EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TB0110

Kawża T-110/12 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal- 11 ta’ Marzu 2013 — Iranian Offshore Engineering & Construction vs Il-Kunsill ( “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Talba għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi” )

ĠU C 147, 25.5.2013, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/18


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Marzu 2013 — Iranian Offshore Engineering & Construction vs Il-Kunsill

(Kawża T-110/12 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi)

2013/C 147/33

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Iranian Offshore Engineering & Construction Co. (Téhéran, l-Iran) (rappreżentanti: J. Viñals Camallonga, L. Barriola Urruticoechea u J. Iriarte Ángel, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti P. Plaza García u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), sa fejn isem ir-rikorrenti ġie inkluż fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), kif ukoll tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dawn ir-regolamenti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal proċeduri għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top