Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FA0158

    Kawża F-158/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal- 25 ta’ Settembru 2013 — Marqués vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Reklutaġġ — Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess EPSO/CAST/02/2010 — Kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ — Esperjenza professjonali xierqa — Ċaħda tat-talba għar-reklutaġġ)

    Information about publishing Official Journal not found, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    Information about publishing Official Journal not found, p. 49–49 (HR)

    9.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 325/51


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Settembru 2013 — Marqués vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-158/12) (1)

    (Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Reklutaġġ - Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess EPSO/CAST/02/2010 - Kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ - Esperjenza professjonali xierqa - Ċaħda tat-talba għar-reklutaġġ)

    2013/C 325/81

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Éric Marques (Ennery, Franza) (rappreżentanti: A. Salerno u B. Cortese, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għar-reklutaġġ tar-rikorrent bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet III li tressqet mill-Uffiċċju għall-Infrastruttura u Loġistika fil-Lussemburgu u talba għal kumpens għad-dannu materjali mġarrab

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-6 ta’ Marzu 2012, li tirrifjuta li tirrekluta lil É. Marques bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet III hija annullata.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn É. Marques.


    (1)  ĠU C 86, 23.03.2013, p. 30.


    Top