EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TB0336

Kawża T-336/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 18 ta’ Frar 2013 — Klizli vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Irtirar mil-lista ta’ persuni kkonċernati — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

ĠU C 108, 13.4.2013, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Frar 2013 — Klizli vs Il-Kunsill

(Kawża T-336/12) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Irtirar mil-lista ta’ persuni kkonċernati - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2013/C 108/68

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Yousef Klizli (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: Z. Garkova-Lyutskanova, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/256/PESK, tal-14 ta’ Mejju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 126, p. 9), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 410/2012, tal-14 ta’ Mejju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 126, p. 3), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

(1)

Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 287, 22.09.2012.


Top