This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0170
Case T-170/12: Action brought on 10 April 2012 — Beyond Retro v OHIM — S&K Garments (BEYOND VINTAGE)
Kawża T-170/12: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ April 2012 — Beyond Retro vs UASI — S&K Garments (BEYOND VINTAGE)
Kawża T-170/12: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ April 2012 — Beyond Retro vs UASI — S&K Garments (BEYOND VINTAGE)
ĠU C 194, 30.6.2012, p. 23–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/23 |
Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ April 2012 — Beyond Retro vs UASI — S&K Garments (BEYOND VINTAGE)
(Kawża T-170/12)
2012/C 194/39
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Beyond Retro Ltd (London, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: S&K Garments, Inc. (New York, l-Istati Uniti)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni mogħtija mir-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fil-31 ta’ Jannar 2012 fil-Każijiet magħquda R 493/2011-4 u R 548/2011-4; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut u l-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “BEYOND VINTAGE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 14, 18 u 25 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru W 994046
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “BEYOND RETRO”, irreġistrata bħala trade mark Komunitarja Nru 5629035 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25 u 35
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell ippreżentat mir-rikorrenti fil-Każ R 548/2011-4 miċħud u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni fil-Każ R 493/2011-4 annullata
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.