This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0471
Case T-471/12: Action brought on 29 October 2012 — Meta Group v Commission
Kawża T-471/12: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Ottubru 2012 — Meta Group vs Il-Kummissjoni
Kawża T-471/12: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Ottubru 2012 — Meta Group vs Il-Kummissjoni
ĠU C 9, 12.1.2013, p. 39–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/39 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2012 — Meta Group vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-471/12)
2013/C 9/71
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Meta Group Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Bartolini, V. Coltelli u A. Formica, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla n-Nota tad-D.G Enterprise and Industry tal-Kummissjoni Ewropea Nru 939970, tat-2 ta’ Awwissu 2012, li r-rikorrenti rċevit fl-20 ta’ Awwissu 2012, u ffirmata mid-Direttur tal-Unità “Industrial Innovation and Mobility Industries” li għandha bħala suġġett il-“launch recovery procedure to FP5-FP6 payment contracts No 517557 IRE6 INNOVATION COACH, 517539 IRE6 MARIS, 517548 IRE6 RIS MAZOVIA, 030583 CONNECT-2-IDEAS, 039982 EASY, 014660 RIS MALOPOLSKA, 517529 IINNSOM, 014637 RIS TRNAVA and 014668 RIS WS” iffirmata mid-Direttur Dr Carlo Pettinelli, li permezz tagħha ġiet ikkomunikata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni “to recover the amount of EUR 345 451,03 under the above agreement”. |
U sa fejn meħtieġ:
— |
tannulla n-nota tad-D.G Enterprise and Industry tal-Kummissjoni Ewropea Nru 660283 tal-1 ta’ Ġunju 2012, iffirmata mid-Direttur tal-Unità “Industrial Innovation and Mobility Industries” u li għandha l-istess suġġett, li hija kkontestata wkoll bħala att intern tal-proċedura ta’ rkupru li ġiet konkluża bl-adozzjoni tad-dispożizzjoni msemmija fil-paragrafu preċedenti. |
— |
tannulla n-nota tas-27 ta’ Settembru 2012, li għandha bħala suġġett it-tpaċija tal-ammont dovut minħabba l-irkupru mal-bilanċ ta’ kreditu tar-rikorrenti marbut mal-istess proġetti suġġetti għal sussidju. |
— |
tannulla n-nota tas-27 ta’ Settembru 2012, li għandha bħala suġġett it-tpaċija tal-ammont dovut minħabba l-irkupru mal-bilanċ ta’ kreditu tar-rikorrenti. |
— |
tannulla n-nota tal-Kummissjoni Ewropea, Budget Execution (general budget and EDF) tal-10 ta’ Ottubru 2012, li permezz tagħha ġiet ikkomunikata lir-rikorrenti t-tpaċija ma’ ammont addizjonali ta’ kreditu, li jammonta għal EUR 294 290,59. |
— |
tannulla kull miżura preżunta, relatata jew sussidjarja. |
U għalhekk:
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ammont ta’ EUR 294 290,59, flimkien mal-ammont ta’ EUR 54 705,97, kif ukoll għall-kumpens għad-dannu konsegwenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors jirrigwarda il-ftehim għal sussidji konklużi bejn ir-rikorrenti u l-Kummissjoni fil-kuntest tal-“Ħames u tas-Sitt Programm Qafas għar-Riċerka u għall-Iżvilupp Teknoloġiku tal-Unjoni Ewropea”.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq ħames motivi:
(1) |
L-ewwel motiv, li jirrigwarda ksur tal-Artikolu 1(1) tal-Ftehim għal Sussidji, huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ raġonevolezza u fuq żball manifest tal-evalwazzjoni tal-fatti.
|
(2) |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità tal-azzjoni amministrattiva, kif ukoll il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ trasparenza u li l-kriterji jiġu ddeterminati minn qabel.
|
(3) |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ raġonevolezza tal-azzjoni amministrattiva, fuq kontradizzjoni manifesta u fuq l-inugwaljanza fit-trattament.
|
(4) |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, tal-prinċipju ta’ bona fide, kif ukoll tal-prinċipju ta’ protezzjoni tad-drittijiet miksuba, ta’ ċertezza legali u l-obbligu ta’ diliġenza.
|
(5) |
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti, il-ksur tal-prinċipju tal-kontradittorju, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tal-proċeduri stabbiliti fil-ftehim għal sussidji, kif ukoll tal-Kodiċi tal-Etika Amministrattiva. |