Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0404

    Kawża T-404/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2015 – Toshiba vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-proġetti li jirrigwardaw switchgear iżolat bil-gass — Deċiżjoni meħuda wara l-annullament parzjali tad-deċiżjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali — Multi — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Ammont inizjali — Livell ta’ kontribuzzjoni għal ksur”)

    ĠU C 78, 29.2.2016, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 78/13


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2015 – Toshiba vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-404/12) (1)

    ((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-proġetti li jirrigwardaw switchgear iżolat bil-gass - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament parzjali tad-deċiżjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali - Multi - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Ammont inizjali - Livell ta’ kontribuzzjoni għal ksur”))

    (2016/C 078/20)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Toshiba Corp. (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: J. F. MacLennan, solicitor, u A. Schulz u S. Sakellariou, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

    Suġġett

    Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 4381, tas-27 ta’ Ġunju 2012, li temenda d-Deċiżjoni C (2006) 6762 finali, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (li sar l-Artikolu 101 TFUE) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE sal-punt li kienet indirizzata lil Mitsubishi Electric Corp. u Toshiba Corp. (Kawża COMP/39.966 – Switchgear Iżolat bil-Gass – Multi), u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuq ir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Toshiba Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 343, 10.11.2012.


    Top