EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0548
Case T-548/12: Action brought on 18 December 2012 — Deutsche Rockwool Mineralwoll v OHIM — Redrock Construction (REDROCK)
Kawża T-548/12: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ Diċembru 2012 — Deutsche Rockwool Mineralwoll vs UASI — Redrock Construction (REDROCK)
Kawża T-548/12: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ Diċembru 2012 — Deutsche Rockwool Mineralwoll vs UASI — Redrock Construction (REDROCK)
ĠU C 63, 2.3.2013, p. 21–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/21 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2012 — Deutsche Rockwool Mineralwoll vs UASI — Redrock Construction (REDROCK)
(Kawża T-548/12)
2013/C 63/41
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG (Gladbeck, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Redrock Construction s.r.o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta’ Ottubru 2012 fil-Każ R 1596/2011-4; u |
— |
tikkundanna l-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark figurattiva bl-iswed u bl-abjad “REDROCK”, għal, fost oħrajn, prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 2, 17, 19 u 37 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3866365
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: It-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kienet ibbażata fuq il-kriterji mniżżla fl-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009. L-applikant għal kanċellazzjoni invoka d-drittijiet preċedenti li ġejjin: Ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Ġermaniża Nru 30229274 tat-trade mark verbali “Rock”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 6, 7, 8, 17, 19, 37 u 42; ir-reġistrazzjonijiet tat-trade mark Ġermaniża Nru 30312115, Nru 2078534, Nru 2078535, Nru 2079579, Nru 39502727, Nru 39517348, Nru 39543868, Nru 39551027, Nru 39605619, Nru 39644214, Nru 39707589, Nru 39737546, Nru 39920622, Nru 30166175, Nru 30166176, Nru 30166177, Nru 30212141 tat-trade marks verbali “KEPROCK”, “FLEXIROCK”, “FORMROCK”, “FLOOR-ROCK”, “TERMAROCK”, “KLIMAROCK”, “SPEEDROCK”, “DUROCK”, “SPLITROCK”, “PLANAROCK”, “TOPROCK”, “KLEMMROCK”, “FLIXROCK”, “SONOROCK PLUS”, “VARIROCK”, “SONOROCK”, U “MASTERROCK”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 17, 19 u 37.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: It-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kontra r-reġistrazzjoni CTM miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.