Pasirinkite eksperimentines funkcijas, kurias norite išbandyti

Šis dokumentas gautas iš interneto svetainės „EUR-Lex“

Dokumentas 62012TA0473

    Kawża T-473/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 5 ta’ Frar 2015 – Aer Lingus vs Il-Kummissjoni [ “Għajnuna mill-Istat — Taxxa Irlandiża fuq il-passiġġieri bl-ajru — Tariffa mnaqqsa għad-destinazzjonijiet li jinsabu sa massimu ta’ 300 km mill-ajruport ta’ Dublin — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Vantaġġ — Natura seletttiva — Identifikazzjoni tal-benefiċċjarji tal-għajnuna — Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 — Obbligu ta’ motivazzjoni” ]

    ĠU C 96, 23.3.2015, p. 12—13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 96/12


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2015 – Aer Lingus vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-473/12) (1)

    ([“Għajnuna mill-Istat - Taxxa Irlandiża fuq il-passiġġieri bl-ajru - Tariffa mnaqqsa għad-destinazzjonijiet li jinsabu sa massimu ta’ 300 km mill-ajruport ta’ Dublin - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Vantaġġ - Natura seletttiva - Identifikazzjoni tal-benefiċċjarji tal-għajnuna - Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

    (2015/C 096/15)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Aer Lingus Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: K. Bacon, D. Scannell, D. Bailey, barristers, u A. Burnside, solicitor)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, D. Grespan u T. Maxian Rusche, aġenti)

    Parti konvenuta insostenn tal-parti konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon, A. Joyce u J. Quaney, aġenti, assistiti minn E. Regan, SC, u B. Doherty, barrister)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/199/UE, tal-25 ta’ Lulju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat, il-każ SA.29064 (11/C, ex 11/NN) – Rati tat-taxxa differenzjati għall-ivvjaġġar bl-ajru implimentati mill-Irlanda (notifikata bid-dokument C(2012) 5037) (ĠU L 119, p. 30).

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/199/UE, tal-25 ta’ Lulju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat, il-każ SA.29064 (11/C, ex 11/NN) – Rati tat-taxxa differenzjati għall-ivvjaġġar bl-ajru implimentati mill-Irlanda, huwa annullat, sa fejn dan jordna l-irkupru tal-għajnuna mingħand benefiċjarji, fl-ammont li huwa stabbilit għal EUR 8 għal kull passiġġier fil-premessa 70 tal-imsemmija deċiżjoni.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż tagħha, għal nofs l-ispejjeż sostnuti minn Aer Lingus Ltd.

    4)

    Aer Lingus għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.

    5)

    L-Irlanda għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 26, 26.01.2013.


    Į viršų