Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FB0109

    Kawża F-109/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal- 5 ta’ Diċembru 2012 — Scheidemann vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Trasferiment interistituzzjonali waqt il-proċedura ta’ promozzjoni li matulha l-uffiċċjal kien jista’ jiġi promoss fl-istituzzjoni ta’ oriġini tiegħu — Talba li jibbenefika minn promozzjoni retroattiva — Deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda li seħħet wara d-deċiżjoni impliċita — Terminu għall-ilment — Tardività — Inammissibbiltà manifesta)

    ĠU C 46, 16.2.2013, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.2.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/32


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2012 — Scheidemann vs Il-Parlament

    (Kawża F-109/12)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Trasferiment interistituzzjonali waqt il-proċedura ta’ promozzjoni li matulha l-uffiċċjal kien jista’ jiġi promoss fl-istituzzjoni ta’ oriġini tiegħu - Talba li jibbenefika minn promozzjoni retroattiva - Deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda li seħħet wara d-deċiżjoni impliċita - Terminu għall-ilment - Tardività - Inammissibbiltà manifesta)

    2013/C 46/65

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sabine Scheidemann (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

    Konvenuta: Il-Parlament Ewropew

    Suġġett

    Uffiċjal pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li tiġi promossa retroattivament mill-1 Jannar 2010.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli

    (2)

    S. Scheidemann għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    Top