Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0113

    Kawża T-113/12: Rikors ippreżentat fil- 5 ta’ Marzu 2012 — Bial — Portela vs UASI — Probiotical (PROBIAL)

    ĠU C 165, 9.6.2012, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 165/20


    Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2012 — Bial — Portela vs UASI — Probiotical (PROBIAL)

    (Kawża T-113/12)

    2012/C 165/35

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Bial — Portela & Ca, SA (São Mamede do Coronado, il-Portugall) (rappreżentanti: B. Braga da Cruz u J. Pimenta, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Probiotical SpA (Novara, l-Italja)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-20 ta’ Diċembru 2011 fil-Każ R 1925/2010-4;

    tordna lill-konvenut jiċħad l-għoti tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarju Nru 2408128 “PROBIAL”; u

    tordna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva bil-blu skur u ċelesti “PROBIAL” għall-oġġetti fil-klassijiet 1, 5 u 31 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarju Nru 2408128

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat fl-oppożizzjoni: It-trade mark Portugiża b’reġistrazzjoni Nru 155284 tat-trade mark verbali “Bial”, għall-oġġetti fil-klassi 5; it-trade mark “Bial” li huwa magħruf sew fil-Portugall; it-trade mark Komunitarju b’reġistrazzjoni Nru 1400183 tat-trade mark figurattiva f’iswed u abjad “Bial”, għall-oġġetti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 42; it-trade mark Spanjol b’reġistrazzjoni Nru 2026481 tat-trade mark figurattiv f’iswed u abjad “Bial”, għal servizzi fil-klassi 35; reġistrazzjoni internazzjonali Nru 490635 għat-trade mark f’karattri standard “Bial”, għall-oġġetti fil-klassi 5; l-emblema tal-istabbiliment Nru 868 tas-sinjal figurattiv “Bial”; Isem tal-istabbliment Nru 35157 għall-kelma “Bial”; it-tip logo Nru 951 tas-sinjal figurattiv “Bial”

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, billi l-Bord tal-Appell evalwa b’mod żbaljat li t-trade marks inkwistjoni ma kinux jixxiebhu b’mod li joħolqu konfużjoni.


    Top