EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0137

Kawża C-137/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal- 5 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerisch Verwaltungsgericht München – il-Ġermanja) – Herbaria Kräuterparadies GmbH vs Freistaat Bayern “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Produzzjoni organika u ttikkettjar ta’ prodotti organiċi — Regolament (KE) Nru 889/2008 — Artikolu 27(1)(f) — Użu ta’ prodotti u sustanzi fl-ipproċessar ta’ oġġetti tal-ikel — Projbizzjoni tal-użu ta’ minerali, vitamini, aminoaċidi u mikronutrijenti fejn ma jkunux legalment meħtieġa — Żieda ta’ glukonat ferruż u ta’ vitamini ma’ xarba organika — Użu ta’ minerali, vitamini, aminoaċidi u mikronutrijenti — Kwantitajiet meħtieġa biex jiġi awtorizzat il-bejgħ bħala suppliment tal-ikel, indikat bħala tajjeb għas-saħħa u nutrizzjonali jew bħala oġġett tal-ikel għal użu nutrittiv partikolari”

ĠU C 7, 12.1.2015, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerisch Verwaltungsgericht München – il-Ġermanja) – Herbaria Kräuterparadies GmbH vs Freistaat Bayern

(Kawża C-137/13) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Politika Agrikola Komuni - Produzzjoni organika u ttikkettjar ta’ prodotti organiċi - Regolament (KE) Nru 889/2008 - Artikolu 27(1)(f) - Użu ta’ prodotti u sustanzi fl-ipproċessar ta’ oġġetti tal-ikel - Projbizzjoni tal-użu ta’ minerali, vitamini, aminoaċidi u mikronutrijenti fejn ma jkunux legalment meħtieġa - Żieda ta’ glukonat ferruż u ta’ vitamini ma’ xarba organika - Użu ta’ minerali, vitamini, aminoaċidi u mikronutrijenti - Kwantitajiet meħtieġa biex jiġi awtorizzat il-bejgħ bħala suppliment tal-ikel, indikat bħala tajjeb għas-saħħa u nutrizzjonali jew bħala oġġett tal-ikel għal użu nutrittiv partikolari”)

(2015/C 007/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerisch Verwaltungsgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Herbaria Kräuterparadies GmbH

Konvenut: Freistaat Bayern

Dispożittiv

L-Artikolu 27(1)(f) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008, tal-5 ta’ Settembru 2008, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-użu ta’ sustanza msemmija f’din id-dispożizzjoni jkun legalment meħtieġ biss meta dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni jew dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni timponi direttament iż-żieda tal-imsemmija sustanza f’oġġett tal-ikel sabiex dan tal-aħħar ikun jista’ jiġi kkummerċjalizzat b’mod ġenerali. L-użu ta’ tali sustanza ma huwiex legalment meħtieġ, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, meta oġġett tal-ikel jiġi kkummerċjalizzat bħala suppliment tal-ikel, b’indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa, jew bħala oġġett tal-ikel għal użu nutrittiv partikolari, minkejja li dan jimplika li, sabiex jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet dwar l-inklużjoni ta’ sustanzi fl-oġġetti tal-ikel, li jinsabu, rispettivament,

fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Ġunju 2002, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti ta’ l-ikel, kif emendata permezz tar-Regolament (KE) Nru 1137/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008,

fir-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, u tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012, tas-16 ta’ Mejju 2012, li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal, kif ukoll

fid-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 953/2009, tat-13 ta’ Ottubru 2009, dwar sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda għal għanijiet nutrittivi speċifiċi fl-oġġetti tal-ikel għal użi nutrittivi partikolari,

dan l-oġġett tal-ikel għandu jinkludi kwantità speċifika tas-sustanza inkwistjoni.


(1)  ĠU C 171, 15.6.2013


Top