EUR-Lex Prístup k právu Európskej únie
Tento dokument je výňatok z webového sídla EUR-Lex
Dokument 62012TN0125
Case T-125/12: Action brought on 14 March 2012 — Viasat Broadcasting UK v Commission
Kawża T-125/12: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Marzu 2012 — Viasat Broadcasting UK vs Il-Kummissjoni
Kawża T-125/12: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Marzu 2012 — Viasat Broadcasting UK vs Il-Kummissjoni
ĠU C 138, 12.5.2012, s. 19 – 20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/19 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2012 — Viasat Broadcasting UK vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-125/12)
(2012/C 138/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Viasat Broadcasting UK Ltd (West Drayton, Middlesex, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Kalsmose-Hjelmborg u M. Honoré, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-20 ta’ April 2011 fil-Każ C 2/03 dwar il-miżuri implementati mid-Danimarka għal TV2/Danmark (Deċiżjoni 2011/839/UE) (ĠU L 340 p. 1); |
— |
tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq li l-konvenuta għamlet żball fil-liġi meta wettqet it-test ta’ kompatibbiltà skont l-Artikolu 106(2) TFUE peress li naqset milli tislet il-konsegwenzi neċessarji mill-konstatazzjoni li l-kumpens tas-servizz pubbliku lil TV 2 kien ingħata bi ksur tat-tieni u tar-raba’ kundizzjonijiet stabbiliti fis-sentenza Altmark (sentenza tal-24 ta’ Lulju 2003, C-280/00 Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, Ġabra p. I-7747).
|
(2) |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq li l-konvenuta kisret l-Artikolu 296 TFUE peress li naqset milli tgħid ir-raġunijiet għaliex approvat l-għajnuna skont l-Artikolu 106(2) TFUE meta t-tieni u r-raba’ kundizzjonijiet tas-sentenza Altmark ma ġewx osservati. |