EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FA0129

Kawża F-129/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat- 12 ta’ Diċembru 2013 — CH vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Assistenti parlamentari akkreditati — Rexissjoni antiċipata tal-kuntratt — Talba għal assistenza — Fastidju psikoloġiku)

ĠU C 39, 8.2.2014, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/28


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 — CH vs Il-Parlament

(Kawża F-129/12) (1)

(Servizz pubbliku - Assistenti parlamentari akkreditati - Rexissjoni antiċipata tal-kuntratt - Talba għal assistenza - Fastidju psikoloġiku)

2014/C 39/52

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CH (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi, C. Bernard-Glanz u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Alves u E. Taneva, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrenti u tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza tagħha intiża għar-rikonoxximent ta’ fastidju psikoloġiku kif ukoll talba għad-danni.

Dispożittiv tas-sentenza

(1)

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tad-19 ta’ Jannar 2012, li ssir rexissjoni tal-kuntratt ta’ assistent parlamentari akkreditat ta’ CH hija annullata.

(2)

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-15 ta’ Marzu 2012, li tiċħad it-talba għall-assistenza ta’ CH tat-22 ta’ Diċembru 2011 hija annullata.

(3)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas lil CH is-somma ta’ EUR 50 000.

(4)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż ta’ CH.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2013, p. 73.


Top