Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0290

    Kawża T-290/12: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Ġunju 2012 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 250, 18.8.2012, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.8.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 250/18


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2012 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-290/12)

    2012/C 250/34

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u M. Szpunar, aġenti)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla l-punti 2 sa 4, 6, 12 u 13 tal-Artikolu 1, l-Annessi I u II kif ukoll l-Artikolu 2(1) sa (3) ikkunsidrati flimkien mal-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 302/2012, tal-4 ta’ April 2012, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 99, p. 21);

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

    (1)

    L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi;

    (2)

    It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità;

    (3)

    It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE minħabba l-motivazzjoni insuffiċjenti tad-dispożizzjonijiet ikkontestati;

    (4)

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ solidarjetà u tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali.


    Top