Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CO0075

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Lulju 2012.
    Procura della Repubblica vs Majali Abdel.
    Talba għal deċiżjoni preliminari — Giudice di Pace di Revere — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2, 4, 6, 7, 8, 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98), kif ukoll tal-Artikolu 4(3)TUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi multa lil barrani li daħal illegalment fit-territorju nazzjonali jew li rrisjeda fih illegalment — Ammissibbiltà tar-reat ta’ residenza illegali — Possibbiltà li l-multa tiġi ssostitwita bit-tkeċċija għal perijodu ta’ mill-inqas ħames snin jew għal piena restrittiva ta’ libertà (“permanenza domiciliare”) — Obbligi tal-Istati Membri matul it-terminu ta’ traspożizzjoni ta’ direttiva.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Nuqqas ta’ deskrizzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali — Inammissibbilà manifesta.
    Kawża C‑75/12.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2012:412





    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Lulju 2012 — Abdel

    (Kawża C-75/12)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Nuqqas ta’ deskrizzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali — Inammissibbilà manifesta”

    Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti fuq il-kuntest fattwali u leġiżlattiv — Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 92(1) u 103(1)) (ara l-punti 5-7)

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Giudice di Pace di Revere — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2, 4, 6, 7, 8, 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98), kif ukoll tal-Artikolu 4(3)TUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi multa lil barrani li daħal illegalment fit-territorju nazzjonali jew li rrisjeda fih illegalment — Ammissibbiltà tar-reat ta’ residenza illegali — Possibbiltà li l-multa tiġi ssostitwita bit-tkeċċija għal perijodu ta’ mill-inqas ħames snin jew għal piena restrittiva ta’ libertà (“permanenza domiciliare”) — Obbligi tal-Istati Membri matul it-terminu ta’ traspożizzjoni ta’ direttiva.

    Dispożittiv

    It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di Revere (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tas-26 ta’ Jannar 2012, hija manifestament inammissibbli.

    Top