This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0193
Case T-193/12: Action brought on 8 May 2012 — MIP Metro v OHIM — Holsten-Brauerei (H)
Kawża T-193/12: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Mejju 2012 — MIP Metro vs UASI — Holsten-Brauerei (H)
Kawża T-193/12: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Mejju 2012 — MIP Metro vs UASI — Holsten-Brauerei (H)
ĠU C 194, 30.6.2012, p. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/26 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2012 — MIP Metro vs UASI — Holsten-Brauerei (H)
(Kawża T-193/12)
2012/C 194/44
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Holsten-Brauerei AG (Hamburg, il-Ġermanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-23 ta’ Frar 2012, fil-Każ R 2340/2010-1, sa fejn hija laqgħet l-oppożizzjoni kontra l-estensjoni tal-protezzjoni tar-RI Nru 984 017, peress li tikser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Komunitarju (KE) Nru 40/94; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti tal-appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta tarka bl-ittra “H”, reġistrazzjoni internazzjonali b’effett fl-Unjoni Ewropea, għal prodotti fil-klassi 32 — Nru 984 017
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Holsten-Brauerei AG
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva Ġermaniża li tirrappreżenta kavallier fuq żiemel b’tarka li għandha l-ittra “H” għal prodotti fil-klassi 32
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009