This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0549
Case T-549/12: Action brought on 26 December 2012 — Nemeco/OHIM — Coca-Cola (NU)
Kawża T-549/12: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Diċembru 2012 — Nemeco vs UASI — Coca-Cola (NU)
Kawża T-549/12: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Diċembru 2012 — Nemeco vs UASI — Coca-Cola (NU)
ĠU C 63, 2.3.2013, p. 21–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/21 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Diċembru 2012 — Nemeco vs UASI — Coca-Cola (NU)
(Kawża T-549/12)
2013/C 63/42
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Nemeco (Pariġi, Franza) (rappreżentant: E. Gaspar, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: The Coca-Cola Company (Atlanta, l-Istati Uniti)
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta’ Ottubru 2012 (Każ Nru R 266/2012-2); |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk sostnuti minn Nemeco. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “NU” għal prodotti fil-klassi 32 — Reġistrazzjoni Internazzjonali Nru 1 033 122 li tkopri l-Unjoni Ewropea
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja Nru 5 386 081 għat-trade mark verbali “NU YU”, għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2007/2009.