This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0361
Case T-361/12: Action brought on 6 August 2012 — Premiere Polish v OHIM — Donau Kanol (ECOFORCE)
Kawża T-361/12: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Awwissu 2012 — Premiere Polish vs UASI — Donau Kanol (ECOFORCE)
Kawża T-361/12: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Awwissu 2012 — Premiere Polish vs UASI — Donau Kanol (ECOFORCE)
ĠU C 319, 20.10.2012, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 319/11 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2012 — Premiere Polish vs UASI — Donau Kanol (ECOFORCE)
(Kawża T-361/12)
2012/C 319/21
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Premiere Polish Co., Ltd (Cheltenham, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Jones u M. Carter, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Donau Kanol GmbH & Co KG (Ried im Traunkreis, l-Awstrija)
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-8 ta’ Ġunju 2012, fil-Każ R 851/2011-4; |
— |
tilqa’ l-applikazzjoni Nru 8777005 tar-rikorrenti għal trade mark Komunitarja fl-intier tagħha jew inkella tirrinvija l-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell; u |
— |
tordna lill-Uffiċċju jħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ECOFORCE” għal prodotti fil-klassi 3 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8777005
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 7243173 tat-trade mark figurattiva “ECO FORTE”, għal prodotti fil-klassijiet 1, 3 u 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.