ix-xahar, id-dejn kien dovut u ċert rigward l-ammont tiegħu, peress li kien jeżisti koeffiċjent korrettur għall-Isvizzera, li kien jeċċedi 100, il-Qorti Ġenerali ffissat il-bidu tad-dekorrenza tal-interessi moratorji fuq l-arrettrati dovuti mill-dati differenti li fihom kull ħlas, skont l-iskema ta’ pensjoni, kellu jsir); Hivonnet vs Il-Kunsill (T‑188/03, EU:T:2004:194, punt 45); Camar vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (EU:T:2005:283, punti 135 u 144 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata) u Schneider Electric vs Il-Kummissjoni (EU:T:2007:212, punt 344) kif ukoll id-digriet Marcuccio vs Il-Kummissjoni (T‑176/04 DEP II, EU:T:2011:616, punt 36). Ara, ukoll, id-digriet Michel vs Il-Kummissjoni (F‑44/13, EU:F:2014:40, punt 82). Ara, fl-aħħar nett, is-sentenza AA vs Il-Kummissjoni (F‑101/09, EU:F:2011:133, punt 109), li fiha huwa ddikjarat li “l-obbligu li jitħallsu l-interessi moratorji jista’ jitqies biss fl-ipoteżi meta d-dejn prinċipali mhux biss huwa ċertirigward l-ammont tiegħu, iżda wkoll determinabbli fuq il-bażi ta’ elementi oġġettivi”. Din id-dikjarazzjoni ma tonqosx milli tissorprendi, peress li l-kundizzjoni dwar in-natura determinata jew determinabbli tal-ammont tad-dejn hija alternattiva u mhux kumulattiva.

    ( 38 ) Ara s-sentenzi Roumengous Carpentier vs Il-Kummissjoni (158/79, EU:C:1985:2, punt 11); Battaglia vs Il-Kummissjoni (737/79, EU:C:1985:4, punt 10); Mulder et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (C‑104/89 u C‑37/90, EU:C:1992:217, punt 35; il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li l-interessi moratorji għandhom jiddekorru mis-sentenza interlokutorja tagħha li, għalkemm ma tiffissax il-kompożizzjoni eżatta tad-dannu, tiddetermina l-elementi neċessarji għall-kalkolu tiegħu) kif ukoll is-sentenzi Camar vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (EU:T:2005:283, punti 135 u 144) u Schneider Electric vs Il-Kummissjoni (EU:T:2007:212, punt 343).

    ( 39 ) Ara s-sentenza Mulder et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (EU:C:1992:217, punt 35) u Camar vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (EU:T:2005:283, punt 144).

    ( 40 ) Ara s-sentenzi Camar vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (EU:T:2005:283, punt 144 u l-ġurisprudenza ċċitata) kif ukoll Schneider Electric vs Il-Kummissjoni (EU:T:2007:212, punt 344).

    ( 41 ) Ara, għal analiżi dettaljata tal-ġurisprudenza f’dan il-qasam, Van Casteren, A., “Artikolu 215(2) KE u l-kwistjoni ta’ interessi”, The action for damages in Community law, Kluwer Law International, Heukels, T. u McDonnell, A., La Haye, 1997, p. 211.

    ( 42 ) Ara s-sentenzi Jacquemart vs Il-Kummissjoni (114/77, EU:C:1978:156, punt 26), Razzouk u Beydoun vs Il-Kummissjoni (75/82 u 117/82, EU:C:1984:116, punt 19), is-sentenza Roumengous Carpentier vs Il-Kummissjoni (EU:C:1985:2, punt 11), Amesz et vs Il-Kummissjoni (EU:C:1985:3, punt 14) u Battaglia vs Il-Kummissjoni (EU:C:1985:4, punt 10).

    ( 43 ) Ara s-sentenzi ċċitati minn Van Casteren, A., “Artikolu 215(2) KE u l-kwistjoni ta’ interessi”The action for damages in Community law, Kluwer Law International, Heukels, T. u McDonnell, A., La Haye, 1997, p. 203, li jenfasizza l-mod relattivament arbitrarju li bih il-qorti tal-Unjoni tagħżel ir-rata ta’ interessi applikabbli.

    ( 44 ) Ara l-punt 8 tal-konklużjonijiet Pauls Agriculture vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (256/81, EU:C:1983:91).

    ( 45 ) Ara l-Ġabra p. 2819 u 2820 tal-konklużjonijiet Leussink vs Il-Kummissjoni (169/83 u 136/84, EU:C:1986:265).

    ( 46 ) Ara l-punt 51 tal-konklużjonijiet Mulder et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (C‑104/89 u C‑37/90, EU:C:1992:34).

    ( 47 ) Ara l-punt 26 tal-konklużjonijiet Grifoni vs Il-Kummissjoni (C‑308/87, EU:C:1993:362).

    ( 48 ) Ara l-Ġabra p. 2819 u 2820 tal-konklużjonijiet Leussink vs Il-Kummissjoni (EU:C:1986:265).

    ( 49 ) Ara l-punt 51 tal-konklużjonijiet Mulder et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (EU:C:1992:34).

    ( 50 ) Korsiv miżjud minni.

    ( 51 ) Punt 54.

    ( 52 ) Punt 60.

    ( 53 ) Punti 62 u 63.

    ( 54 ) Ara d-digriet Holcim (Franza) vs Il-Kummissjoni (T‑86/03, EU:T:2005:157, punti 30 u 31) kif ukoll is-sentenzi Greencore Group vs Il-Kummissjoni [T‑135/02, EU:T:2005:457, punt 55 (soluzzjoni impliċita)] u BPB vs Il-Kummissjoni (T‑53/03, EU:T:2008:254, punti 487 u 488).

    ( 55 ) Ara, f’dan is-sens, id-digrieti SIR vs Il-Kunsill (T‑142/11, EU:T:2011:333, punt 22); Petroci vs Il-Kunsill (T‑160/11, EU:T:2011:334, punt 19); Afriqiyah Airways vs Il-Kunsill (T‑436/11, EU:T:2012:10, punt 15); Ayadi vs Il-Kummissjoni (T‑527/09, EU:T:2012:35, punt 30); u Rautenbach vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T‑222/11, EU:T:2012:409, punt15).

    ( 56 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Ryanair vs Il-Kummissjoni (C‑287/12 P, EU:C:2013:395, punt 86 u l-ġurisprudenza ċċitata) kif ukoll Dow Chemical vs Il-Kummissjoni (C‑179/12 P, EU:C:2013:605, punti 63 u 76).

    ( 57 ) Ibidem (punt 82).

    ( 58 ) Ara l-punt 42 tas-sentenza appellata.

    ( 59 ) Ara Il-Kummissjoni dwar id-dritt Ewropew tal-Kuntratti, “Kapitalizzazzjoni tal-interessi”, Prinċipji tad-dritt Ewropew tal-Kuntratti, Vol. no 2, Société de législation comparée, Pariġi, 2003, p. 583 sa 587.

    Top