Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FB0067

    Kawża F-67/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas- 6 ta’ Frar 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni ( “Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rikors għad-danni — Illegalità — Komunikazzjoni ta’ posta elettronika dwar l-eżekuzzjoni ta’ sentenza lir-rappreżentant tar-rikorrent fl-appell mill-imsemmija sentenza — Rikors manifestament infondat fid-dritt — Artikolu 94(a) tar-Regoli tal-Proċedura” )

    ĠU C 147, 25.5.2013, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 147/35


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Frar 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-67/12) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Illegalità - Komunikazzjoni ta’ posta elettronika dwar l-eżekuzzjoni ta’ sentenza lir-rappreżentant tar-rikorrent fl-appell mill-imsemmija sentenza - Rikors manifestament infondat fid-dritt - Artikolu 94(a) tar-Regoli tal-Proċedura)

    2013/C 147/66

    Lingwa tal-kawża:it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cipressa, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser, G. Gattinara, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex jinkiseb kumpens minħabba l-fatt li l-konvenuta kienet bagħtet ittra li tirrigwarda lir-rikorrent lil avukat li ma għadux jirrappreżentah f’din il-kawża.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

    (2)

    L. Marcuccio għandu jbati, barra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    (3)

    L. Marcuccio huwa kkundannat iħallas lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku s-somma ta’ EUR 2 000.


    (1)  ĠU C 311, 13.10.2012, p. 16.


    Top