EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0541

Kawża T-541/12: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Diċembru 2012 — Wedi vs UASI — Mehlhose Bauelemente für Dachrand + Fassade (BALCO)

ĠU C 46, 16.2.2013, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/21


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2012 — Wedi vs UASI — Mehlhose Bauelemente für Dachrand + Fassade (BALCO)

(Kawża T-541/12)

2013/C 46/37

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wedi GmbH (Emsdetten, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Bischof, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mehlhose Bauelemente für Dachrand + Fassade GmbH & Co. KG (Herford, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta’ Settembru 2012 fil-Każ R 2255/2011-4;

sussidjarjament, tissospendi l-proċedimenti fil-Każ R 2255/2011-4 sal-għoti ta’ deċiżjoni definittiva dwar it-talba tar-rikorrenti tal-15 ta’ Novembru 2012 għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-Trade mark Komunitarja Nru 006095889 Balkogrün, irreġistrata quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) bin-numru 000007267 C, li tappartjeni lill-parti l-oħra;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “BALKO” għal prodotti fil-klassi 19 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 023 771

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Mehlhose Bauelemente für Dachrand + Fassade GmbH & Co. KG

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali “Balkogrün”, “Balkoplan” u “Balkotop” għal prodotti fil-klassijiet 19, 21 u 27

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


Top