This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0204
Case T-204/12: Action brought on 15 May 2012 — Vila Vita Hotel und Touristik v OHIM — Viavita (VIAVITA)
Kawża T-204/12: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Mejju 2012 — Vila Vita Hotel und Touristik vs UASI — Viavita (VIAVITA)
Kawża T-204/12: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Mejju 2012 — Vila Vita Hotel und Touristik vs UASI — Viavita (VIAVITA)
ĠU C 217, 21.7.2012, p. 25–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/25 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2012 — Vila Vita Hotel und Touristik vs UASI — Viavita (VIAVITA)
(Kawża T-204/12)
2012/C 217/53
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Vila Vita Hotel und Touristik GmbH (Frankfurt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Schoenen u V. Töbelmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Viavita SASU (Pariġi, Franza)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-1 ta’ Marzu 2012, fil-Każ R 419/2011-1; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti; u |
— |
fl-eventwalità li l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tingħaqad f’dawn il-proċedimenti bħala intervenjenti, tordna li din tbati l-ispejjeż tagħha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “VIAVITA”, għal servizzi fil-klassijiet 36, 37, 38, 39, 40, 41, 42, 43, 44 u 45 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 52201504
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni fl-Awstrija tat-trade mark verbali “VILA VITA PARC” Nru 154631, għal servizzi fil-klassijiet 39 u 42; Reġistrazzjoni fil-Ġermanja tat-trade mark figurattiva “VILA VILA TOURISTIK GMBH” Nru 2097301, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 35, 37, 39 u 41.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.