EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FN0012

Kawża F-12/12: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Jannar 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

ĠU C 138, 12.5.2012, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/32


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-12/12)

(2012/C 138/73)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li tirrigwarda l-klassifikazzjoni tagħha fil-grad AD 11 b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2010 u l-kumpens għad-dannu allegatament subit.

Talbiet tar-rikorrenti

Jannulla d-deċiżjoni adottata fit-18 ta’ Ottubru 2011 li tirrifjuta lir-rikorrenti l-klassifikazzjoni mill-ġdid fil-grad AD 11 mill-1 ta’ Jannar 2010;

jikkumpensa d-dannu morali subit mir-rikorrenti li l-kumpens ekwu għalih huwa evalwat għal EUR 22 000;

sussidjarjament, jikkumpensa d-dannu materjali subit mir-rikorrenti għal EUR 11 742,48 għas-sena 2010, kif ukoll, għall-perijodu sussegwenti sad-data tas-sentenza li ser tingħata f’din il-kawża, ammont varjabbli li għandu jiġi kkalkolat, flimkien mal-interessi kompensatorji u moratorji bir-rati legali meħtieġa; u flimkien ma’ dan l-ewwel total l-ammont fil-forma ta’ somma f’daqqa li jirriżulta mill-evalwazzjoni tat-Tribunal għall-kumpens tat-tieni komponent tad-dannu materjali li l-ammont indikattiv u provviżorju tiegħu jista’ jiġi stabbilit għal madwar EUR 120 000;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


Top