Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CB0342

    Kawża C-342/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 3 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szombathelyi Törvényszék) – l-Ungerija – Katalin Sebestyén vs Zsolt Csaba Kővári, OTP Bank Nyrt., OTP Faktoring Követeléskezelő Zrt, Raiffeisen Bank Zrt (Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 93/13/KEE — Kuntratt ta’ self ipotekarju konkluż ma’ bank — Klawżola li tipprovdi għall-ġurisdizzjoni esklużiva ta’ tribunal ta’ arbitraġġ — Informazzjoni dwar il-proċedura ta’ arbitraġġ ipprovduta mill-bank waqt il-konklużjoni tal-kuntratt — Klawżoli inġusti — Kriterji ta’ evalwazzjoni)

    ĠU C 184, 16.6.2014, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.6.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 184/8


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szombathelyi Törvényszék) – l-Ungerija – Katalin Sebestyén vs Zsolt Csaba Kővári, OTP Bank Nyrt., OTP Faktoring Követeléskezelő Zrt, Raiffeisen Bank Zrt

    (Kawża C-342/13) (1)

    ((Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Kuntratt ta’ self ipotekarju konkluż ma’ bank - Klawżola li tipprovdi għall-ġurisdizzjoni esklużiva ta’ tribunal ta’ arbitraġġ - Informazzjoni dwar il-proċedura ta’ arbitraġġ ipprovduta mill-bank waqt il-konklużjoni tal-kuntratt - Klawżoli inġusti - Kriterji ta’ evalwazzjoni))

    2014/C 184/11

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Szombathelyi Törvényszék

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Katalin Sebestyén

    Konvenuti: Zsolt Csaba Kővári, OTP Bank Nyrt., OTP Faktoring Követeléskezelő Zrt, Raiffeisen Bank Zrt

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari – Szombathelyi Törvényszék – Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288) – Individwu li kkonkluda ma’ bank kuntratt ta’ self ipotekarju li jinkludi klawżola li tipprevedi l-ġurisdizzjoni esklużiva ta’ korp ta’ arbitraġġ – Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix id-dritt ta’ appell mid-deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ – Spjegazzjonijiet rigward il-proċedura ta’ arbitraġġ ipprovduti mill-bank waqt il-konklużjoni tal-kuntratt

    Dispożittiv

    L-Artikolu 3(1) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, u l-punt 1(q) tal-Anness ta’ din id-direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li hija l-qorti nazzjonali kkonċernata li għandha tiddetermina jekk klawżola li tinsab f’kuntratt ta’ self ipotekarju konkluż bejn bank u konsumatur, li tagħti ġurisdizzjoni esklużiva lil tribunal ta’ arbitraġġ permanenti, li d-deċiżjonijiet tiegħu ma jistgħux jiġu appellati skont id-dritt nazzjonali, sabiex jieħu konjizzjoni ta’ kull tilwima li tqum fil-kuntest ta’ dan il-kuntratt, għandhiex, fid-dawl taċ-ċirkustanzi li fihom ikun ġie konkluż l-imsemmi kuntratt, titqies li hija inġusta fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. Fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, il-qorti nazzjonali kkonċernata għandha b’mod partikolari:

    tivverifika jekk il-klawżola inkwistjoni għandhiex l-għan jew l-effett li teskludi jew tfixkel id-dritt tal-konsumatur li jieħu azzjoni legali jew jeżerċita kull rimedju legali ieħor; u

    tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-komunikazzjoni lill-konsumatur, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt inkwistjoni, ta’ informazzjoni ġenerali dwar id-differenzi li jeżistu bejn il-proċedura ta’ arbitraġġ u l-proċedura ġudizzjarja ordinarja ma tistax, waħedha, tippermetti li tiġi eskluża n-natura inġusta ta’ din il-klawżola.

    Fil-każ ta’ konklużjoni affermattiva, l-imsemmija qorti għandha tislet il-konsegwenzi kollha li jirriżultaw minnha skont id-dritt nazzjonali sabiex tiżgura li dan il-konsumatur ma jkunx marbut bl-imsemmija klawżola.


    (1)  ĠU C 336, 16.11.2013.


    Top