This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0405
Case T-405/12: Action brought on 10 September 2012 — FH (*) v Commission
Kawża T-405/12: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Settembru 2012 — FH (*) vs Il-Kummissjoni
Kawża T-405/12: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Settembru 2012 — FH (*) vs Il-Kummissjoni
ĠU C 331, 27.10.2012, p. 32–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 331/32 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2012 — FH (*1) vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-405/12)
(2012/C 331/61)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: FH (*1) (rappreżentanti: É. Boigelot u R. Murru, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorranti
— |
tiddikjara r-rikors tiegħu ammissibbli u fondat; |
— |
għaldaqstant,
|
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors għal annullament, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet ta’ difiża, peress li r-rikorrent kien ġie infurmat oralment bid-deċiżjoni kontenzjuża li permezz tagħha ġew irtirati b’effett immedjat id-drittijiet ta’ aċċess tiegħu għall-bini tal-Kummissjoni u li tidher biss fil-minuti ta’ intervista li r-rikorrent kellu mad-dipartiment tar-riżorsi umani u tas-sigurtà tal-Kummissjoni. Ir-rikorrent issostni li d-deċiżjoni kontenzjuża ma turix l-elementi li wasslu lill-Kummissjoni sabiex tieħu deċiżjoni bħal din u li l-bażi legali tad-deċiżjoni ġiet ikkomunikata lir-rikorrent permezz ta’ rettifika li saret wara li d-deċiżjoni kienet diġà produċiet l-effetti tagħha. |
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza, sa fejn jidher li d-deċiżjoni kontenzjuża hija bbażata unikament fuq il-fatt li r-rikorrent kien instema’ mill-pulizija Belġjana fil-kuntest ta’ inkjesta li ma tikkonċernaħx iżda li kienet tirrigwarda wieħed minn sħabu tat-tfulija u li minn żmien għal ieħor kien ikollu konverżazzjonijiet telefoniċi miegħu. |
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ propozjonalità, peress li l-Kummissjoni pprojbiet l-aċċess għall-bini tal-Kummissjoni lir-rikorrent, anki jekk ma kienx ġie akkużat u ma kienx ikkonċernat mill-investigazzjoni inkwistjoni tal-pulizija. |
(*1) Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.