This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0212
Case T-212/12: Action brought on 21 May 2012 — Ålands Industrihus v Commission
Kawża T-212/12: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Mejju 2012 — Ålands Industrihus vs Il-Kummissjoni
Kawża T-212/12: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Mejju 2012 — Ålands Industrihus vs Il-Kummissjoni
ĠU C 227, 28.7.2012, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 227/22 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2012 — Ålands Industrihus vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-212/12)
2012/C 227/38
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Partijiet
Rikorrenti: Ålands Industrihus (Mariehamn, il-Finlandja) (rappreżentant: L. Laitinen, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C 6/2008, tat-13 ta’ Lulju 2011, dwar miżuri implementati mill-Gvern Reġjonali ta’ Åland favur Ålands Industrihus Ab, u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE — ebda għajnuna mill-Istat
|
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE fir-rigward tal-kunċett ta’ investitur privat — ebda għajnuna mill-Istat
|
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna eżistenti dwar il-garanziji
|
(4) |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u nuqqas ta’ motivazzjoni
|
(5) |
Il-ħames motiv ibbażat fuq evalwazzjoni żbaljata tar-regoli dwar ir-rata ta’ referenza
|
(6) |
Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-rikorrenti kellha aspettativi leġittimi fir-rigward tal-għajnuna
|
(7) |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tipperikola ċ-ċertezza legali u tirrestrinġi s-sistema ta’ proprjetà prevista fl-Artikolu 345 TFUE
|