Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0148

    Kawżi Magħquda C-148/13 sa C-150/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat- 2 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – A (C-148/13), B (C-149/13), C (C-150/13) vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Direttiva 2004/83/KE — Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja — Artikolu 4 — Evalwazzjoni tal-fatti u taċ-ċirkustanzi — Modalitajiet ta’ evalwazzjoni — Aċċettazzjoni ta’ ċerti provi — Portata tas-setgħat tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti — Biża’ ta’ persekuzzjoni minħabba l-orjentazzjoni sesswali — Differenza bejn, minn-naħa, il-limiti tal-verifiki tad-dikjarazzjonijiet u tal-provi dokumentali jew oħrajn fir-rigward tal-allegata orjentazzjoni sesswali ta’ applikant għall-ażil u, min-naħa l-oħra, il-limiti li japplikaw għall-verifiki ta’ dawn l-elementi fir-rigward ta’ raġunijiet oħra ta’ persekuzzjoni — Direttiva 2005/85/KE — Standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat — Artikolu 13 — Rekwiżiti għal intervista personali — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 1 — Dinjità tal-bniedem — Artikolu 7 — Rispett tal-ħajja privata u tal-familja)

    ĠU C 46, 9.2.2015, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – A (C-148/13), B (C-149/13), C (C-150/13) vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

    (Kawżi Magħquda C-148/13 sa C-150/13) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2004/83/KE - Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Artikolu 4 - Evalwazzjoni tal-fatti u taċ-ċirkustanzi - Modalitajiet ta’ evalwazzjoni - Aċċettazzjoni ta’ ċerti provi - Portata tas-setgħat tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti - Biża’ ta’ persekuzzjoni minħabba l-orjentazzjoni sesswali - Differenza bejn, minn-naħa, il-limiti tal-verifiki tad-dikjarazzjonijiet u tal-provi dokumentali jew oħrajn fir-rigward tal-allegata orjentazzjoni sesswali ta’ applikant għall-ażil u, min-naħa l-oħra, il-limiti li japplikaw għall-verifiki ta’ dawn l-elementi fir-rigward ta’ raġunijiet oħra ta’ persekuzzjoni - Direttiva 2005/85/KE - Standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat - Artikolu 13 - Rekwiżiti għal intervista personali - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 1 - Dinjità tal-bniedem - Artikolu 7 - Rispett tal-ħajja privata u tal-familja))

    (2015/C 046/05)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Raad van State

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: A (C-148/13), B (C-149/13), C (C-150/13)

    Konvenuta: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

    fil-preżenza ta’: United Nations High Commissioner for Refugees (UNHCR)

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 4(3)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat [status] ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, kif ukoll l-Artikolu 13(3)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li, fil-kuntest tal-eżami, mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jaġixxu taħt l-istħarriġ tal-qorti, tal-fatti u taċ-ċirkustanzi li jikkonċernaw l-allegata orjentazzjoni sesswali ta’ applikant għall-ażil, li l-applikazzjoni tiegħu hija bbażata fuq biża’ ta’ persekuzzjoni minħabba din l-orjentazzjoni, id-dikjarazzjonijiet ta’ dan l-applikant u l-provi dokumentali jew oħrajn prodotti insostenn tal-applikazzjoni tiegħu jkunu s-suġġett ta’ evalwazzjoni, mill-imsemmija awtoritajiet, permezz ta’ mistoqsijiet ibbażati biss fuq kunċetti sterjotipati assoċjati mal-omosesswali.

    2)

    L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/83, moqri fid-dawl tal-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li, fil-kuntest ta’ dan l-eżami, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jagħmlu mistoqsijiet iddettaljati dwar il-prattiki sesswali ta’ applikant għall-ażil.

    3)

    L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/83, moqri fid-dawl tal-Artikolu 1 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li, fil-kuntest tal-imsemmi eżami, l-imsemmija awtoritajiet jaċċettaw provi, bħat-twettiq ta’ atti omosesswali mill-applikant għall-ażil ikkonċernat, li dan jiġi suġġett għal “testijiet” sabiex tiġi stabbilita l-omosesswalità tiegħu jew inkella li jipproduċi reġistrazzjonijiet vidjo ta’ tali atti.

    4)

    L-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2004/83 kif ukoll l-Artikolu 13(3)(a) tad-Direttiva 2005/85 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li, fil-kuntest tal-istess eżami, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jiddeċiedu li d-dikjarazzjonijiet tal-applikant għall-ażil ikkonċernat ma jkunux kredibbli biss abbażi tal-fatt li huwa ma jkunx invoka l-allegata orjentazzjoni sesswali tiegħu fil-kuntest tal-ewwel okkażjoni mogħtija lilu sabiex jesponi r-raġunijiet ta’ persekuzzjoni.


    (1)  ĠU C 171, 15.06.2013.


    Top