EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0117

Kawża T-117/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Diċembru 2013 — ANKO vs Il-Kummissjoni ( “Klawżola ta’ arbitraġġ — Is-Seba’ Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) — Kuntratti dwar il-proġetti Perform u Oasis — Sospensjoni tal-pagamenti — Irregolaritajiet ikkonstatati fil-kuntest tal-awditi marbuta ma’ proġetti oħra — Interessi moratorji” )

ĠU C 39, 8.2.2014, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2013 — ANKO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-117/12) (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Is-Seba’ Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) - Kuntratti dwar il-proġetti Perform u Oasis - Sospensjoni tal-pagamenti - Irregolaritajiet ikkonstatati fil-kuntest tal-awditi marbuta ma’ proġetti oħra - Interessi moratorji)

2014/C 39/28

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u B. Conte, aġenti, assistiti minn S. Drakakakis, avukat)

Suġġett

Talba ppreżentata fuq il-bażi tal-Artikolu 272 TFUE, intiża li l-Qorti Ġenerali, l-ewwel nett, tikkonstata li s-sospensjoni tar-rimbors tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fl-eżekuzzjoni tal-kuntratti marbuta mal-proġetti Perform u Oasis, konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013), tikkostitwixxi ksur tal-obbligi kuntrattwali tal-Kummissjoni, it-tieni nett, tordna lil din tal-aħħar, minn naħa, tagħtiha s-somma ta’ EUR 637 117,17 għall-proġett Perform, flimkien mal-interessi moratorji, u, min-naħa l-oħra, tikkonstata li r-rikorrenti ma għandhiex tirrimborsa s-somma ta’ EUR 56 390 mogħtija lilha għall-proġett Oasis.

Dispożittiv

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias is-somom li l-pagament tagħhom ġie sospiż abbażi tal-punt II.5(3) tal-kundizzjonijiet ġenerali annessi mal-ftehimiet ta’ sussidju dwar il-proġetti Oasis u Perform, konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013), mingħajr ma dan l-għoti jippreġudika n-natura eliġibbli tal-infiq iddikjarat ta’ ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias u l-implementazzjoni tal-konklużjonijiet tar-rapport finali ta’ awditu 11-INFS-0035 mill-Kummissjoni. L-ammont tas-somom li għandhom jingħataw għandhom jidħlu fil-limiti tal-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja disponibbli fil-mument tas-sospensjoni tal-pagamenti u mal-imsemmija somom għandhom jiżdiedu l-interessi moratorji li għandhom jibdew jiddekorru, għal kull perijodu, mill-iskadenza tat-terminu ta’ ħlas ta’ 105 jum wara li jiġu riċevuti r-rapporti korrispondenti mill-Kummissjoni. Ir-rata’ ta’ żieda applikabbli għall-interessi hija dik fis-seħħ fl-ewwel jum tat-terminu ta’ ħlas, kif ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti minn ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias.


(1)  ĠU C 138, 12.05.2012


Top