Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0480

Kawża T-480/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 11 ta’ Diċembru 2014 – Coca-Cola vs UASI – Mitico (Master) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Master — Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti Coca-Cola u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti C — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Xebh tas-sinjali — Provi dwar l-użu kummerċjali tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni” )

ĠU C 46, 9.2.2015, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2014 – Coca-Cola vs UASI – Mitico (Master)

(Kawża T-480/12) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Master - Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti Coca-Cola u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti C - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Xebh tas-sinjali - Provi dwar l-użu kummerċjali tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni”))

(2015/C 046/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Coca-Cola Company (Atlanta, Georgia, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, D. Stone, L. Ritchie, solicitors, u S. Baran, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Modern Industrial & Trading Investment Co. Ltd (Mitico) (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: A. I. Malami, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 2156/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Coca-Cola Company u Modern Industrial & Trading Investment Co. Ltd (Mitico).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-29 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 2156/2011 2) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn The Coca Cola Company.

3)

Modern Industrial & Trading Investment Co. Ltd (Mitico) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013.


Top