Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FN0032

    Kawża F-32/12: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Marzu 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 138, 12.5.2012, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.5.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 138/36


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-32/12)

    (2012/C 138/86)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li ma tirrimborsax kwart tal-ispejjeż, sostnuti mir-rikorrent fil-kuntest tal-kawża F-56/09, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, li għalih il-konvenuta ġiet ikkundannata bis-sentenza tad-9 ta’ Ġunju 2011.

    Talbiet tar-rikorrent

    jannulla d-deċiżjoni, li toriġina jew li fi kwalunkwe każ hija attribwibbli għall-Kummissjoni, ta’ ċaħda, kemm jekk hija ċaħda ta’ kwalunkwe forma kif ukoll jekk hija ċaħda parzjali jew totali, tat-talbiet tiegħu li saru fit-talba tal-4 ta’ Jannar 2011;

    quatenus oportet, jannulla d-deċiżjoni, fi kwalunkwe forma, ta’ ċaħda tal-ilment tal-20 ta’ Lulju 2011, imressqa mill-attur kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba tal-4 ta’ Jannar 2011;

    quatenus oportet, jikkonstata li l-Kummissjoni, anki billi naqset milli tieħu pożizzjoni fuq it-talba tal-4 ta’ Jannar 2011, illegalment naqset milli tadotta miżuri li jeżegwixxu s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-9 ta’ Ġunju 2010, fil-Kawża F-56/09, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, u preċiżament tal-punt 4 tad-dispożittiv tal-istess sentenza;

    jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 3 174,87, liema somma, jekk u sa fejn ma titħallasx lir-rikorrent, ser tipproduċi interessi favur ir-rikorrent, sa mhux iktar minn 10 % fis-sena u b’kapitalizzazzjoni annwali, li jibdew jiddekorru minn għada sal-ġurnata li fiha jseħħ l-imsemmi ħlas;

    jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 10 kull ġurnata għal kull ġurnata addizzjonali, minn għada, et ad infinitum, li tiskadi fil-persistenza tal-astensjoni min-naħa tal-Kummissjoni li tħallas lir-rikorrent l-imsemmija somma ta’ EUR 3 174,87, jew għall-inqas tieħu pożizzjoni espressa fuq it-talba tal-4 ta’ Jannar 2011, liema somma ta’ EUR 10 għandha titħallas sal-iskadenza tal-istess ġurnata, u jekk dan ma jseħħx, jiġifieri sa fejn dan ma jkunx hekk, ser tipproduċi interessi favur ir-rikorrent, sa mhux iktar minn 10 % fis-sena u b’kapitalizzazzjoni annwali, li jibdew jiddekorru mill-ġurnata ta’ wara dik li fiha kellu jseħħ sa dik li fiha dan iseħħ;

    jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    Top