Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FN0096

    Kawża F-96/12: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Settembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 343, 10.11.2012, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 343/23


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-96/12)

    2012/C 343/40

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla EPSO/AD/207/11 li tikkonferma d-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva peress li ma jissodisfax ċerti kundizzjonijiet speċifiċi ta’ ammissjoni għall-imsemmija kompetizzjoni u t-talba għad-danni.

    Talbiet tar-rikorrent

    l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla EPSO/AD/206/11 (AD 5) u EPSO/AD/207/11 (AD 7) tal-1 ta’ Ġunju 2012 li tikkonferma d-deċiżjoni tad-9 ta’ Frar 2012 li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni peress li ma jissodisfax ċerti kundizzjonijiet speċifiċi għall-ammissjoni;

    kif meħtieġ, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla EPSO/AD/206/11 (AD 5) u EPSO/AD/207/11 (AD 7) tad-9 ta’ Frar 2012;

    l-għoti lir-rikorrent tas-somma ffissata ex aequo et bono u provviżorjament għal EUR 3 000, għad-danni morali mġarrba;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    Top