This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0038
Case T-38/12: Action brought on 23 January 2012 — Pips v OHIM — s.Oliver Bernd Freier (ISABELLA OLIVER)
Kawża T-38/12: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Jannar 2012 — Pips vs UASI — s.Oliver Bernd Freier (ISABELLA OLIVER)
Kawża T-38/12: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Jannar 2012 — Pips vs UASI — s.Oliver Bernd Freier (ISABELLA OLIVER)
ĠU C 89, 24.3.2012, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 89/28 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2012 — Pips vs UASI — s.Oliver Bernd Freier (ISABELLA OLIVER)
(Kawża T-38/12)
2012/C 89/47
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pips BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: J.A.K. van den Berg, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: s.Oliver Bernd Freier GmbH & Co. KG (Rottendorf, il-Ġermanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-20 ta’ Ottubru 2011 fil-Każ R 2420/2010-1; |
— |
tilqa’ l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 7024961 għat-trade mark verbali “ISABELLA OLIVER”, għall-prodotti u servizzi kollha suġġetti għall-proċedimenti quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell, u |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ISABELLA OLIVER”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 4, 12, 14, 16, 18, 20, 21, 24 u 25 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7024961
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6819908 tat-trade mark verbali “S.Oliver”, għal prodotti fil-klassijiet 4, 16, 20, 21 u 24; reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4504569 tat-trade mark figurattiva “s.Oliver”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 6, 9, 14, 18, 20, 25, 28 u 35; reġistrazzjoni tat-trade mark Ġermaniża Nru 30734710.9 tat-trade mark verbali “S.Oliver”, għal prodotti fil-klassijiet 10, 12 u 21; reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 181875 tat-trade mark verbali “S.Oliver”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 6, 9, 14, 18, 20, 25 u 26; Reġistrazzjoni ta’ trade mark internazzjonali Nru 959255 tat-trade mark verbali “S.Oliver”, għal prodotti fil-klassijiet 10, 12 u 21.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja rrifjutata parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 76 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell; (i) għamel evalwazzjoni tax-xebh bejn it-trade marks abbażi tal-fatti/ċirkostanzi mhux provduti mill-partijiet, u bħala konsegwenza dan wassal għal konklużjoni żbaljata fir-rigward tax-xebh bejn is-sinjali; u (ii) applika b’mod żbaljat il-prinċipji fformulati mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-evalwazzjoni ġenerali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.