EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0203

Kawża T-203/12: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Mejju 2012 — Alchar vs Il-Kunsill

ĠU C 217, 21.7.2012, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/24


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2012 — Alchar vs Il-Kunsill

(Kawża T-203/12)

2012/C 217/52

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mohamad Nedal Alchaar (Aleppo, is-Sirja) (rappreżentant: A. Korkmaz, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, bħala atti li jikkonċernaw lir-rikorrent:

ir-Regolament ta’ implementazzjoni Nru 1244/2011 tal-1 ta’ Diċembru 2011;

id-Deċiżjoni 2011/782/PESK kif emendata u ssupplementat sa llum, u dan b’mod partikolari permezz tad-Deċiżjoni ta’ implementazzjoni 2012/37/PESK, id-Deċiżjoni 2012/122/PESK, id-Deċiżjoni ta’ implementazzjoni 2012/172/PESK u d-Deċiżjoni 2012/206/PESK;

ir-Regolament tal-Kunsill Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, kif emendat u ssupplementat sa llum, u dan b’mod partikolari permezz tar-Regolament ta’ implementazzjoni Nru 55/2012, ir-Regolament Nru 168/2012 u r-Regolament ta’ implementazzjoni Nru 266/2012;

l-atti kollha futuri li jemendaw jew jissupplementaw id-Deċiżjoni 2011/782/PESK u r-Regolament tal-Kunsill Nru 36/2012;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill inkluża fil-komunikazzjoni tagħha tas-16 ta’ Marzu 2012 indirizzata lejn ir-rikorrent, sa fejn din iżżommu inkluż fil-listi kontenzjużi;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali u garanziji proċedurali, b’mod partikolari d-drittijiet tad-difiża, l-obbligu ta’ motivazzjoni u l-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, peress li r-rikorrent ma rċeviex notifika formali tal-inklużjoni tiegħu fil-lista ta’ persuni ssanzjonati u peress li l-motivi tal-inklużjoni tiegħu indikati fl-atti kkontestati ma humiex suffiċjenti sabiex jiġġustifikaw is-sanzjonijiet.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt ta’ proprjetà u tal-libertà ekonomika.


Top