Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0156

    Kawża T-156/12: Rikors ippreżentat fil- 5 ta’ April 2012 — Sweet Tec vs UASI (Forma ta’ ovali)

    ĠU C 165, 9.6.2012, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 165/32


    Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2012 — Sweet Tec vs UASI (Forma ta’ ovali)

    (Kawża T-156/12)

    2012/C 165/53

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sweet Tec GmbH (Boizenburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Nägele, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Jannar 2012, fil-Każ R 542/2011-1, dwar l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 554 171;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti ta’ appell.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali, li tirrappreżenta l-forma ta’ ovali, għal prodotti fil-klassijiet 16 u 30 (Applikazzjoni Nru 9 554 171).

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni hija ta’ karattru distintiv u ma tiddeskrivix il-prodotti inkwistjoni.


    Top