EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0085

Kawża T-85/12: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Frar 2012 — Lilleborg vs UASI

ĠU C 118, 21.4.2012, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/31


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2012 — Lilleborg vs UASI

(Kawża T-85/12)

2012/C 118/52

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lilleborg AS (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentanti: E. Ullberg u M. Plogell, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hardford AB (Limhamn, l-Isvezja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta’ Diċembru 2011 fil-Każ R 2462/2010-1, u tordna lill-UASI jeżamina l-provi prodotti mir-rikorrenti dwar l-eżistenza, il-validità u l-portata tat-trade mark preċedenti;

jew, sussidjarjament, tirriforma d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell u tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 8541849 “Pierre Robert”; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti matul il-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Pierre Robert”, għal prodotti u servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 3, 5 u 44 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8541849

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva “PIERRE ROBERT”, irreġistrata fl-Isvezja taħt in-Numru 164251, għal prodotti li jaqgħu fil-klassi 3

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tar-Regola 50(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, u tal-Artikoli 76(8) u 8(2)(c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell: i) injora d-dritt tiegħu li jeżamina ex officio l-fatti u li jieħu inkunsiderazzjoni fatti li jidhru li jistgħu jaffettwaw l-eżitu tal-oppożizzjoni; ii) wettaq żball ta’ liġi meta ma kkunsidrax it-trade mark “PIERRE ROBERT” bħala trade mark li għandha reputazzjoni; iii) naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-provi (inklużi fl-Anness 1) marbuta mat-tressiq tal-oppożizzjoni; u iv) wettaq żball meta ma aċċettax iċ-ċertifikat tal-Uffiċċju Svediż tal-Privattivi ppreżentat qabel ma ngħatat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.


Top