This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0243
Case T-243/12: Action brought on 29 May 2012 — International Brands Germany v OHIM — Stuffer (ALOHA 100 % NATURAL)
Kawża T-243/12: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Mejju 2012 — International Brands Germany vs UASI — Stuffer (ALOHA 100 % NATURAL)
Kawża T-243/12: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Mejju 2012 — International Brands Germany vs UASI — Stuffer (ALOHA 100 % NATURAL)
ĠU C 217, 21.7.2012, p. 28–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/28 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2012 — International Brands Germany vs UASI — Stuffer (ALOHA 100 % NATURAL)
(Kawża T-243/12)
2012/C 217/58
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: International Brands Germany GmbH & Co. KG (Paderborn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Hein u M. Hoffmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Stuffer SpA (Bolzano, l-Italja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-14 ta’ Marzu 2012, fil-Każ R 1058/2011-1 u tiċħad l-oppożizzjoni; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: International Brands Germany
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “ALOHA 100 % NATURAL” għal prodotti fil-klassi 32 — Applikazzjoni Nru 7 050 701
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Stuffer
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “ALOA” għal prodotti fil-klassi 32
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.