Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CB0281

    Kawża C-281/13 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 3 ta’ April 2014 – Lord Inglewood et vs Il-Parlament Ewropew (Appell — Skema ta’ pensjoni addizzjonali tal-membri tal-Parlament Ewropew — Emenda tal-iskema ta’ pensjoni addizzjonali fl-2009 — Deċiżjonijiet li jiċħdu t-talbiet tar-rikorrenti intiżi li jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet fis-seħħ qabel l-emenda tal-iskema — Żbalji ta’ liġi — Ċertezza legali — Aspettattivi leġittimi — Ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ proporzjonalità)

    ĠU C 184, 16.6.2014, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.6.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 184/7


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ April 2014 – Lord Inglewood et vs Il-Parlament Ewropew

    (Kawża C-281/13 P) (1)

    ((Appell - Skema ta’ pensjoni addizzjonali tal-membri tal-Parlament Ewropew - Emenda tal-iskema ta’ pensjoni addizzjonali fl-2009 - Deċiżjonijiet li jiċħdu t-talbiet tar-rikorrenti intiżi li jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet fis-seħħ qabel l-emenda tal-iskema - Żbalji ta’ liġi - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ proporzjonalità))

    2014/C 184/09

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Lord Inglewood, Georges Berthu, Guy Bono, David Robert Bowe, Brendan Donnelly, Catherine Guy-Quint, Christine Margaret Oddy, Nicole Thomas-Mauro, Gary Titley, Maartje van Putten, Vincenzo Viola (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Windisch u S. Seyr, aġenti

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tat-13 ta’ Marzu 2013, Inglewood et vs Il-Parlament (T-229/11 u T-276/11) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tal-appellanti intiż għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew li jirrifjutaw li jagħtuhom il-benefiċċju tal-pensjoni addizzjonali volontarja, kemm b’mod antiċipat, kemm fl-età ta’ 60 sena, kif ukoll parzjalment fil-forma ta’ kapital – Żbalji ta’ liġi – Ksur tad-drittijiet kweżiti – Ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità.

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    Lord Inglewood, Georges Berthu, Guy Bono, David Robert Bowe, Brendan Donnelly, Catherine Guy-Quint, Christine Margaret Oddy, Nicole Thomas-Mauro, Gary Titley, Maartje van Putten u Vincenzo Viola huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 226, 03.08.2013.


    Top