This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0330
Case T-330/12: Action brought on 19 July 2012 — Hut.com v OHIM — Intersport France (THE HUT)
Kawża T-330/12: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Lulju 2012 — Hut.com vs UASI — Intersport France (THE HUT)
Kawża T-330/12: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Lulju 2012 — Hut.com vs UASI — Intersport France (THE HUT)
ĠU C 295, 29.9.2012, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/27 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2012 — Hut.com vs UASI — Intersport France (THE HUT)
(Kawża T-330/12)
2012/C 295/48
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Hut.com Ltd (Northwich, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Intersport France (Longjumeau, Franza)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ April 2012 fil-Każ R 814/2011-2; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tagħhom u dawk tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “THE HUT”, għal fost l-oħrajn servizzi fil-klassi 35 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8394091
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: trade mark Franċiża Nru 33228708 tat-trade mark verbali “LA HUTTE”, għal prodotti fi klassijiet 3, 5, 18, 22, 25 u 28
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata parzjalment
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.