EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0406

Kawża T-406/12 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 22 ta’ Mejju 2014 – BG vs Ombudsman ( “Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sistema dixxiplinari — Sanzjoni ta’ revoka mingħajr telf ta’ drittijiet għal pensjoni — Investigazzjoni preliminari pendenti quddiem qorti nazzjonali fil-mument tad-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ revoka — Ugwaljanza fit-trattament — Projbizzjoni ta’ tkeċċija matul leave tal-maternità” )

ĠU C 212, 7.7.2014, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2014 – BG vs Ombudsman

(Kawża T-406/12 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sistema dixxiplinari - Sanzjoni ta’ revoka mingħajr telf ta’ drittijiet għal pensjoni - Investigazzjoni preliminari pendenti quddiem qorti nazzjonali fil-mument tad-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ revoka - Ugwaljanza fit-trattament - Projbizzjoni ta’ tkeċċija matul leave tal-maternità”))

2014/C 212/33

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: BG (Strasbourg, Franza) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Appellat: L-Ombudsman Ewropew (rappreżentanti: J. Sant’Anna, aġent, assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Lulju 2012, BG vs Ombudsman (F-54/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

BG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Ombudsman Ewropew fl-ambitu ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 156, 01.06.2013.


Top