Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0409

Kawża T-409/12: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Settembru 2012 — Mitsubishi Electric vs Il-Kummissjoni

ĠU C 343, 10.11.2012, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 343/19


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2012 — Mitsubishi Electric vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-409/12)

2012/C 343/33

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mitsubishi Electric Corp. (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: R. Denton, J. Vyavaharkar u R. Browne, Solicitors, u K. Haegeman, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 4381 finali, tas-27 ta’ Ġunju 2012, li temenda d-Deċiżjoni C(2006) 6762 finali, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Kawża COMP/39.966 — Switchgear insulat bil-gass — multi), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti; jew, sussidjarjament,

tnaqqas b’mod sostanzjali l-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li

l-Kummissjoni naqset mill-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-kalkolu tal-multa u kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li

l-Kummissjoni naqset mill-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni meta kkalkulat il-koeffiċjent multiplikatur applikabbli għar-rikorrenti u kisret il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità meta kkalkulat dan il-multiplikatur.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li

l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità meta ffissat il-multa tar-rikorrenti bl-istess mod li hija ffissat il-multa għall-produtturi Ewropej.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li

il-Kummissjoni wettqet żball meta naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni provi tekniċi u ekonomiċi meta hija evalwat l-impatt tal-aġir tar-rikorrenti u meta kkalkolat il-multa ta’ din tal-aħħar.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li

il-Kummissjoni wettqet żball meta stabbilixxiet it-tul tal-akkordju allegat.

(6)

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li

il-Kummissjoni wettqet żball meta ffissat il-proporzjonijiet tal-ammont inizjali ta’ TM T&D li kellu jinqasam bejn ir-rikorrenti u kumpannija oħra, u b’hekk kisret il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità.

(7)

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li

il-Kummissjoni naqset mill-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni meta stabbilixxiet il-proporzjonijiet tal-ammont inizjali ta’ TM T&D li kellu jinqasam bejn ir-rikorrenti u kumpannija oħra.

(8)

It-tmien motiv ibbażat fuq il-fatt li

il-Kummissjoni wettqet żball fil-metodu użat sabiex talloka ammont inizjali lir-rikorrenti għall-perijodu preċedenti għall-istabbiliment ta’ TM T&D, u għaldaqstant kisret il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità.

(9)

Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-fatt li

il-Kummissjoni naqset mill-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-metodu użat sabiex talloka ammont inizjali lir-rikorrenti għall-perijodu preċedenti għall-istabbiliment ta’ TM T&D.


Top