Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TB0407

    Kawża T-407/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Frar 2013 — Ubee Interactive vs UASI — Augere Holdings (Netherlands) (Ubee Interactive) ( “Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

    ĠU C 101, 6.4.2013, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 101/18


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2013 — Ubee Interactive vs UASI — Augere Holdings (Netherlands) (Ubee Interactive)

    (Kawża T-407/12) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    2013/C 101/39

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ubee Interactive Corp. (Jhubei City, it-Tajwan) (rappreżentant: M. Nentwig, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: I. Harrington, aġent)

    Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Augere Holdings (Netherlands) (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

    Suġġett

    Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Lulju 2012 (Każ R 1849/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Augere Holdings (Netherlands) u Ubee Interactive Corp.

    Dispożittiv

    (1)

    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

    (2)

    Ir-rikorrenti u l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll kull wieħed minnhom għandu jbati nofs l-ispejjeż sostnuti mill-konvenut.


    (1)  ĠU C 355, 17.11.2012


    Top